IL-VARI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA F'MALTA

Salvatore Psaila  (1789 - 1871)

Salvatore Psaila twieled f’Bormla fl-20 ta’ Jannar 1789. Minn eta’ żgħira dejjem wera x-xeħta lejn l-arti ta’ l-iskultura. Bħal Xandru Farrugia u Pietro Paolo Azzopardi, ġie fdat f’idejn l-iskultur bravu Mariano Gerada li kellu l-ħanut tax-xogħol ġewwa Bormla.

Fost ix-xogħol li għamlu isem lil Psaila ma nistgħux inħallu barra il-Vara titulari ta’ Sant’Elena (ritratt) ta’ Birkirkara li hi meqjusa bħalha opra artistika. Insemmu wkoll il-Vara tal-Madonna tal-Karmnu li skolpixxa fl-injam għall-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu taż-Żurrieq fl-1842.

 Għal Ġimgħa l-Kbira, Psaila ħadem  żewġ vari biss,  il-Marbut u l-Ecce Homo għall-Birgu fl-1831 li bihom ukoll wera l-ħila tiegħu. Fl-1833 ħadem għall-istess Parrocca, il-Vara ta’ Kristu Rxoxt kunsidrata bħalha waħda mill-isbaħ fil-gżejjer Maltin.

Salvatore Psaila ħalla dan il-wied ta’ dmugħ fl-1871.

 

Copyright - Marco Saliba Adrian Sammut 2012

www.goodfridaymalta.com