Il-Vari Tal-Gimgha L-Kbira F'Malta

Rahal Gdid

 Il-Pucissjoni tal-Gimgha l-Kbira f'Rahal Gdid hija l-aktar wahda ricenti fil-gzejjer Maltin u bdiet tigi organizzata fl-1971. Izda tajjeb niccaraw li fl-1945, din il-Parrocca ghamlet il-vara tar-Redentur u sentejn wara dik tad-Duluri u minn dan iz-zmien sal-1970 dejjem harget purcissjoni b'dawn iz-zewg vari biss.

Fl-1971 twettqet xi haga li ma nafux li qatt grat xi mkien iehor. Fi spazju ta' xahar, certu Patri Amando Ballucci, bil-permess tal-kappillan ha l-inizjattiva li johloq sett vari temporanji minn bcejjec ta' statwi u kurcifissi skartati jew imkissra li sab jigru 'l hemm u 'l hawn. Bil-ghajnuna ta' Biagio Galea, irnexxielu ilesti il-Marbut, l-Ecce Homo, il-Veronika, il-Vara l-Kbira u Kristu mejjet. Bil-ghajnuna ta' numru ta' voluntiera tlesta wkoll l-armar kollu mehtieg biex tigi organizzata l-purcissjoni. Is-Sur Carmelo Bugeja dahal ghax-xoghol tal-injam u hadem il-bradelli, il-bankuni, il-lasti u l-lasti furcini filwaqt li s-Sur Joe Deguara hadem ix-xoghol tal-hadid u tal-landa bhall-brazzi u l-fanali. Wara dan ix-xoghol kollu kellu jigri li waqt il-purcissjoni, infethu bibien is-sema u fi ftit hin, ir-reffiegha kellhom jigru lura lejn il-knisja b'dawn il-vari bilkemm imzanzna.

Wara din l-esperjenza, il-Parrocca daret fuq l-istatwarju Antonio Farrugia (li kien diga' hadem l-istatwa tar-Redentur 28 sena qabel) biex jibda jahdem sett gdid ta' vari. Dan tlesta sal-1975. Peress li l-knisja ta' dan il-lokal hija kbira, Farrugia haseb biex l-istatwi jkunu akbar min-normal. Il-Veronika kienet vara bi tliet figuri ghax kienet tinkludi mara Lhudija b'tifel maghha.

Mill-1987 sal-lum, Rahal Gdid tista tghid bidel il-vari kollha hlief ir-Redentur u parti mid-Duluri ma vari godda, xoghol l-ahwa Alfred u Michael Camilleri Cauchi.

Il-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira f'Rahal Gdid

Il-Gimgha 10 t'April 2009 fis-5.00pm

L-Ort

Din il-vara gdida fjamanta hija xoghol l-istatwarju Ghawdxi Michael Camilleri Cauchi u zzanznet ghall-purcissjoni tas-sena 2009. Naraw fiha lil Kristu f'mument ta' niket kbir u jinsab imfarrag minn anglu li jidher maqtugh mill-art qed jittajjar. Sas-sena li ghaddiet, il-vara tal-Ort li kienet takkumpanja l-purcissjoni kienet miss-sett li Antonio Farrugia kien hadem ghal din il-lokalita bejn l-1972 u l-1973.

It-Tradiment ta' Guda

 

 

Vara ohra gdida ta' Michael Camilleri Cauchi li akkumpanjat il-purcissjoni ghall-ewwel darba fl-2007. Hija vara fejn tispikka d-drammaticita' fil-mument li Kristu qed jghid lil Guda li kellu jittradih b'bewsa. Guda jidher mifxul waqt li Kristu minkejja kollox ghandu espressjoni ta' hniena f'wiccu. Il-vara ta' qabel din kienet miss-sett ta' Antonio Farrugia.   

Il-Marbut  

Il-Vara tal-Marbut li naraw illum hija xoghol fil-kartapesta tal-istatwarju Alfred Camilleri Cauchi u tlestiet fl-2005. Hija unika ghax Kristu qed jigi pprezentat marbut minn idejh it-tnejn, kwazi mdendel ma' kolonna gholja fil-mument li qed jigi msawwat minn manigold. Il-vara ta' qabel kienet ukoll xoghol Antonio Farrugia u kienet ilha tohrog fil-purcissjoni ta' Rahal Gdid mill-1973.  

Ecce Homo 

Vara ohra ricenti ta' Michael Camilleri Cauchi li tlestiet fl-2007. L-istatwarju qed jurina b'mod drammatiku l-mument proprju meta Pilatu ipprezenta lil Kristu msawwat u mzeblah lill-folla - Ecce Homo (Ara r-Ragel). Il-vara ta' qabel, xoghol Antonio Farrugia kienet ukoll tinkludi l-figura ta' Pilatu u bhall-vari l-ohra kienet saret fl-1973.

Ir-Redentur 

 

I

 

r-Redentur hija l-ewwel vara li Antonio Farrugia kien hadem ghal dan il-lokal fl-1945, u dik is-sena kienet l-ewwel darba li saret il-purcissjoni tar-Redentur f'din il-Parrocca. Kien biss tmienja u ghoxrin sena  wara li l-istess statwarju gie mqabbad biex ikompli jahdem is-sett kollu tal-Passjoni. Illum, dan huwa l-uniku xoghol ta' dan l-istatwarju li ghadna naraw fil-pucissjoni ta' Rahal Gdid.

 

 

 

Kristu Jiltaqa' Mal-Madonna 

 

 

 

 L-unici zewg vari tar-raba' stazzjon f'Malta nsibuhom hawnhekk u Hal Qormi (ghalkemm hemm ohra x-Xaghra, Ghawdex) u huma t-tnejn xoghol l-istatwarju Alfred Camilleri Cauchi. Din ta' Rahal Gdid hija vara verament sabiha u drammatika. Jispikka l-isforz qawwi ta' Kristu waqt il-mument li qed ifittex il-farag t'ommu Marija. Naraw ukoll zvilupp fis-salib li sar f'ghamla ta' zokk ta' sigra. Tajjeb li nghidu li qabel din il-vara, dan il-lokal diga kellu ohra tar-raba' stazzjon li kien hadimha Antonio Farrugia fl-1975. 

 

 

 

 

 

Il-Veronika

Il-Vara tal-Veronika saret ukoll fl-2005 mill-istatwarju Michael Camilleri Cauchi. Hija vara bi tliet persunaggi ghax minbarra l-Veronika,  jidhru mara Lhudija u tfajjel, it-tnejn mistaghgba bix-xbieha ta' wicc Kristu fuq il-velu abjad f'id il-Veronika. Il-vara ta' qabel din kienet xoghol iehor ta' Antonio Farrugia tal-1973.  

Il-Vara L-Kbira 

 

 Il-Vara l-Kbira saret fl-2002 minn Michael Camilleri Cauchi. Hija vara ta' certu kobor tant li s-salib tal-kurcifiss ilahhaq sitt metri u nofs waqt li l-vara tkun qed tingarr. Il-Vara ta' qabel kienet inhaddmet minn Antonio Farrugia tal-1973.

Id-Difna 

F'Rahal Gdid, din il-Vara li turi d-difna ta' Sidna Gesu Kristu tiehu post il-Monument tradizzjonali li nsibu f'imkinijiet ohra. Hija vara drammatika li bhalha nsibu biss fil-katidral t'Ghawdex u fiha naraw il-figuri ta' Nikodemu, Guzeppi D'Arimatea u San Gwann iqandlu l-gisem mejjet ta' Kristu ghal fuq is-sodda tal-blat fil-qabar. Din l-opra saret fl-1990 mill-istatwarju kontemporanju Alfred Camilleri Cauchi.

Id-Duluri

Id-Duluri kienet it-tieni vara li saret ghall-Parrocca ta' Rahal Gdid wara r-Redentur li tkellimna fuqu aktar il-fuq. Inhaddmet mill-istatwarju Wistin Camilleri u tlestiet fl-1947. Originarjament, il-Madonna kienet akkumpanjata minn anglu ckejken izda dan inbidel mal-figura ta' San Gwann sena wara. Ir-ritratt li jidher hawn fuq huwa tal-vara wara r-restawr li ghadu kemm sar fuqha minn Alfred Camilleri Cauchi li hadem ukoll l-istatwa l-gdida ta' San Gwann. Giet imzanzna fil-purcissjoni tad-Duluri nhar il-Gimgha 3 ta' April 2009.

Muzika Fl-Isfond

  
 Original Soundtrack - Kingdom Of Heaven (Williams)            Kingdom of Heaven (Soundtrack) -  Coronation

Li Jmiss....

Rabat Ghawdex (San Gorg)   

 Mur Fuq Nett Tal-Pagna