IL-VARI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA F'MALTA

Gerolamo Dingli  (1911- 1994)

Gerolamo jew Glormu Dingli twieled l-Imqabba fl-1911 izda ghex u hadem ir-Rabat Malta. .. Mindu kien zghir, deher li kellu passjoni u talent biex jimmudella. Kien jattendi l-iskola tal-Arti tal-gvern u tghallem taht Anton Micallef.

Dingli hakem ix-xena artistika f'nofs is-seklu ghoxrin. L-aktar li hadem kien xoghol fil-kartapesta, xoghol dekorattiv u statwi kemm ghall-knejjes kif ukoll ghal djar privati. Hadem kemm vari mudelli kif ukoll kopji ta' vari ezistenti ghad-devoti privati u ghamel bosta xoghol ta' restawr. Bhala vari titulari, huwa hadem Santa Marija Assunta ghal tas-Samra, Hamrun (1967) u l-Madonna ta' Fatima ghal G'Mangia (1971) it-tnejn fil-kartapesta.

Kien aktar attiv fil-qasam tal-Passjoni u l-qawmien ta' Kristu. Hadem il-vari tal-Irxoxt ghal Haz-Zebbug (1975), Mosta (1976), Qormi San Bastjan (1981) u l-Gharghur (1983). Ta' min jghid li l-Irxoxt ta' Haz-Zebbug huwa mahdum differenti mit-tlieta l-ohra Dingli ittrasforma l-qabar soltu rhamat u mzejjen bi skultura ghal wiehed modern u semplici f'forma ta' kaxxa rettangolari miksija bil-gibs u mizbugha b'kulur kannella fil-griz.

Ghall-purcissjonijiet tal-Gimgha l-Kbira, Glormu Dingli hadem tliet vari tat-tradiment ta' Guda ghall-Mosta (1963), Hal Luqa (1973) u Haz-Zebbug (1978). Ghal Haz-Zebbug hadem il-vara ta Gesu mghejun minn Xmun ic-Cirinew (1964) li bhalha hawn biss iz-Zejtun (xoghol Taljan) u Hal-Qormi fejn Ic-Cirinew gie integrat fil-vara tal-Veronika. Dingli hadem ukoll id-Duluri ghan-Naxxar (1965) u l-Imsida.

Gerolamu Dingli halla din id-dinja fis-26 ta' Mejju 1994.

 

Copyright - Marco Saliba Adrian Sammut 2012

www.goodfridaymalta.com