Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Vari F'Malta

Click or Tap Photo to Go to your Selection

Id-devozzjoni lejn il-Passjoni, il-mewt u l-qawmien ta' Sidna Ġesu Kristu ħadet spinta kbira 'l quddiem mal-wasla tal-Patrijiet Franġiskani Minuri f'Malta fl-1494 li waqqfu l-kunvent u l-knisja tagħhom fir-Rabat biswit il-Belt tal-Imdina li dak iż-żmien kienet iċ-ċentru governattiv ta' Malta.Ma' din l-ordni ingħaqdet l-aktar Fratellanza antika fil-gzejjer Maltin, dik tal-Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp li kien ilha mwaqqfa minn qabel is-seklu sittax. Din mill-ewwel ħadet f'idejha l-organizzazzjoni tal-purċissjoni tal-passjoni li skond dokument tal-1591, fir-Rabat kienet diġa issir għalkemm mhux kif nafuha illum.

 
 
 

Il-knisja tal-Franġiskani Minuri, iddedikata lil  Santa Marija ta’ Ġesù, hija magħrufa mal-Maltin bħala l-Knisja Ta’ Ġieżu. Fl-1571 il-Franġiskani Minuri akkwistaw biċċa art fil-Belt.   Il-knisja nbniet fuq pjanti ta’ Ġlormu Cassar.  Bosta Gran Mastri kienu l-benefatturi  tal- opri ta’ l-arti fil-Knisja Ta’ Ġiezu. Il-Patrijiet ħasbu biex fil-knisja tagħhom ikollhom kappella iddedikata lilll-Kurċifiss Imqaddes. F'din il-kappella tpoġġiet ix-xbiha tant għażiża tal-Kurcifiss mirakoluz li kull sena jiġbed eluf ta' devoti. It-tradizzjoni tgħidilna li dan il-Kurċifiss huwa xogħol ta' fratell Franġiskan Sqalli jismu Fra Umile Pintorno u nħadem mhux aktar tard mill-1639.

 

Il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fl-Isla hija waħda mill-eqdem f'pajjiżna u huwa dokumentat li tmur lura sa mill-anqas l-1714.  Il-Fratellanza Tal-Kurċifiss tieħu ħsieb l-organizzazzjoni ta' din il-purċissjoni. Sal-1880, din il-purċissjoni kienet issir nhar Hamis ix-Xirka imma wara ordni tal-Arċisqof Carmelo Scicluna u li kienet tgħodd għall-Parroċċi kollha, din bdiet toħrog nhar il-Ġimgħa l-Kbira.   Il-purċissjoni li toħroġ mill-knisja Bażilika ddedikata lill-Marija Bambina hija mibnija madwar il-misteri rrapreżentati mill-vari. Persunaġġi Biblici jimxu skond il-konnessjoni li għandhom mal-vara partikolari.

 
 
 

Il-Parroċċa tal-Birgu kienet ilha mwaqqfa ħafna snin qabel il-wasla tal-kavallieri f'Malta u żgur li r-residenti ta' dawk iż-żminijiet bikrin kienu jaqdu d-doveri reliġjużi tagħhom. Madankollu, ftit għandna tagħrif dwar dan il-perjodu bikri.  Imma kif il-kavallieri ħadu l-pussess ta' din il-belt fl-1530, l-importanza tagħha kibret ħafna speċjalment minħabba l-fatt li l-Knisja ta' San Lawrenz saret il-knisja Konventwali tal-Ordni. Ma jistax jonqos li l-kavallieri, bħala l-kustodji ta' l-artijiet imqaddsa kienu jagħmlu funzjonijiet kbar f'Hamis ix-Xirka u fil-Ġimgħa l-Kbira. ........

 

Bħall-kumplament tal-Kottonera, id-devozzjoni lejn il-passjoni ta' Sidna Ġesu Kristu f'Bormla għandha għeruq fondi. L-Ordni ta' San Ġwann ġab miegħu numru ta' relikwi tal-passjoni u bla dubju dan kompla ħeġġeġ din id-devozzjoni fost il-poplu. Il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira jingħad li bdiet tiġi organizzata għall-ħabta tal-1694 mill-Fratellanza tal-Agunija u dak iż-żmien kienet magħrufa bħala l-purċissjoni ‘Ta’ Kristu Mejjet’ . Kienu jieħdu sehem fiha bosta fratelli u tfal li kienu jġorru xi torċi bin-nar u lanterni.  F'Bormla, il-purċissjoni dejjem saret nhar il-Ġimgħa l-Kbira .......

 
 
 

Ma setax jonqos li ż-Żejtun li jinsab tefgħa ta' ġebla l’bogħod mill-Kottonera, jkun l-ewwel Parroċċa li tiddakkar mit-tradizzjoni tal-kommemorazzjoni tal-passjoni ta' Sidna Ġesu' Kristu u niesu jibdew jorganizzaw il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Żgur li sal-1742, din kienet diġa' toħroġ mill-Knisja Parrokjali ddedikata lil Santa Katerina ta' Lixandra, Verġni u Martri.  Bħal kullimkien, il-purċissjoni fil-passat kienet ħafna aktar penitenzjali minn dik li naraw illum. Fil-fatt, sa l-aħħar gwerra, l-uniċi żewġ persunaġġi Bibliċi li kienu jieħdu sehem kienu Nikodemu u Ġużeppi ta' Arimatea.

 

Ħadd ma jista jgħid b’ċertezza meta bdiet il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f’Ħaż-Żebbuġ. Nistgħu nimmaġinaw li f’raħal daqstant antik (kien diġa’ Parroċċa fl-1436), id-devozzjoni lejn il-passjoni u l-mewt ta Kristu dejjem kienet qawwija. Minn dokumentazzjoni tal-istoriku Żebbuġi, Dun Salv Ciappara, nafu li sal-1742, mastru Saverio Laferla  kien diġa’ ħadem numru ta’ vari tal-kartapesta għal din il-Parroċċa. Dan iżda ma jfissirx li bilfors dawn kienu jinħarġu f’purċissjoni. Li nafu hu li kienet issir purċissjoni bil-Monument .........

 
 
 

Nafu fiċ-ċert li fl-1750, diġa’ kienet toħroġ purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fin-Naxxar. Fil-fatt, il-pijunier tax-xogħol fil-kartapesta f'Malta, jiġifieri Saverio Laferla kien ħadem numru ta' vari għal din il-parroċċa u sal-1753, is-sett kien ġa tela' għal sebgħa. Dawn kienu jinkludu l-Ort, il-Marbut u l-Vara l-Kbira li għadhom jintużaw sal-lum, l-Ecce Homo, ir-Redentur, il-Monument u d-Duluri. Dak iż-żmien, il-purċissjoni kienet issir f'Ħamis ix-Xirka bħalma kienet l-użanza f'bosta lokalitajiet oħra. Interessanti li anki f'dan iż-żmien bikri, il-purċissjoni kienet tinkludi mużiċisti jdoqqu t-tamburlini u l-fifri, u l-vjolini. ..........

 

It-tradizzjoni marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa f'Ħal Qormi hija antika ħafna iżda l-ewwel referenza dokumentata ta' purċissjoni toħodna lura għas-sena 1764. Dik is-sena, nafu li l-purċissjoni kienet diġa' tinkludi numru ta' vari tal-passjoni u din tindika b'mod ċar li l-oriġini tagħha setgħet kienet ħafna qabel. Nafu li lejn l-aħħar tas-seklu tmintax, f'Ħal Qormi kienu jsiru kull Ħadd tar-Randan, ħames purċissjonijiet biex jitfakkru l-ħames misteri tat-tbatija u f'kull purċissjoni kienet toħroġ il-vara li tirrappreżenta dak il-misteru. Għalhekk, sa dak iż-żmien, diġa’ kien hemm il-vari tal-Ort, il-Marbut, l-Ecce Homo, ir-Redentur u l-Veronika li kienu joħorġu flimkien u l-Vara tal-kruċifissjoni...............

 
 
 

Mat-twaqqif tal-Via Sagra fl-1779, fil-Għargħur beda jsir il-ġbir mid-djar apposta għal din il-Prokura u kien fl-1 ta' April 1792, meta jissemma għall-ewwel darba li ħarġet il-purċissjoni ta' Sidna Ġesu' Kristu. F'din il-purċissjoni kienu ħarġu żewġ vari, il-Monument u d-Duluri. F'dan iż-żmien, il-purċissjoni f'dan ir-raħal kienet toħroġ nhar Ħadd il-Palm. Nafu li minn kmieni il-Prokura kienet toħroġ xi flus għad-daqq waqt il-purċissjoni.  Wara l-1810, il-purċissjoni ma tissemmiex aktar għal ħafna snin. Jista jagħti l-kas li din twaqqfet minħabba l-pesta jew minħabba l-għaks li ħakem 'l Malta f'ċerti snin. Jidher li fl-1866, reġgħet bdiet toħroġ il-purċissjoni u sa l-1880, saru sitt vari oħra biex is-sett tela' għat-tmienja tradizzjonali

 

Mill-ftit dokumenti li għandna, jidher li l-purċissjoni f'Ħal Luqa ilha ssir mal-225 sena. Dan għax nafu li lejn l-aħħar tas-seklu tmintax, kien hemm Luqin li ħallew flus u assi apposta biex ikunu jistgħu jsiru xi vari. Nistgħu għalhekk nissoponu li  l-ewwel sett ta' vari tlesta fl-aħħar ħmistax-il sena tas-seklu tmintax għalkemm ma nafux min kien l-istatwarju tagħhom. Huwa dokumentat li l-Isqof Labini fl-1795 ħatar lil Dun Frangisk Cassar bħala prokuratur tal-vari tal-passjoni. Tajjeb ngħidu li l-prokura baqgħet dejjem titmexxa minn qassis sal-1928 meta mbagħad beda jinħatar Prokuratur lajk................

 
 
 

Minkejja ċ-ċokon tiegħu, dan ir-raħal jista’ jiftaħar li sena wara l-oħra kapaċi jorganiżża purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, meta hawn ħafna lokalitajiet akbar li dan ma jagħmluhx. Jingħad li lura fis-snin għoxrin tas-seklu tmintax, dan ir-raħal kien diġa’ ħaseb biex ikollu Monument bi Kristu mejjet. Madankollu, t-tagħrif fuq meta bdiet tiġi organiżżata l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira hu nieqes. Kien fl-1821, li l-Parroċċa ikkumissjonat x'aktarx lill-istatwarju Giuseppe Vella mill-Belt Valletta biex jaħdem sett ta' vari tal-passjoni u hekk bdiet tiġi organiżżata l-purċissjoni.  Il-purċissjoni f'Ħal Għaxaq hija responsabbilta ta' kummissjoni mqabbda apposta mill-kappillan. ..........

 

Wisq probabbli, l-ewwel purċissjoni fil-lokalita tal-Mosta ħarġet fis-sena 1866, jiġifieri ftit snin wara t-tlestija tal-Knisja Monumentali magħrufa aħjar bħalha r-Rotunda. Kien ċertu Girgor, sagristan tal-istess Parroċċa li stinka bis-sħiħ biex tibda din it-tradizzjoni. Sa dik is-sena, il-Mosta kellha żewġ vari, dik ta' Ġesu’ fl-Ort, u ta' Ġesu’ marbut mal-kolonna. Sal-aħħar tas-seklu dsatax is-sett żdied għal sebgħa filwaqt li l-Monument sar fl-1924 u l-Vara tat-tradiment ta' Ġuda fl-1963.  Is-sett tal-Vari fil-Mosta huwa uniku għall-fatt li mid-disgħa li hemm, sitta huma tal-istess statwarju magħruf, Karlu Darmanin. .......

 
 
 

Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f'Raħal Ġdid hija l-aktar waħda riċenti fil-gzejjer Maltin u bdiet tiġi organizzata fl-1971. Iżda tajjeb niċċaraw li fl-1945, din il-Parroċċa għamlet il-vara tar-Redentur u sentejn wara dik tad-Duluri u minn dan iż-żmien sal-1970 dejjem ħarget purċissjoni b'dawn iż-żewġ vari biss.   Fl-1971 twettqet xi ħaga li ma nafux li qatt ġrat xi mkien ieħor. Fi spazju ta' xahar, ċertu Patri Amando Ballucci, bil-permess tal-kappillan ħa l-inizjattiva li joħloq sett vari temporanji minn bċejjec ta' statwi u kurċifissi skartati jew imkissra li sab jiġru 'l hemm u 'l hawn. Bil-għajnuna ta' Biagio Galea, ....................