Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Statwarji

Qegħdin nippreżentaw, f'ordni kronoloġika,  tagħrif ġenerali fuq l-istatwarji  kollha li sebbħu l-knejjes tagħna b'tant opri tal-arti konnessi mal-Ġimgħa l-Kbira u li għadna nistgħu ngawdu xogħolhom kull sena fil-Purċissjonijiet tagħna. 

 

Statwarji tas-Seklu Sbatax u Tmintax

Melchiore Gafa'  (1635-1667)

Melchiore Gafa' huwa meqjus bhala l-akbar statwarju Malti. Imwieled il-Birgu c1635, huwa qatta tfulitu jistudja Ruma taht il-kustodja ta' Ercole Ferrata u ma damx ma ddistingwa ruhu bhala student brillanti. Hadem fuq hafna xoghol ikkummissjonat lill-Bottega ta' Ferrata u eventwalment beda jaccetta xoghol privat ukoll. Interessanti wiehed jghid li minkejja li Ferrata, jigifieri l-imghallem tieghu, kien mitfugh fuq stil klassiku, Gafa' kien aktar influwenzat  mill-arti Barokka tal-famuzi skulturi ta' zmienu, Gian Lorenzo Bernini u Alessandro Algardi.


It-talent ta' dan l-iskultur zaghzugh flimkien mal-konnessjoni li kellu f'cirki importanti f'Ruma ghenu biex jinghata hafna xoghol importanti. Gibed is-simpatija' u l-istima ta' Fabio Ghigi, inkwizitur ta' Malta (1634-39) li mbaghad lahaq il-Papa Alessandru VII. Kien bis-sahha ta' dan il-Papa li gie kkumissjonat l-ewwel xoghol f'Ruma lil Gafa' u dan kien l-altar tal-knisja Santa Maria in Campitelli (1659). Huwa hadem f'diversi knejjes ohra f'Ruma  u fl-1662 kien elett fl-aktar cirku tal-arti prestigjuz f'din il-Belt Eterna - L-Akkademja ta' San Luqa. Sahansitra hames snin wara l-istess akkademja innominatu Principal izda Gafa' b' umilta' irrifjuta din in-nomina.


Lura f'Malta, Gafa' hadem fl-injam il-vara titulari ta' San Pawl tal-Belt (1659 -ritratt lemin), u l-Madonna tar-Ruzarju ghad-Dumnikani tar-Rabat ukoll fl-injam.  L-Ordni ta' San Gwann ikkummisjonawlu il-grupp statwarju tal-maghmudija ta' Kristu ghall-knisja Konventwali ta' San Gwann. Imma bla dubju, il-kapulavur ta' Gafa'  hija l-istatwa ta' Santa Rosa ta' Lima li hu hadem ghad-Dumnikani fil-Peru (ritratt isfel).  


Ma nistghux nghidu li Gafa' hadem hafna xoghol  relatat mal-Gimgha l-Kbira ghalkemm maz-zmien kien hemm numru ta' statwi li gew attribwiti lilu forsi aktar ghax kien skultur ta' fama milli ghal haga ohra. Li ghandna tieghu huma l-idejn, is-saqajn u l-wicc ta' Gesu fl-Ort tal-Birgu. Hemm imbaghad l-Irxoxt  tal-Belt li jinsab fil-Knisja tal-Gizwiti. Attribwit lilu huwa l-Irxoxt ta' Hal Qormi minhabba x-xebh li ghandu ma dak tal-Belt, madankollu dan tal-ahhar huwa xoghol fil-kartapesta u m'ghandniex hjiel li Gafa' qatt hadem f'din il-midja. Interessanti nghidu wkoll li fil-Muzew tal-Arti l-Belt hemm buzzett ta' Gafa li jixbah hafna lir-Redentur tal-Isla li l-awtur taghha mhux maghruf.

 

Gafa' miet qasir il-ghomor fl-1667 meta waqt xogholu, waqghet fuqu bicca tafal kbira. Biex nikkonkludu fuq dan il-genju tal-arti nikkwotaw kliem Bernini li qal " un maltese..... mi avrebbe passato nel mestiere."

 

 Saverio Laferla  (c1710-1761)

Saverio Laferla jinghad li kien barbier qabel ma thajjar jitghallem l-arti tal-iskultura. Huwa tghallem is-sengha tal-kartapesta minghand xi mghallem Sqalli u huwa kkunsidrat bhala l-ewwel statwarju Malti li uza din il-midja f'pajjizna.


Jidher li l-arti ta' Laferla ntoghgbot sewwa ghaliex kienu diversi l-Parrocci li kkummisjonaw xoghol lilu. Laferla hadem l-ewwel vari tieghu ghall-Fratellanza tal-Kurcifiss tal-Belt li taghha kien ukoll fratell. Dawn kienu l-Ort, ir-Redentur, il-Veronika, il-Vara l-Kbira u d-Duluri li nqiesu li nhaddmu bejn l-1730 u l-1741.


Wara tal-Belt, Laferla gie kkummissjonat jahdem xi vari ghal Haz-Zebbug. L-istoriku Zebbugi Dun Salv Ciappara fil-ktieb tieghu Storia del Zebbug e sua Parrochia jghidilna li fl-1742, mastro Saverio Laferla hadem l-istatwi tad-Duluri (li ghadha tintuza sal-lum), tal-Veronika, ta' San Gwann l-Evangelista u ta' San Vincenz de Paule.


Kien imiss il-Parrocca tan-Naxxar li tgawdi mill-opri ta' dan l-istatwarju. Fl-1751 hadem ghal dan il-lokal, l-istatwa ta' Kristu Rxoxt. Sentejn wara jigifieri fl-1753, Laferla thallas 70 skud ghall-vari tal-Ort u l-Marbut. Ghalkemm m'hemm xejn dokumentat, nissoponu li dan l-istatwarju hadem aktar vari ghal din il-Parrocca fosthom il-Vara l-Kbira li ghadha tohrog fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira sal-lum u li hafna jattribwuha lilu.


Saverio Laferla ghadda ghall-hajja ta' dejjem fid-19 ta' Jannar tal-1761. 

 

Antonio Mifsud  'In-Najci'  (1760-1830)

Antonio Mifsud maghruf bhala 'In-Najci' twieled il-Mosta fl-1760 izda hadem ghal hafna zmien fil-Belt Valletta. Dan l-istatwarju kien imfittex hafna fi zmienu ghax-xoghol fil-kartapesta. Kien ghadu zmien bikri ghall-uzu ta' din il-midja u Mifsud kompla fejn halla Saverio Laferla.


L-istoriku P.P. Castagna jirreferi ghall-Mifsud bhala 'modellatur u dilettant tal-kartapesta' u jghid li bejn l-1824 u l-1826 hadem xi vari ghal Haz-Zebbug u ghamel diversi mudelli ta' statwi ohra fosthom ta' Zammitellu (1823) u Hastings (1827). Ghal-Haz-Zebbug hadem l-istatwi tal-Marbut u tal-Ecce Homo li ghadhom jintuzaw illum ghalkemm biz-zieda ta' aktar figuri maghhom li nhaddmu aktar tard. Tan-Najci ukoll hija l-Vara l-Kbira tal-istess Parrocca li hija kkunsidrata fost il-kapulavuri ta' dan l-istatwarju.


Fl-istess zminijiet, Mifsud gie kkumissjonat mill-Arcikonfraterita' ta San Guzepp tar-Rabat biex jahdem xi vari. Dawn kienu L-Ort (1825) li ghadu jintuza sal-lum u l-Ecce Homo (1824) li nbidel fl-1984.


Huwa probabbli li Mifsud hadem aktar vari ghal lokalitajiet ohra imma d-dokumenti dwarhom intilfu mal-milja taz-zmien. In-Najci miet fl-1830.

 

Statwarji tas-Seklu Dsatax

Alessandro Farrugia (1791-1871)

Alessandro jew kif nafuh aħjar Mastru  Xandru Farrugia twieled fil-limiti taż-Zejtun fit-2 ta’ Frar 1791 minn Gużepp u Duminka nee Abela. Flimkien mal-istatwarji l-ohra ta’ zmienu Pietru Paolo Azzopardi u Salvatore Psaila, Xandru kien student tal-istatwarju famuz Malti Marjanu Gerada li skond l-istoriku P P Castagna kien statwarju ghar-re ta’ Spanja.


(Parenetesi zghira fuq Mariano Gerada (1770-1823). Gerada kien statwarju kbir li hadem hafna xoghol ghall-knejjes taghna. L-Opri li hadem jinkludu l-Vari titulari ta’ Santa Katerina ghaz-Zurrieq, Santa Marija ghal Hal Ghaxaq u l-Madonna tal-Grazzja ghal Haz-Zabbar. B'Rabta  mal-Gimgha l-Kbira ghamel id-disinn u l-gastri tal-Monument tal-Isla kif ukoll skolpa l-erba' angli tal-kantunieri. Gerada kien protagonista ghax permezz tal-esperjenza li gab mieghu minn Spanja, harrgu minn taht idejh it-tliet statwarji kbar li semmejna aktar il-fuq.)


Xandru huwa kkunsidrat bhala l-aktar artist prolifiku tas-seklu dsatax. Hadem f’diversi midja inlkuz fil-gebla Maltija, fl-injam u fil-kartapesta. Skond Castagna, wahda mill-ewwel xoghlijiet tieghu kienet il-Vara tal-Madonna tar-Ruzarju ghall-knisja Parrokjali ta’ Hal Ghaxaq. Fost xoghlijiet ohra marjani tieghu hemm il-Lunzjata ta’ Hat-Tarxien (ritratt) u Marija Assunta tal-Imqabba.


Ghall-Purcissjonijiet tal-Gimgha l-Kbira, Xandru hadem xi vari ghaz-Zejtun fosthom il-Vara tal-Marbut (fl-injam 1839) u l-anglu fil-vara tal-Ort li ghadna ngawduhom sal-lum. Nafu wkoll li hadem Ecce Homo ghan-Naxxar fl-1838. Imxerrdin fil-knejjes ta’ Malta ghadna nsibu diversi statwi ohra devozzjonali li huma xoghol ta’ dan l-istatwarju.Fil-Gzira Ghawdxija, ghall-Parrocca ta’ San Gorg fil-belt Vittorja, Xandru hadem il-korp ta’ Kristu mejjet ghall-Monument (1844).


Xandru Farrugia miet fl-4 ta’ Dicembru 1871 fl-eta ta' 80 sena fir-residenza tieghu goz-Zejtun.

 

Salvatore Psaila  (1789 - 1871)


Salvatore Psaila twieled f’Bormla fl-20 ta’ Jannar 1789. Minn eta’ zghira dejjem wera x-xehta lejn l-arti ta’ l-iskultura. Bhal Xandru Farrugia u Pietro Paolo Azzopardi, gie fdat f’idejn l-iskultur bravu Mariano Gerada li kellu l-hanut tax-xoghol gewwa Bormla.


Fost ix-xoghol li ghamlu isem lil Psaila ma nistghux inhallu barra il-Vara titulari ta’ Sant’Elena (ritratt) ta’ Birkirkara li hi meqjusa bhalha opra artistika. Insemmu wkoll il-Vara tal-Madonna tal-Karmnu li skolpixxa fl-injam ghall-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu taz-Zurrieq fl-1842.


Ghal Gimgha l-Kbira,Psaila hadem  zewg vari biss,  il-Marbut u l-Ecce Homo ghall-Birgu fl-1831 li bihom ukoll wera l-hila tieghu. Fl-1833 hadem ghall-istess Parrocca, il-Vara ta’ Kristu Rxoxt kunsidrata bhalha wahda mill-isbah fil-gzejjer Maltin.


Salvatore Psaila halla dan il-wied ta’ dmugh fl-1871.

 

Pietro Paolo Azzopardi  (1791-1875)

Pietro Paolo Azzopardi twieled il-Belt Valletta fl-1791, fl-istess sena li twieled l-istatwarju kontemporanju tieghu Xandru Farrugia. Fi tfulitu familtu marret toqghod Bormla u Pietro Paolo gie fdat f’idejn l-imghallem statwarju Marjanu Gerada li minghandu tghallem is-sengha.


Skond l-istoriku P P Castagna, Azzopardi beda l-karriera tieghu billi skultura ghadd ta’ puleni ghal fuq l-igfna. Lejn il-bidu tas-seklu dsatax imbaghad, ittanta jahdem xi xoghol fil-gebla Maltija. F’din il-midja, hadem Redentur ghal Hal Ghaxaq (1808) meta kellu biss sbatax il-sena u Santa Katerina ghaz-Zurrieq fl-1816.


Madankollu, jidher car li Azzopardi kien jippreferi jiskultura fl-injam.Kien zmien meta d-domanda ghall-istatwi fl-injam kienet kbira hafna u Pietro Paolo gawda minn din is-sitwazzjoni. Gie kkumissjonat biex jahdem il-Madonna tar-Ruzarju ghal Bormla fl-1828 (ritratt)  u dan ix-xoghol ghen biex kabbar l-isem tieghu.


Dan l-istatwarju huwa maghruf ghal hafna xoghlijiet ta’ vari tal-Passjoni. Ghall-Frangiskani Minuri tal-Belt maghrufa ahjar bhala ta’ Giesu, hadem il-vara tal-Marbut (c1831) meqjusa opra tal-arti u hemm minn jattribwixxi lilu anki l-Ecce Homo. Ghal Bormla hadem il-Marbut u l-Ecce Homo (bejn l-1838-1841) u r-Redentur (1855-8).


Azzopardi irnexxielu jigbed l-ammirazzjoni tal-Ghawdxin b’numru ta’ xoghlijiet li ghamel bejn l-1830 – 1850. Ghall-Bazilika ta’ San Gorg, hadem il-Vara titulari ta San Gorg martri fl-1839 kif ukoll il-kurcifiss tal-vara l-Kbira (1848) u ghax-Xewkija, il-vara titulari ta’ San Gwann il-Battista  fl-1845.


Xoghlijiet ohra ta’ Azzopardi jinkludu il-Vara tal-Bambina ghall-Mellieha (1853), Sta Agata ghal Bormla (1846) u San Mikiel Arkanglu ghal Hal Qormi (1865).  Skond  P P Castagna, Il-hila artistika ta’ Pietro Paolo Azzopardi sa giet rikonoxxuta mir-Re Ferdinandu II ta’ Napli li appuntah skultur tieghu.


Pietro Paolo miet fl-24 t’Ottubru 1875 fl-eta’ ta’ 84 sena’ . 

 

Giuseppe Vella  (1802-1866)


Giuseppe Vella twieled il-Belt Valletta fl-1802 u kien maghruf bhala 'Mastru Pepp'. Ghex fi zmien fejn il-Fratellanzi kienu fl-aqwa taghhom u d-domanda ghall-vari tal-passjoni kienet kbira. 


Minn zghozitu, Peppi Vella kiseb fama kbira ghax-xoghol fil-kartapesta tant li ta' dsatax-il sena kien diga' beda jahdem fuq is-sett ta' vari tal-passjoni ta' Hal Ghaxaq. Fl-1830 imbaghad hadem is-sett ta' Hal Luqa.


Skont l-istoriku P P Castagna, Vella hadem ukoll il-vara ta' San Duminku tal-Birgu (1849), Santa Katerina ukoll ghall-Birgu (1850) u tal-Beatu Franku ghal tal-Karmnu fil-Belt. L-unika vara titulari li nafu li hadem Vella hija l-Vizitazzjoni ghall-Gharb f'Ghawdex (1853 - Ritratt lemin).


Giuseppe Vella miet fl-1866.

 

Salvatore Dimech  (1805-1887)

 

Salvatore twieled il-Mosta fl-1805 u tħarreġ fl-arti tal-iskultura fil-ġebel u fl-injam taħt il-maestro Sigismondo Dimech. 


Ħadem numru ta' vari titulari fl-injam fosthom dik ta' Santa Marija tal-Mosta (li imbagħad ġiet immodifikata minn Ċensu Apap fis-seklu għoxrin) u Marija Annunzjata ta' Ħal Balzan. (ritratti xellug).


Kien ukoll magħruf għax-xogħol fil-ġebla Maltija u skultura numru ta' statwi li jinsabu mxerrda fit-toroq Maltin. Flimkien ma' l-imgħallem tiegħu Sigismondo sawwar l-istatwa kbira tal-ġebel ta' missierna San Pawl li tqegħdet fil-gżejjer li jġiebu l-isem ta' dan il-qaddis. 


B'Rabta mal-Ġimgħa l-Kbira,  Dimech ħadem statwa tad-duluri għall-Parroċċa tal-Mosta li kienet inbiddlet ma' waħda impurtata minn Franza, u l-Vara l-Kbira tal-Belt (1854) li hija l-unika vara tiegħu li għadha toħroġ proċessjonalment.  


Salvatore miet fis-26 ta' Ottubru 1886. 

 

Giovanni Darmanin  (1817-1887)


Giovanni Darmanin twieled il-Belt Valletta fit-13 ta' April 1817 iżda l-familja tiegħu ġarret lejn l-Isla meta kien għadu ta' eta' żgħira. 


L-Arti kienet magħġuna mal-ħajja ta' Giovanni li ħadem għal ħafna snin fil-kumpanija tal-familja li kienet famuża għad-disinji u xogħolijiet fl-irħam. Giovanni ħadem numru ta' vari għall-knejjes, ewlenija fosthom dik tal-Madonna tal-Ġilju għall-Imqabba (ritratt lemin) kif ukoll statwi li jintramaw fit-toroq Maltin fil-ġranet tal-festi. 


B'Rabta mal-Ġimgħa Mqaddsa, Giovanni m'għamilx ħafna xogħol imma hemm attribwiti lilu l-istatwi tal-Madonna, San Ġwann u l-Madalena tal-vara l-Kbira li għadha toħroġ proċessjonalment fiż-Żejtun kif ukoll ir-Redentur tal-Birgu. 


Lejn l-aħħar ta' ħajjtu, Giovanni Darmanin mar joqgħod ir-Rabat fejn ħalla dan il-wied tad-dmugħ f'Diċembru tal-1908.

 

Vincenzo Cremona  (1851-1912)

Cremona twieled fil-Belt Valletta fl-1851. Huwa beda l-istudji tiegħu f’Malta iżda kompla jsaħħaħ it-talent tiegħu f’Napli u meta ġie lura nħatar bħala l-ewwel  xenografu tat-Teatru Rjal.


Hawn min isostni li Cremona kien student ta’ Karlu Darmanin iżda għalkemm it-tnejn li huma kellhom il-kapaċita li joħolqu figuri kemm jista jkun umani, id-differenza fix-xogħlijiet tagħhom hija kbira anki għax Cremona huwa ħafna aktar drammatiku.


Cremona ħadem għadd ġmielu ta’ statwi li jintramaw fil-pjazez fil-festi titulari fosthom fil-Mosta (is-sultan David u sett anġli zgħar) ritratt xellug, u Ħal-Qormi San Ġorġ. Għas-Soċjeta La Stella tal-Belt Vittoria, Cremona ħadem l-istatwa tad-dimostrazzjoni tal-Qaddis Patrun San Ġorġ Megalomartri.


Vari tal-Gimgħa Mqaddsa attribwiti lil Cremona għandna l-Ort ta’ Hal Qormi (għalkemm oħrajn isostnu li dan huwa xogħol ta’ Karlu Darmanin) u ż-żewġ suldati li qegħdin maġenb Kristu Rxoxt. Għal San Ġorġ tal-Belt Vittorja, Cremona kien ħadem il-figura tal-anġlu tal-vara ta’ l-Ort li kienet toħroġ fil-Purċissjoni sal-2008 qabel iżżanżnet il-vara l-ġdida ta’ Michael Camilleri Cauchi.


Vincenzo Cremona miet fl-1912.

 

Karlu Darmanin  (1825-1909)

Darmanin maghruf ukoll bhala Carlozzo twieled l-Isla  fl-1825 u tharreg l-arti minn missieru. Fil-bidu tal-karriera tieghu ittanta jaghmel xi skulturi fl-irham izda ma damx ma beda jahdem fil-kartapesta.


Ghalkemm Darmanin hadem hafna xoghol marbut mal-Gimgha l-Kbira, tajjeb insemmu xi vari titulari li ghamel fosthom is-Salvatur ghal Hal Lija (ritratt isfel), San Gejtanu ghal Hamrun, San Giljan ghall-Parrocca li ggib l-istess isem u San Leonardu ghal Hal Kirkop ( li inbidel fl-1949). 


Karlu Darmanin jibqa l-aktar maghruf ghan-numru kbir ta' vari li hadem ghall-Gimgha l-Kbira. Kien l-istatwarju li seraq ix-xena fit-tieni nofs tas-seklu dsatax u ta sehem kbir fl-izvilupp ikonografiku f'pajjizna.


Naghtu xi ezempji. L-Ort ta' Bormla (1878) hija kkunsidrata bhalha wiehed mill-kapulavuri ta' Darmanin, l-ewwelnett ghall-pozizzjoni insolita li qed fiha Kristu u wkoll ghax fiha introduca it-tieni anglu. 

Fil-Veronika tal-Mosta (1869) introduca ghall-ewwel darba figura gdida fit-tifla zzomm il-garra f'idejha. Imma l-aktar vara li tixhed l-izvilupp ikonografiku hija il-vara tat-tradiment ta' Guda f'Hal Qormi (1908), li hija l-ewwel vara ta' dan il-misteru f'Malta u li baqghet unika sal-1961. Permezz ta' Karlu Darmanin, inkissret it-tradizzjoni tas-sett tat-tmien vari.


Darmanin hadem hafna vari ghal diversi lokalitajiet u mhux ta' b'xejn li jissejjah il-Princep ta' l-istatwarji. Tajjeb li nghidu li l-Mosta ghandha sitta mid-disgha vari ta' dan l-istatwarju. Hawnhekk ta' min isemmi il-kurcifiss meraviljuz tal-vara l-Kbira (1869), bicca xoghol li tigbed l-ammirazzjoni ta' kullhadd.


Karlu hadem hafna xoghlijiet ohra, fosthom angli li ghadhom izejnu t-toroq taghna fil-festi parrokkjali. 


Insemmu wkoll  il-Madonna tar-Ruzarju li hadem ghall-Mellieha, ghan-Naxxar u ghaz-Zurrieq, il-Madonna ta' Lourdes ghall-Qrendi u l-Qalb ta' Gesu ghal H'Attard.


Karlu Darmanin miet fis-26 ta' Novembru 1909 fil-Hamrun u ndifen fic-cimiterju tal-Addolorata.

 

Statwarji tas-Seklu Għoxrin

Abram Gatt  (1863-1944)

 

Abram twieled f'Bormla fl-1863 u tħarreġ fl-arti fl-iskola Teknika ta’ raħal twelidu taħt it-tmexxija tal-pittur Lazzaro Pisani. Tgħallem l-iskultura fl-injam u fil-kartapesta. Barra minhekk, Gatt jista jitqies bħala arġentier u diżinjatur mill-aqwa u bosta knejjes f’pajjiżna huma mżejjna b’ħafna opri artistiċi tiegħu. 


Xi xogħolijiet li juru l-ħila tiegħu huma d-disinn tal-Vara tal-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Bormla u l-pedestall tal-istess statwa , il-vara artistika ta’ San Ġużepp f’Bormla wkoll (ritratt lemin) ,  id-disinn tal-bradella u l-pedestall tal-fidda tal-vara ta’ Santa Marija fl-Imqabba, l-erba’ statwetti tal-fidda fil-pedestall tal-vara ta’ San Lawrenz fil-Birgu.


Għas-sett tal-Passjoni, Abram ħadem il-Veronika u Kristu msallab tal-Vara l-Kbira ta’ raħal twelidu. Għal Bormla wkoll għamel id-disinn tal-qabar ta’ Kristu Irxoxt.


Abram Gatt li ħakem ix-xena artistika Maltija fit-tmiem is-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu għoxrin daħal fil-ħajja ta’ dejjem fl-1944. 

 

Kalcidon Mangion

Sfortunatament, ftit li xejn għandna tagħrif dwar dan l-istatwarju u l-ftit li nafu wasal għandna minn dawk ta’ qabilna. Kalċidon għex u ħadem fil-Għargħur fl-istess żmien li Karlu Darmanin (1825-1909) kien qed jisraq ix-xena f’Malta fl-arti tal-kartapesta. Kienet ukoll l-era li fiha spikka l-pittur famuż Ġużeppi Cali’ (1845-1930) li kien ħabib tal-qalb ta’ Kalċidon. Jingħad li r-rispett ta’ Cali’ lejn Mangion kien hekk kbir li meta Cali’ pitter il-kwadru titulari tal-Għargħur fl-1902, li juri l-martirju ta’ San Bert, uża lil Kalċidon bħala mudell għall-figura ta’ manigold qed iżomm il-ħbula li bihom intrabat l-appostlu (ritratt taht).

Ma nistgħux ngħidu li dan l-istatwarju ħalla wisq influwenza fuq din l-arti madankollu hemm xi tagħrif fuqu li ta’ min isemmi. Skont l-istoriku Mosti Joseph Borg, dan l-istatwarju kien ħadem l-ewwel vari tal-Ecce Homo, il-Veronika u l-korp ta’ Kristu mejjet għall-Parroċċa tal-Mosta. Li hu stramb hu li dawn inħaddmu sewwa sew fl-istess żmien li Karlu Darmanin kien diga’ ħadem l-Ort u l-Marbut (1866), ir-Redentur u l-Varal-Kbira (1869) għall-istess Parroċċa. Jista’ jagħti l-kas li l-Mostin ta’ dak iż-żmien kellhom tant ħerqa li jgħaqqdu kemm jista’ jkun is-sett tradizzjonali, li daħħlu lil Kalċidon Mangion biex jagħmlilhom il-kumplament tal-Vari li Darmanin, imħabbat kif kien, ma kellux żmien biex ilestihom kollha kif xtaqu. Illum ma baqa’ l-ebda ħjiel ta’ dawn il-Vari għax Darmanin ħadem oħrajn flokhom snin wara.  


 B’xorti tajba, fil-Mosta għadu jeżisti l-ewwel sett appostli li jingħad li Kalċidon Mangion kien ħadem għall-artal maġġur tar-Rotunda għall-ħabta tal-1880. Dawn qed jiġu restawrati u arġentati mill-ġdid. Għall-Mosta wkoll, Kalċidon kien ħadem l-ewwel sett ta’ gandlieri tal-injam għall-artal li skont xi Mostin antiki saru fuq disinn ta’ George Grognet kif ukoll l-ewwel sett ta’ arkanġli li jżejnu l-ġnub tal-kor. Dawn inbidlu fis-snin tletin tas-seklu dsatax ma’ oħrajn ta’ l-iskultur Ċensu Apap.


Minbarra s-sett ta’ Vari tal-Ġimgħa l-Kbira għall-Għargħur li tagħrif dwarhom jinsab fil-paġna ddedikata lil dan ir-raħal, Mangion ħadem l-anġli tal-Monument ta’ Ħal Qormi. Dan l-aħħar, instabet ukoll evidenza fl-Arkivju Parrokjali tan-Naxxar, preċiżament fid-djarju ta’ Dr Ignazio Micallef li tgħid li l-anġli mal-Monument tan-Naxxar, s’issa dejjem attribwiti lil Karlu Darmanin, saru wkoll min Kalċidon Mangion. Huwa magħruf li Mangion kien jagħmel użu mill-forom ta’ Darmanin u jista jkun li hekk għamel għall-anġli tal-Monument tan-Naxxar. Dan jispjega l-livell ogħla ta’ xogħol ta’ dawn l-anġli minn xogħlijiet oħra tiegħu.

 

Giuseppe Caruana  (1887-1973)

Magħruf bħala ta’ Marċjol, dan l-artist twieled il-Mosta fl-1887 imma l-ħanut tax-xogħol tiegħu kien jinsab f’Bormla.  Minbarra x-xogħlijiet li ħadem, Giuseppe kien ukoll restawratur ta’ ħila. B’konnessjoni mal-Ġimgħa l-Kbira, tal-Marċjol għandna l-anġlu tal-vara ta’ l-Ort tal-Birgu (1946) kif ukoll l-Ort (1955) u l-figura tal-Veronika (1954) f’Ħaż-Żebbuġ.  


Għal Haż-Zebbuġ ukoll, Caruana rrestawra il-vara tad-Duluri fis-snin ħamsin tas-seklu li għadda kif ukoll l-anġli li jsebbħu l-Monument tal-istess lokal.   Giuseppe Caruana miet fl-1973 fl-eta’ ta’ 85 sena. 

 

Wistin Camilleri  (1885 - 1979)

Wistin Camilleri twieled ir-Rabat Ghawdex fl-1885 minn genituri Zwieten. Sa minn ckunitu wera hegga artistika u kien jaghmel il-pasturi tat-tafal u jmur ibieghom it-Tokk ghal tlett habbiet -il wiehed.   F'zghozitu, Wistin beda jitghallem l-istudju tal-arti fis-Seminarju ta' Ghawdex. Min hemmhekk kompla jistudja fl-iskola tal-arti fil-belt Valletta taht il-Bormliz Guzeppi Duca u aktar tard taht il-pittur famuz Guzeppi Cali'. Imbaghad ghamel sentejn jistudja Ruma.

Lejn is-sena 1909 fetah l-istudju tieghu fir-Rabat Ghawdex minn fejn baqa' jahdem sa mewtu. Ta' hmistax-il sena, Wistin hadem l-istatwi ta' San Pietru u San Pawl fil-gebel ghal fuq il-fontispizju tal-knisja tal-Kapuccini ta' Ghawdex. Kien wiehed mill-ewwel artisti li esperimenta bl-uzu tal-konkos. Hadem f'din il-midja l-istatwi ta' Sant' Anna u San Gwakkin ghall-Qala. Wistin hadem ukoll fil-gebla Maltija u tieghu hija l-iskultura kollha fis-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu. F'Din il-knisja hemm madwar 1800 disinn skulturali differenti inkluz il-grupp ta' appostli ukoll mahdumin fil-gebel.


Wistin jibqa maghruf l-aktar ghall-ammont ta' kurcifissi li gie mitlub jahdem. Fil-fatt ha l-laqam ta' Wistin tal-Kurcifissi. Hadem wiehed maestuz ghall-vara l-kbira tal-Katidral t'Ghawdex. Hadem ukoll diversi kurcifissi ghas-socjeta tal-M.U.S.E.U.M. Jinghad li Dun Gorg, illum San Gorg Preca kien jaghti pariri lin-nies biex ghal Kurcifiss devot isaqsu ghal Wistin t'Ghawdex.


Fost il-vari tal-Gimgha l-Kbira li hadem, wiehed isemmi l-aktar Monument maghruf gewwa Malta jigifieri dak tal-Mosta li ddisinja u hadem ghalih il-korp ta' Kristu mejjet u t-tmien angli li jdawruh. L-ahhar xoghol li hadem huwa meqjus l-kapulavur tieghu u dan hu l-grupp statwarju tat-tradiment ta' Guda li ghamel ghall-Parrocca tan-Naxxar fl-1975 fl-eta' ta disghin sena. Ghall-katidral t'Ghawdex, minbarra l-vara l-kbira, hadem id-duluri u d-difna li hija xoghol originali ghall-ahhar. Ghall-Parrocca ta' San Gorg Ghawdex hadem il-Veronika, il-figuri tal-vara l-Kbira (aqta' l-kurcifiss) u l-angli tal-Monument. Ghandu aktar xoghol imxerred ma' Malta u Ghawdex.


Wistin Camilleri gie onorat mill-Papa Pawlu VI u moghti t-titlu ta Kommendatur mill-Ordni tal-Kavallieri ta' San Gwann. Huwamiet nhar l-Erbgha ta' Lulju 1979 fl-eta' sabiha ta' 94 sena.

 

Antonio Farrugia

Antonio Farrugia mill-Isla kien dilettant tal-kartapesta u kellu l-ħanut tax-xogħol tiegħu fi Triq l-Annunzjata f'Ħal Tarxien. Minbarra l-vari tal-Passjoni,  għall-Paroċċa Kristu Re ta' Raħal Ġdid, Farrugia kien ħadem xi statwi oħra li jintramaw fil-pjazza matul il-ġranet tal-festa fosthom waħda allegorika ta' Malta li għadha tintrama sal-ġurnata tal-lum. Statwi oħra li ħadem biex jintramaw fil-festa tal-Kunċizzjoni f'Bormla u fil-pjazza tal-Gudja għall-festa ta' Santa Marija jidher li twarrbu biż-żmien. Kien skolpa wkoll xi statwi fil-ġebel fosthom waħda ta' San Pawl għall-faċċata tal-Knisja ddedikata lil dan il-Qaddis f'Bormla.  


Relatat mal-Ġimgħa l-Kbira, Antonio ħadem l-ewwel ir-Redentur għal Raħal Ġdid li għadu l-istess wieħed li joħroġ proċessjonalment sal-lum (ritratt xellug). Il-Benefattur ta' din il-vara kien Mikiel Buontempo li kien jiġi missier il-mara ta' Antonio innifsu. Kellhom jgħaddu xejn inqas minn 28 sena biex l-istess statwarju kompla jaħdem il-kumplament tas-sett ta' vari għal dan ir-raħal. 


Imma fatt kurjuż dwar dan l-istatwarju hu li xi snin wara t-tieni gwerra dinjija, kien tqabbad biex jaħdem l-istatwa ta' Kristu Rxoxt għal Raħal Ġdid li iżda ma ġietx aċċettata mill-kapillan ta' dak iż-żmien. Din imbagħad ingħatat lill-Parroċċa tal-Gżira li b'riħet t'hekk bdiet torganizza il-purċissjoni tal-Għid. Eventwalment, fit-tmeninijiet tas-seklu l-ieħor din il-vara tbiddlet ma' oħra ġdida ta' Alfred Camilleri Cauchi. Lura għal Raħal Ġdid, Antonio ħadem vara oħra tal-Irxoxt fl-1973 li baqgħet toħroġ fil-manifestazzjoni tal-Għid sal-ewwel snin tas-seklu li qegħdin fih meta żżanżnet waħda ġdida ta' Michael Camilleri Cauchi.

 

Gerolamo Dingli  (1911- 1994)

 

Gerolamo jew Ġlormu Dingli twieled l-Imqabba fl-1911 izda għex u ħadem ir-Rabat Malta. Mindu kien zgħir, deher li kellu passjoni u talent biex jimmudella. Kien jattendi l-iskola tal-Arti tal-gvern u tgħallem taht Anton Micallef.


Dingli hakem ix-xena artistika f'nofs is-seklu għoxrin. L-aktar li ħadem kien xogħol fil-kartapesta, xogħol dekorattiv u statwi kemm għall-knejjes kif ukoll ghal djar privati. Ħadem kemm vari mudelli kif ukoll kopji ta' vari ezistenti ghad-devoti privati u għamel bosta xogħol ta' restawr. Bħala vari titulari, huwa ħadem Santa Marija Assunta ghal tas-Samra, Hamrun (1967) u l-Madonna ta' Fatima ghal G'Mangia (1971) it-tnejn fil-kartapesta.


Kien aktar attiv fil-qasam tal-Passjoni u l-qawmien ta' Kristu.  Ħadem il-vari tal-Irxoxt ghal Ħaz-Zebbug (1975), Mosta (1976 ritratt lemin) ), Qormi San Bastjan (1981 dettall ritratt lemin) u l-Għargħur (1983). Ta' min jgħid li l-Irxoxt ta' Ħaz-Zebbug huwa maħdum differenti mit-tlieta l-oħra Dingli ittrasforma l-qabar soltu rħamat u mzejjen bi skultura għal wieħed modern u semplici f'forma ta' kaxxa rettangolari miksija bil-gibs u mizbugħa b'kulur kannella fil-griz. 

Ghall-purcissjonijiet tal-Gimgha l-Kbira, Glormu Dingli hadem tliet vari tat-tradiment ta' Guda ghall-Mosta (1963), Hal Luqa (1973) u Haz-Zebbug (1978). Ghal Haz-Zebbug hadem il-vara ta Gesu mghejun minn Xmun ic-Cirinew (1964) li bhalha hawn biss iz-Zejtun (xoghol Taljan) u Hal-Qormi fejn Ic-Cirinew gie integrat fil-vara tal-Veronika. Dingli hadem ukoll id-Duluri ghan-Naxxar (1965) u l-Imsida.


Gerolamu Dingli halla din id-dinja fis-26 ta' Mejju 1994.

 

Statwarji Kontemporanji

Alfred Camilleri Cauchi

Alfred Camilleri Cauchi twieled il-Belt Vittorja fl-1943, iben l-istatwarju magħruf Ghawdxi Wistin Camilleri u Franġiska. Minn ċkunitu kien jidher ċar li Alfred kellu xeħta għat-tpinġija u l-iskultura. Beda jistudja l-arti fl-iskola tal-Arti f'Malta taħt l-imgħallmin Ġorġ Borġ u Ċensu Apap, imbagħad  kompla javvanza fl-istudji tiegħu fil-kulleġġ tal-Arti ġewwa Edinburgh, l-Iskozja.


Lura f'Malta, Alfred intefa jgħin lil missieru Wistin li issa kien imdaħħal sewwa fiż-żmien. Alfred ħadem f'diversi midja fosthom fl-injam, fl-irħam, fil-ġebla Maltija, fil-kartapesta u fil-fajberglas.


Fost ix-xogħlijiet ta' Alfred insibu żewġ vari titulari li  huma l-istatwa ta ' Marija Reġina tal-Marsa u San Ġwann tas-Salib  f' Ta' Xbiex.  Ħadem ukoll ammont kbir ta' statwi li kull sena jintramaw fl-imsieraħ u t-toroq tagħna għall-festi tal-irħula.  Ta' min isemmi wkoll l-istatwa artistika ta' Kristu Re li Alfred ħadem għas-Soċjeta De Paule ta' Raħal Ġdid fl-1998 u li skolpixxa minn zokk wieħed miġjub apposta mill-Afrika (imbagħad indurata minn Mastro Horace Farrugia).


Marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa, ix-xogħol ta' dan l-istatwarju huwa mfittex ħafna. Ġie kkummissjonat jagħmel għadd kbir ta' Vari tal-Passjoni għal ħafna Parroċċi mxerrda fil-gżejjer tagħna. Ħadem ukoll il-vari tad-Duluri għall-Fgura u l-Balluta. Tiegħu ukoll għandna madwar tlettax-il statwa ta' Kristu Rxoxt fosthom dik skolpita fl-injam li ħadem għall-Parroċċa ta' San Ġorġ fil-Belt Vittorja.  Nistgħu ngħidu li Alfred huwa l-ewwel statwarju Malti li ħadem statwi tal-fajberglas.  Dawn nistgħu narawhom f'diversi Ċenakli li jintramaw fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa.

L-ammont ta' xogħol li għamel Alfred huwa kbir wisq biex nistgħu insemmuh kollu. Diversi pjazez Maltin huma mżejjna b'monumenti tal-ġwerra u monumenti u bustijiet ta' personalitajiet distinti kollha maħduma b'reqqa minnu. Saħansitra esporta xogħlu anki f'pajjiżi barranin bhall-Awstralja, l-Kanada u l-Ingilterra. M'hemmx dubju li s-suċċess tiegħu ġej mill-fatt li l-fiġuri li joħloq, bil-pożizzjonijiet u l-espressjoni tagħhom huma kważi reali.


Bħala rikonoxximent għall-Via Sagra fl-irħam li għamel għall-pjazza ta' quddiem is-Santwarju Ta' Pinu f'Ghawdex, Alfred ingħata t-titlu ta' Kavallier tal-Unur tal-Ordine Reale della Corona Balearica ta' Spanja. Aktar riċenti l-Ordni Akkademika Internazzjonali Greci-Marino, Ordni prestiġġjuża li tħaddan fiha artisti ta' fama mondjali ħattret lil Alfred Camilleri Cauchi bħala Surmast Onorarju Malti fi ħdanha. 

L-Aħħar xogħlijiet ta' Alfred u ibnu Aaron (are l-profil separat) inħaddmu fl-injam għall-parroċċa ta' Ħal Għaxaq - Il-Marbut (2010), l-Ecce Homo (2011) u r-Redentur (2014).


Nitolbu 'l Alla jagħti għomor twil lil Alfred biex ikompli jżejjen dawn il-gżejjer bl-opri sbieħ tiegħu. 

 

Michael Camilleri Cauchi

Michael Camilleri Cauchi, bin l-istatwarju magħruf Wistin Camilleri twieled il-Belt Vittorja fit-tlieta ta’ Frar 1951. Ħa l-edukazzjoni tiegħu l-ewwel fil-Liceo t’Għawdex imbagħad fl-Istitut Tekniku fejn studja l-arti u akkwista ċ-ċertifikati IT u GITC tas-City and Guilds. Għallem is-sengħa tal-iskultura fl-injam u fit-tafal fl-iskola tal-arti f’Għajnsielem li ġġib l-istess isem ta’ missieru. F’żogħżitu tħarreġ fis-sengħa tal-iskultura ma’ missieru kif ukoll ma Giuseppe Galea, il-Professur Emvin Cremona u John Robinson.


Michael ma damx ma wera l-ħiliet artistiċi tiegħu u ġie mqabbad jagħmel għadd kbir ta’ xogħlijiet kemm għall-knejjes kif ukoll monumenti għal postijiet pubbliċi. Fost ix-xogħol fil-knejjes nistgħu nsemmu l-iskultura fil-ġebla fis-Santwarju Ta’ Pinu, il-koppla tal-Knisja Parrokjali t’Għajnsielem u skultura fl-injam għall-knisja tan-Nadur, kollha f’Għawdex. Għamel ukoll restawr f’diversi knejjes oħra fosthom fil-Bażilika ta’ Sant’Elena, Birkirkara, fil-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Bormla, fil-Knisja tas-Salvatur ta’ Ħal Lija u fil-Knisja ta’ San Nikola fis-Siġġiewi.


L-istatwi ta’ Michael huma mxerrdin ma’ Malta u Għawdex kollu. Fosthom insemmu l-vara titulari ta’ San Duminku għall-Knisja tal-Lunzjata tal-Patrijiet Dumnikani fil-Birgu (1986 - ritratt lemin),  l-istatwa tas-Salvatur għall-Għasri (1982), Sant’Elena għall-Għaqda Mużikali Duke of Connaught ta’ Birkirkara u ħafna statwi oħra li jżejjnu l-pjazez tagħna fil-ġranet tal-festi.


Imma Michael Camilleri Cauchi żgur li se jibqa’ magħruf għall-Vari tal-Ġimgħa l-Kbira li kien u għadu jaħdem. Kif jidher f’paġni oħra f’dan is-sit, dan l-istatwarju ħadem vari għal disa’ Parroċċi fejn toħroġ il-Purċissjoni fosthom f’Raħal Ġdid fejn ħamsa mill- għaxar vari huma xogħlijiet tiegħu. L-aktar vari riċenti ta’ Michael huma l-Ort (2009), il-Marbut (2011), L-Ecce Homo (2012) u r-Redentur (2013) kollha maħdumin fl-injam għall-Bażilika ta’ San Ġorġ tal-Belt Vittorja . Matul is-snin Michael għamel ħafna xogħol ta’ restawr fuq diversi vari kemm titulari kif ukoll tal-Ġimgħa l-Kbira. 


Minbarra f'Malta, is-Sur Camilleri Cauchi għandu xogħlijiet mxerrda f'diversi pajjizi oħra fosthom fl-Italja, l-Ingilterra, l-Ġermanja, l-Amerka, l-Kanada u l-Awstralja. 

 

Renzo Gauci

Is-Sur Renzo Gauci twieled Hal Tarxien fid-29 ta’ Marzu 1959.  Ix-xeħta għall-arti dehret fih sa minn ċkunitu u sab l-inkoraġġiment tal-ġenituri tiegħu billi pprovdewlu dak kollu li kien meħtieġ għat-tpinġija u l-mudellatura. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ De La Salle imbagħad trawwem fl-iskola ta’ l-Arti ġewwa l-Belt Valletta taħt id-direzzjoni ta’ Carmelo Schembri u John Pace u għad-disinn taħt l-iskultur Censu Apap, Anton Calleja u Joseph Cassar. Kienu diversi l-artisti fosthom Antonio Buhagiar li tawh pariri siewja biex mexa ‘l quddiem fil-karriera tiegħu.  Intefa’ fuq ix-xogħol tal-kartapesta sa mill-1979.


Renzo huwa l-aktar magħruf għall-iskultura fl-injam u għar-restawr iżda ħa wkoll fama mad-dilettanti tal-festi għall-istatwi tal-kartapesta li kellu l-kapaċita’ jsawwar.


Bħala xogħol ta’ skultura, nistgħu nsemmu l-bradella tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu għall-Parroċċa tal-Fgura, in-niċċa għall-vara ta’ Marija Reġina fil-Marsa u xogħol ieħor għall-Knisja tal-Madonna tal-Pilar fil-Belt Valletta. 


Iżda żgur li Renzo huwa l-aktar marbut mal-Ġimgħa l-Kbira.  Tista’ tgħid li l-vari kollha tal-Għargħur u Ħal Luqa raw l-id tiegħu. Filwaqt li ħadem numru minnhom mill-ġdid, ħa ħsieb li jirrestawra l-kumplament. Xogħol ieħor ta’ dan l-iskultur huma l-istatwi tar-Redentur u Kristu mejjet għar-raħal tal-Għasri f’Għawdex u Duluri għall-kappella tal-Ittrija f’Binġemma. Gauci għamel ukoll restawr fuq għadd ta’ vari għall-Parroċċi tal-Mosta u l-Birgu.  Tiegħu ukoll huma l-istatwi ta’ Kristu Rxoxt fil-knejjes ta’ Agostinjani f’Ħal Tarxien u r-Rabat.


L-Iskultur Renzo Gauci għamel diversi disinji għal xogħol ta’ rakkmu li jakkumpanja l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Fosthom insemmu s-seba’ kelmiet ta’ Kristu, il-bandalora tal-Passjoni u dik tal-S.P.Q.R. għall-Għargħur u disinji għar-rinnovazzjoni tal-Monument għall-Knisja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi.  Xogħol bikri tiegħu kienu l-Ajkla Rumana u s-seba’ plakki bis-seba’ kelmiet li jakkumpanjaw il-purċissjoni li toħroġ mill-Bażilika ta’ l-Isla.


Renzo Gauci għamel diversi xogħolijiet oħra ta’ skultura li jinsabu f’kollezzjonijiet Privati.

 

Aaron Camilleri Cauchi

Aaron Camilleri Cauchi jkompli l-linja familjari ta’ artisti li bdiet min-nannuh Wistin Camilleri u kompliet b’uliedu, fosthom missieru Alfred. Aaron twieled fit-12 ta’ Marzu tal-1979 minn Alfred u Catherine mwielda Ellul.

Id-doni artistiċi tiegħu dehru sa minn ċkunitu u din is-sengħa tal-familja ntirtet minn misser għal iben. Minn età żgħira huwa kien josserva u jgħin lil missieru fil-ħafna xogħlijiet artistiċi li ħoloq minn materjali differenti fosthom fit-tafal, fil-kartapesta, fil-fibreglass, fl-injam, fil-bronż, fil-ġebla Maltija u fl-irħam. Meta kiber, Aaron tħarreġ aktar fis-sengħa tal-iskultura kif ukoll kellu l-opportunità li jaħdem ġewwa l-Italja, proprju fid-Domus Dei ġewwa Ruma u l-Fonderia Storica Chiurazzi f’Napli.


Għalkemm għadu ta’ età żgħira, Aaron diġà ħoloq għadd kotran ta’ xogħlijiet. Huwa ġie kkumissjonat jaħdem numru kbir ta’ statwi tal-kartapesta li jżejnu l-pjazez u t-toroq tal-bliet u l-irħula tagħna matul il-jiem ferrieħa tal-festi. Barra minn hekk, xogħlijiet oħra tiegħu jinsabu mxerrdin madwar l-Ewropa, l-Amerika u l-Awstralja. Apparti x-xeħta artistika li wiret min-niesu, ma tridx wisq biex tagħraf il-kapaċità akkademika fil-kompożizzjonijiet tiegħu, riflessa fl-istil u fl-oriġinalità bl-użu tal-kuluri. Il-figuri ta’ qaddisin u personaġġi Bibliċi li joħorġu minn taħt idejh jixhdu l-virtujiet tal-umiltà, karità u ġustizzja.


 It-talenti ta’ dan l-artist żagħżugħ jispikkaw fix-xogħlijiet relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa. Dan għaliex huwa ħadem numru ta’ figuri lifesize tal-fibreglass sabiex jintużaw f’wirjiet diversi li jittellgħu f’dan iż-żmien qaddis. Fost dawn l-esebizzjonijiet, ta’ min isemmi l-Mejda tal-Appostli fil-Belt Valletta, il-Ħasil tar-Riġlejn fil-Gudja u t-Tradiment ta’ Ġuda f’San Ġiljan. Bejn l-2007 u l-2009, Camilleri Cauchi kien ikkummisjonat sabiex jaħdem tliet statwi tal-kartapesta għad-Duomo ta’ San Ġorġ f’Ragusa fi Sqallija. Dawn jirrapreżentaw id-Duluri, is-Sepulkru Mqaddes u l-Irxoxt.


Imma l-aktar xogħlijiet riċenti ta’ Aaron li sawwar flimkien ma’ missieru Alfred, relatati mal-Ġimgħa l-Kbira, saru għall-parroċċa ta’ Ħal Għaxaq. Dan għaliex bejn 2010 u l-2014, tnaqqxu fl-injam tliet vari artistiċi li juru lil Ġesù marbut mal-kolonna, l-Ecce Homo u r-Redentur. Aktar vari ġodda għal dan ir-raħal mistennija jitlestew fis-snin li ġejjin biex finalment ikun inbidel is-sett kollu ta’ Peppi Vella.

Aaron Camilleri Cauchi jispeċjalizza wkoll fix-xogħol ta’ konservazzjoni u restawr. Fl-1999 Aaron irrestawra l-vari antiki tal-Ġimgħa l-Kbira li jinsabu fil-Knisja Katidrali ta’ Għawdex. Dawn l-istatwi tal-kartapesta nħadmu min-nannuh Wistin Camilleri u minn maħrub Sqalli li sab il-kenn f'Għawdex fil-bidu tas-seklu tmintax (ara l-paġna tal-Katidral t'Għawdex). Fis-sena 2001, Aaron kellu sehem importanti fir-restawr tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija li nsibu fil-Katidral ta’ Għawdex filwaqt li fl-2003, huwa rrestawra statwa tal-injam tal-Immakulata Kunċizzjoni li tinsab fil-knisja parrokjali ta’ San Romano fil-belt ta’ Ruma.


Fis-sajf tas-sena 2011, Camilleri Cauchi rrestawra l-vara titulari u devota tal-Madonna tal-Grazzja li nsibu fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar. Matul il-proċess ta’ restawr, huwa rnexxielu joħroġ l-karatteristiċi oriġinali tal-istatwa, li nħadmet mill-Artist Mariano Gerada. Proprju fil-bidu tas-sena 2012, Aaron irrestawra vara tal-injam li tirrapreżenta lil Marija Bambina jew il-Vitorja, kif inhi magħrufa aħjar mal-Maltin. Din tinsab fil-Knisja ta’ San Franġisk t’Assisi f’Warrawong ġewwa Sydney, l-Awstralja.


Mill-1995 sal-2004, Camilleri Cauchi kien responsabbli mix-xogħlijiet ta’ restawr u konservazzjoni fis-swali prinċipali ta’ Palazzo Parisio, in-Naxxar. Fl-2004, huwa kien mistieden iżur il-gżejjer ta’ Trinidad u Tobago li jinsabu fl-Oċean Atlantiku sabiex jirrestawra l-Knisja tal-Isem Imqaddes, jgħallem dwar id-dekorazzjonijiet fil-knejjes kif ukoll kien il-kelliem ewlieni f’konferenza li fiha ddiskutew il-knejjes storiċi u l-patrimonju tagħhom. Aaron irrestawra anke diversi xogħlijiet artistiċi antiki li jinsabu f’kollezzjonijiet privati.


B’rabta ma’ żmien il-Milied, nistgħu ngħidu li Aaron huwa wiehed mil-ftit statwarji li ħadem vari li jirrappreżentaw in-Natività sabiex jintramaw fuq il-presbiterju tal-knejjes fi żmien il-Milied. Dawn saru għall-Katidral t’Għawdex fl-2005 u fl-2011 għall-Knisja Arċipretali tal-Mosta.


Permezz tax-xogħlijiet tiegħu, Camilleri Cauchi pparteċipa f’ħafna esebizzjonijiet lokali kif ukoll internazzjonali. Fost l-aktar importanti u ta’ sodisfazzjoni, ta’ min jgħid li fl-2008, Aaron ħadem biċċa skultura magħrufa bħala altoriljiev li tirrappreżenta n-Natività. Din rebbħitu l-ewwel premju fis-Sitt Esebizzjoni Internazzjonali Ewropea tan-Nativita, li ttellgħet fir-reġjun ta’ Kalabrija ġewwa l-Italja, kif ukoll fil-Parlament Ewropew. Bħala tifkira ta’ dan l-avveniment, Aaron ppreżenta  skultura oħra relatata mat-tema tan-Natività u din hija miżmuma b’għożża ġewwa l-Parlament Ewropew. Fl-2010 Aaron ħa sehem f’esebizzjoni internazzjonali oħra, “Parallax” li ttellgħet fiċ-ċentru ta’ Londra. Xogħlu kien esebit qalb xogħlijiet ta’ artisti minn kull naħa tad-dinja u l-kuraturi tal-wirja lkoll kellhom kliem ta’ tifħir għall-iskulturi tiegħu.


Aaron Camilleri Cauchi huwa mpjegat mal-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali fejn jaħdem bħala Conservation Coordinator, kif ukoll jaħdem bħala artist fil-bottega tiegħu ġewwa l-Fgura.