Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Fl-arkivju Parrokjali tax-Xagħra insibu xhieda ħajja li d-devozzjoni lejn il-kurċifiss Imqaddes u l-passjoni ta' Sidna Ġesu' Kristu tmur lura sa minn meta dan ir-raħal sar Parroċċa fl-1688. Madankollu, l-ideja li jsir sett ta' vari tal-passjoni nibtet fil-bidu tas-seklu għoxrin u fl-1913 wasal minn Lecce Kurċifiss maħdum fil-kartapesta mid-ditta Luigi Guacci li qanqal devozzjoni kbira fost il-poplu tax-Xagħra. Sal-1915, bil-ġenerosita' ta' numru ta' familji, il-Bażilika  tax-Xagħra żżejnet b'sett ta' tmien vari, kollha xogħol artistiku ta' Guacci ta' Lecce.


Fl-1914, saret l-ewwel purċissjoni fix-Xagħra li għaliha attendew ħafna nies. Peress li l-monument kien għadu mhux lest, inġieb dak ta' San Ġorg tar-Rabat. Ħadu sehem il-kapitlu u l-kleru, fratelli, tfal iġorru l-fanali, u Penitenti jkaxxkru l-ktajjen. Il-purċissjoni baqgħet bl-istess format sakemm fis-sittinijiet tas-seklu li għadda, żdiedu diversi persunaġġi Bibliċi. Inġabru l-fondi għall-vestwarju u biex isiru bandalori simboli tal-passjoni ġodda. B'hekk il-purċissjoni ħadet il-forma ta' pagaent li naraw illum u jieħdu sehem fiha mal-erba' mitt ruħ. 


Fl-1964 żdiedet il-vara tat-tradiment ta' Ġuda li nħaddmet mill-Professur Salvatore Bruno ta' Bari li ftit qabel kien irrestawra l-vari l-oħra. L-aħħar vara li tirrappreżenta il-laqgħa ta' Ġesu' mal-Madonna inħaddmet fl-1987 mill-istatwarju Għawdxi Michael Camilleri Cauchi li ntalab jimxi fedelment mal-istil u forma tal-vari ta' Lecce. B'hekk illum din il-parroċċa għandha sett ta' għaxar vari artistiċi.


Tajjeb li ngħidu li l-vari ta' Guacci ġew irrestawrati darbtejn. L-ewwel darba, fl-1961, tqabbad il-Profs. Salvatore Bruno ta' Bari. Ġara iżda, li x-xogħol ta' restawr sar kollu fis-sakristija tal-knisja u għalkemm ma jistax jingħata tort lil Bruno, ix-xogħol ma sarx bis-serjeta li kienet titlob is-sengħa tal-kartapesta. Għalhekk inħass il-bżonn tat-tieni ntervent fuq il-vari li din id-darba intbagħtu Lecce fejn ġew irrestawrati b'mod professjonali mill-Professur Antonio Malecore. It-tieni restawr sar bejn l-1989 u l-1992.  

 
 

Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fix-Xagħra

Il-Ġimgħa 14 ta' April 2017 fis-6.00pm

Lamentatio Secunda
Lamentations & Tenebrae (Lamentations from the Renaissance)
0:00/7:13
 

L-Ort

 

Bħalma diġa għidna ħafna mill-vari tax-Xagħra inħaddmu mid-ditta Luigi Guacci ta’ Lecce. L-Ort wasal f’Għawdex fl-1914. L-ewwel restawr fuqu sar fl-1961 filwaqt li fl-1990 intbagħat Lecce għat-tieni restawr u wasal lura għall-purċissjoni tal-1991.

Most of the statues in the Xaghra procession are the work of Firm Luigi Guacci and were imported from Lecce Italy.   This statue arrived in Gozo in 1914.  It was first restored in 1961 and more recently in 1990.

 
 

Bħal ħafna lokalitajiet oħra, ix-Xagħrin tħajjru jagħmlu il-vara ta’ dan il-misteru fis-snin sittin tas-seklu għoxrin. Din saret mill-Professur Salvatore Bruno ta’ Bari u żżanznet fil-purċissjoni tal-1964.

It-Tradiment ta' Ġuda

The parish of Xaghra followed in the footsteps of other towns and villages around  Malta and Gozo and added the statue of the Betrayal of Judas in 1964.   It is the work of Salvatore Bruno from Bari Italy.

 

Il-Marbut

 

Vara oħra tad-ditta Luigi Guacci ta’ Lecce. Inħaddmet fil-kartapesta fl-1914. Il-Professur Salvatore Bruno rrestawraha fis-sakristija tal-knisja tax-Xagħra fl-1961 iżda inħass il-bżonn tat-tieni intervent fuqha li sar f’Lecce mill-Professur Antonio Malecore fl-1989.

Made of papier-mache', this statue was also imported from the Lecce firm of Luigi Guacci. Like the other imports it required restoration twice since it arrived in this parish in 1914.

 
 

Id-ditta Guacci bagħtet din il-vara lejn Għawdex fl-1914. Ġiet irrestawrata mal-vari l-oħra fl-1961 u aktar tard f’Lecce fl-1989.

This fourth statue in the Xaghra procession is again the work of Firm Luigi Guacci from 1914. It was restored along with the others in 1961 and 1989.

Ecce Homo

 

Ir-Redentur

 

Din il-vara wasslet fix-Xagħra flimkien mal-vari l-oħra ta’ Guacci fl-1914. Ġiet irrestawrata l-ewwel darba mill-Profs Bruno fl-1961 iżda nħass il-bżonn tat-tieni intervent u ntbagħtet Lecce mat-tieni grupp ta’ vari għar-restawr fl-1990.

This statue of Christ the Redeemer is  another of the works by Luigi Guacci from 1914.  It was also restored in 1961 and 1990.

 

Ġesu' Jiltaqa' Mal-Madonna

 

Din il-vara tippreżentalna ir-raba’ stazzjon jew aħjar il-laqgħa ta’ Kristu m’ommu Marija li bħalha nsibu biss f’Ħal Qormi u Raħal Ġdid. Tqabbad l-istatwarju Michael Camilleri Cauchi li ntalab jimxi fuq l-istess stil tal-vari ta’ Lecce. Ħarġet għall-ewwel darba fil-purċissjoni tal-1987.

 
 

Representations of the 4th Station of the Cross can only be found here in Xaghra and also in Qormi and Paola. This statue was added to the set in 1987, by  Michael Camilleri Cauchi who, with great skill, managed to emulate the style of the Lecce imports.

 
 
 

Bħall-kumplament tal-vari ta’ Lecce,  il-Veronika saret fi żmien l-Arċipriet Mawrizju Cauchi mill-belt Vittoria (1909-1951) u nġiebet mingħand id-ditta Luigi Guacci fl-1914. Għaddiet mill-istess żewġ restawri fl-1961 u fl-1991.

The statue of Saint Veronika was imported from Lecce, along with several others in 1914.  Suffice to say that it also underwent the restorations which took place in 1961 and 1991.

Il-Veronika

 

Il-Vara l-Kbira

 

L-ewwel grupp statwarju li wasal minn Lecce fl-1914 kien magħmul min Kristu kruċifissat, Marija addolorata u San Ġwann. Għaxar snin wara jiġifieri fl-1924 inħaddmet il-Maddalena. Hemm żewġ kurżitajiet interessanti marbutin ma din il-Vara, l-ewwel li l-ispallejn ta’ Kristu msallab kienu forma ta’ minfaħ. 

Nissoponu li dan sar hekk għax bħal ma kien isir f’xi lokalitajiet fl-Italja, id-ditta Guacci mmaġinat li f’pajjizna kien hawn l-użu taċ-ċerimonja tad-Depożizzjoni. Madankollu m’għandniex ħjiel li din qatt saret fix-Xagħra. It-tieni, ta’ min jinnota li kuntrarju għal kif narawh is-soltu, San Ġwann jidher bid-daqna. Din il-vara ġiet irrestawrata minn Bruno fl-1961 u minn Antonio Malecore fl-1989-91.

The figures of the crucifix, Our Lady and Saint John reached Xaghra in the same year as all the other Italian imports.  Curiously , the figure of Mary Magdalene was added to this statuary group a decade later in 1924.  Originally the crucifix was manufactured by Guacci with adjustable shoulder joints since the firm assumed, as is customary in Italy, that it would be used for other religious functions apart the procession itself.   Contrary to what we usually see in these processions, the figure of Saint John was sculpted with a beard.

 

Il-Monument

Il-korp ta’ Kristu mejjet huwa mis-sett ta’ Luigi Guacci u żżanżan fl-1915 filwaqt li l-Urna hija xogħol lokali indurata mill-iskultur Rabti Antonio Agius.  Bħal fil-kas ta’ Kristu msallab tal-Vara l-Kbira, Kristu mejjet kellu l-ispallejn forma ta’ minfaħ. Biex jingħalqu dawn, kien tqabbad l-istatwarju Wistin Camilleri. Il-korp ta’ Kristu mejjet ġie rrestawrat dabtejn bħall-istatwi l-oħra.

Here we see a combination of both local and foreign artistry. The figure of the dead body of Jesus Christ is again from the original set imported  from Lecce.   It was manufactured in the same style as the crucifix in the previous statue, and therefore had to be modified by Wistin Camilleri.  The gilded wooden frame was sculpted by Antonio Agius.

 
 

Id-Duluri hija vara oħra ta’ Guacci u ħarrġet fl-ewwel Purċissjoni tax-Xagħra li saret fl-1914. Ta’ min jgħid li fl-1985 nibet il-ħsieb li din il-vara tinbidel m'oħra fejn id-Duluri tidher taht is-salib iżda minflok saret il-vara l-ġdida tal-laqgħa ta’ Kristu mal-Madonna.

The last statue in this procession is again the work of Luigi Guacci from 1914.  In 1985, the Xaghra parish had the intention to replace this statue with one where Our Lady of Sorrows sits in solace beneath the cross, but eventually it was decided that a new statue of the 4th Station of the Cross would be commissioned instead.

Id-Duluri