Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Żejtun (It-Tieni Parti)

 

Il-Vara l-ġdida ta' Kristu mgħejun minn Xmun ic-Cirinew inħaddmet mill-istatwarju ta' żmienna Alfred Camilleri Cauchi li dam jaħdem fuqha madwar għaxar xhur. 

Ġesu' Mgħejjun Mic-Ċirinew

 

Jidhru ukoll il-figuri żgħar ta' ulied ic-Cirinew, Rufu u Xandru u taċ-ċenturjun li qed jordna lil Xmun biex jgħin lil Kristu fit-tagħbija tas-salib. Din il-vara ħadet post dik ta' Lecce tal-1962 (ara ritratt lemin) li qdiemet u ntliet bis-susa.

Here we see another work by contemporary artist Alfred Camilleri Cauchi.  It depicts the moment when Jesus was relieved from carrying the cross to Calvary by Simon from Cyrene accompanied by his two young children.  This statue replaced a similar one (pictured right) , imported from Lecce Italy in 1962, which had succumbed to woodworm infestation.

 

Il-Veronika

 

Hija ħasra li ma nafux min ħadem din l-istatwa artistika u meta saret. Għalkemm m'hemm xejn fiz-żgur, xi wħud jattribwixxu din il-Veronika lil Karlu Darmanin.

There are no records of when or who made this artistic statue of The Veronica although it is thought by some to have been the work of Karlu Darmanin.

 
 

Filwaqt li l-figuri tal-Madonna, San Ġwann u l-Madalena huma xogħol Giovanni Darmanin, ħadd ma jaf min fejn ġie u min ħadem il-kurċifiss li madankollu jidher antik aktar mill-istatwi li jakkumpanjawh. Ta' min jinnota li f'din il-vara, Kristu jidher diġa' mejjet u għalhekk b'rasu mmejjla l-isfel.  

Il-Vara l-Kbira

The figures  beneath the cross are the work of Giovanni Darmanin, but there are no records as to the origins of the figure of Jesus, which in itself is quite particular as Jesus’ head is hung down and lifeless . It is also evident that the crucifix is much older than the figures made by Darmanin.

 

Id-Depożizzjoni

 

Minbarra fiż-Żejtun, ix-xena tad-Depożizzjoni nsibuha biss Hal Qormi. Din il-vara nħaddmet minn Angelo Capoccia ta' Lecce fl-1965. Hija kopja tal-famuża Pieta' ta' Michelangelo għalkemm ġew miżjuda l-figuri ta' Nikodemu u Ġuzeppi d'Arimatea.

This is one of only two similar occurencies of this episode in the Passion of Jesus, the other found in Qormi.  Again this is another import from Lecce and made by Angelo Capoccia in 1965.

 

Il-Monument

Nafu li l-korp ta' Kristu mejjet (ritratt xellug) magħmul mill-kartapesta nġieb minn barra, x'aktarx minn Spanja iżda ma nafux meta. Is-sodda Monumentali li naraw illum ħadet post waħda aktar antika u nħaddmet ftit qabel l-aħħar gwerra dinjija. L-anġli li jżejjnu l-kantunieri saru mill-istatwarju Wistin Camilleri . Ix-xogħol sabiħ tar-rakkmu tad-deheb sar kollu mis-sorijiet tal-istitut ta' Ġesu' Nażżarenu fiż-Żejtun.

 

The figure of the dead Christ, made from papier-mache’, was probably imported from Spain but its date is yet unknown. The angels at each corner are the work of Wistin Camilleri.

 
 

M'għandniex informazzjoni ċara ta' min ħadem il-figura tal-Madonna għalkemm hemm min isostni li bħall-vari oħra fl-istess lokalita, din hija xogħol ta' Lecce. San Ġwann li naraw illum huwa żieda riċenti li sar minn Alfred Camilleri Cauchi. L-istatwa tbierket mill-mibki Arcipriet Dun Eric Overend u harrget ghall-ewwel darba fil-purcissjoni tal-2004. Qablu kien hemm anġlu żgħir għarkubbtejh  iżomm is-simboli tal-passjoni. 

 Id-Duluri

Ta' min jgħid li matul iż-żmien, kien hemm bdil kontinwu bejn il-figuri ta' San Ġwann u anġlu. Fil-fatt, fil-bidu tas-seklu għoxrin kien hemm anġlu bil-wieqfa li għall-ħabta ta' l-ewwel gwerra nbidel ma dak li konna naraw sal-2002. Ftit qabel l-aħħar gwerra, dan l-anġlu reġa nbidel ma' figura ta' San Ġwann xogħol Wistin Camilleri li iżda ma jidhirx li ntogħġob u reġa nbidel mal-anġlu wara sentejn.

The real origins of this statue of Our Lady of Sorrows are not clear, though it is often believed that it could be another Italian import from Lecce. The figure of Saint John is a recent addition from 2003 by Alfred Camilleri Cauchi.   Interestingly, this figure had also once been sculpted by Alfred’s father a few years before the last World war .