IL-VARI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA F'MALTA

Antonio Mifsud  'In-Najci'  (1760-1830)

Antonio Mifsud magħruf bħala 'In-Najċi' twieled il-Mosta fl-1760 iżda ħadem għal ħafna żmien fil-Belt Valletta. Dan l-istatwarju kien imfittex ħafna fi żmienu għax-xogħol fil-kartapesta. Kien għadu żmien bikri għall-uzu ta' din il-midja u Mifsud kompla fejn halla Saverio Laferla.

L-istoriku P.P. Castagna jirreferi għall-Mifsud bhala 'modellatur u dilettant tal-kartapesta' u jgħid li bejn l-1824 u l-1826 ħadem xi vari għal Ħaż-Żebbuġ u għamel diversi mudelli ta' statwi oħra fosthom ta' Zammitellu (1823) u Hastings (1827). Għal-Ħaż-Żebbuġ ħadem l-istatwi tal-Marbut u tal-Ecce Homo li għadhom jintuzaw illum għalkemm biz-żieda ta' aktar figuri magħhom li nħaddmu aktar tard. Tan-Najċi ukoll hija l-Vara l-Kbira tal-istess Parroċċa li hija kkunsidrata fost il-kapulavuri ta' dan l-istatwarju.

Fl-istess żminijiet, Mifsud gie kkumissjonat mill-Arċikonfraterita' ta San Ġuzepp tar-Rabat biex jaħdem xi vari. Dawn kienu L-Ort (1825) li għadu jintuza sal-lum u l-Ecce Homo (1824) li nbidel fl-1984.

Huwa probabbli li Mifsud ħadem aktar vari għal lokalitajiet oħra imma d-dokumenti dwarhom intilfu mal-milja taż-żmien. In-Najċi miet fl-1830.

 

Copyright - Marco Saliba Adrian Sammut 2013

www.goodfridaymalta.com