IL-VARI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA F'MALTA

Wistin Camilleri (1885 - 1979 )

Wistin Camilleri twieled ir-Rabat Għawdex fl-1885 minn genituri Zwieten. Sa minn ckunitu wera ħegga artistika u kien jagħmel il-pasturi tat-tafal u jmur ibiegħom it-Tokk għal tlett ħabbiet -il wiehed. F'zgħozitu, Wistin beda jitgħallem l-istudju tal-arti fis-Seminarju ta' Ghawdex. Min hemmhekk kompla jistudja fl-iskola tal-arti fil-belt Valletta taht il-Bormliz Guzeppi Duca u aktar tard taht il-pittur famuz Guzeppi Cali'. Imbagħad għamel sentejn jistudja Ruma.

Lejn is-sena 1909 fetah l-istudju tiegħu fir-Rabat Ghawdex minn fejn baqa' jahdem sa mewtu. Ta' hmistax-il sena, Wistin hadem l-istatwi ta' San Pietru u San Pawl fil-gebel għal fuq il-fontispizju tal-knisja tal-Kapuccini ta' Ghawdex. Kien wiehed mill-ewwel artisti li esperimenta bl-uzu tal-konkos. Hadem f'din il-midja l-istatwi ta' Sant' Anna u San Gwakkin għall-Qala. Wistin hadem ukoll fil-gebla Maltija u tiegħu hija l-iskultura kollha fis-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu. F'Din il-knisja hemm madwar 1800 disinn skulturali differenti inkluz il-grupp ta' appostli ukoll mahdumin fil-gebel.

Wistin jibqa magħruf l-aktar għall-ammont ta' kurcifissi li gie mitlub jahdem. Fil-fatt ha l-laqam ta' Wistin tal-Kurcifissi. Hadem wiehed maestuz għall-vara l-kbira tal-Katidral t'Ghawdex. Hadem ukoll diversi kurcifissi għas-socjeta tal-M.U.S.E.U.M. Jingħad li Dun Gorg, illum San Gorg Preca kien jagħti pariri lin-nies biex għal Kurcifiss devot isaqsu għal Wistin t'Ghawdex.

Fost il-vari tal-Gimgħa l-Kbira li hadem, wiehed isemmi l-aktar Monument magħruf gewwa Malta jigifieri dak tal-Mosta li ddisinja u hadem għalih il-korp ta' Kristu mejjet u t-tmien angli li jdawruh. L-ahhar xogħol li hadem huwa meqjus l-kapulavur tiegħu u dan hu l-grupp statwarju tat-tradiment ta' Guda li għamel għall-Parrocca tan-Naxxar fl-1975 fl-eta' ta disgħin sena. Ghall-katidral t'Ghawdex, minbarra l-vara l-kbira, hadem id-duluri u d-difna li hija xogħol originali għall-ahhar. Ghall-Parrocca ta' San Gorg Ghawdex hadem il-Veronika, il-figuri tal-vara l-Kbira (aqta' l-kurcifiss) u l-angli tal-Monument. Ghandu aktar xogħol imxerred ma' Malta u Ghawdex.

Wistin Camilleri gie onorat mill-Papa Pawlu VI u mogħti t-titlu ta Kommendatur mill-Ordni tal-Kavallieri ta' San Gwann. Huwa miet nhar l-Erbgħa ta' Lulju 1979 fl-eta' sabiha ta' 94 sena.  

 

Copyright - Marco Saliba Adrian Sammut 2012

www.goodfridaymalta.com