Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Vari F'Għawdex

Click or Tap to go to your selection

 
 

Nafu b'ċertezza li l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li toħroġ mill-Bażilika ta' San Ġorg, fil-belt Vittorja hija l-eqdem waħda fil-gżira Għawdxija. Madankollu, jibqa' difficli tgħid meta bdiet eżatt għalkemm għandna ħjiel li fl-1788 kienet diġa' ssir. B'mod dokumentat, insibuha msemmija fil-viżta pastorali tal-Isqof Mattei fl-1809 u dak iż-żmien kienet tieħu ħsiebha l-fratellanza ta' Ġesu’-Marija. Nafu li f'dan iż-żmien bikri, il-purċissjoni kienet tinkludi id-daqqaq tat-tanbur u forsi anki tal-fifra. Il-purċissjoni kienet tagħmel ħames waqfiet quddiem ħames knejjes li kien hemm imxerrda mar-Rabat.

 

Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira mill-Katidral tal-belt Vittorja f'Għawdex ħarġet għall-ewwel darba fl-1968 u għaldaqstant hija l-aktar waħda riċenti li bdiet issir fil-gżejjer Maltin. U hawnhekk wieħed jistaqsi, allura kif fil-Katidral issib vari li għandhom mijiet ta' snin fuqhom? Dan għaliex id-devozzjoni lejn il-Passjoni ta' Sidna Ġesu' Kristu f'din il-Parroċċa hija wisq aktar antika mill-purċissjoni. Sa ħafna qabel ma saret il-knisja Katidrali tad-Djoċesi Għawdxija fl-1864, il-knisja Matriċi fiċ-ċittadella diġa' kellha s-sodalita' ta’ l-Agunija mwaqqfa mill-Isqof Balaguer fl-1654........

 
 
 

Nibdew biex ngħidu li sa ftuh is-seklu għoxrin, f'Għawdex ma kienux isiru purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira ħlief fir-Rabat. Madankollu, fil-knisja Kolleġjata tan-Nadur, il-liturgija tal-Ġimgħa Mqaddsa kienet tiġi ċċelebrata b'solennita' kbira.  Lejn nofs is-seklu dsatax, saret il-vara tad-Duluri li matul iż-żmien intużat waqt xi pellegrinaġġi li kienu jiġu organizzati bejn il-Parroċċi tan-Nadur, Għajnsielem u l-Qala flimkien. Fl-istess żmien, kien hemm fin-Nadur il-korp ta' Kristu mejjet li kien jitqiegħed ġo urna akkwistata żmien qabel mingħand il-Franġiskani Konventwali tal-Belt.