Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Raħal Ġdid (It-Tieni Parti)

Ġesu' Jiltaqa' Mal-Madonna

L-uniċi żewġ vari tar-raba' stazzjon f'Malta nsibuhom hawnhekk u Ħal Qormi (għalkemm hemm oħra x-Xagħra, Għawdex) u huma t-tnejn xogħol l-istatwarju Alfred Camilleri Cauchi. Din ta' Raħal Ġdid hija vara verament sabiħa u drammatika. Jispikka l-isforz qawwi ta' Kristu waqt il-mument li qed ifittex il-faraġ t'ommu Marija. Naraw ukoll żvilupp fis-salib li sar f'għamla ta' zokk ta' siġra. Tajjeb li ngħidu li qabel din il-vara, dan il-lokal diġa' kellu oħra tar-raba' stazzjon li kien ħadimha Antonio Farrugia fl-1975 (ara ritratt taħt) .

Representations of the Fourth Station of the Cross are only found here and in Qormi  in Malta (while another can be found in Xaghra Gozo), both of which are the art of  Alfred Camilleri Cauchi.  This one found in Paola, is perhaps his best effort.   The drama captured through the figures of Jesus, as he reaches out with his hand seeking the comfort of His Mother,  is quite striking.  Again this statue substituted another of Antonio Farrugia’s works (inset picture).

 
 

Il-Vara tal-Veronika saret ukoll fl-2005 mill-istatwarju Michael Camilleri Cauchi. Hija vara bi tliet persunaġġi għax minbarra l-Veronika,  jidhru mara Lhudija u tfajjel, it-tnejn mistagħġba bix-xbieha ta' wiċċ Kristu fuq il-velu abjad f'id il-Veronika. Il-vara ta' qabel din kienet xogħol ieħor ta' Antonio Farrugia tal-1973.

Il-Veronika

 

The statue of Saint Veronica was also commissioned  to artist Michael Camilleri  Cauchi which he completed in 2005.  Unlike other presentations of this episode, this statue  is composed of three figures.  Veronica is seen  in the middle beholding her white veil bearing the effigy of Jesus face, while a Jewish woman and a youth are on either side, bewildered by what they have  just witnessed. Suffice to say that a similar statue by Antonio Farrugia (pictured on the right)  preceded the one seen here.

 

 Il-Vara L-Kbira

 

Il-Vara l-Kbira saret fl-2002 minn Michael Camilleri Cauchi. Hija vara ta' ċertu kobor tant li s-salib tal-kurċifiss ilaħħaq sitt metri u nofs waqt li l-vara tkun qed tinġarr. Il-Vara ta' qabel kienet inħaddmet minn Antonio Farrugia fl-1973 (ara ritratt).

This is yet another of Michael Camilleri Cauchi’s contributions which he completed in 2002.  One must remark about the size of this statue, as the tip of the crucifix reaches a height of about six and a half metres, when the statue is  carried along the streets of Paola.  Before 2002 the crucifixion group was the work of Antonio Farrugia.

 

Id-Difna

 

F'Raħal Ġdid, din il-Vara li turi d-difna ta' Sidna Ġesu' Kristu tieħu post il-Monument tradizzjonali li nsibu f'imkinijiet oħra. Hija vara drammatika li bħalha nsibu biss fil-katidral t'Għawdex u fiha naraw il-figuri ta' Nikodemu, Ġużeppi ta' Arimatea u San Ġwann iqandlu l-ġisem mejjet ta' Kristu għal fuq is-sodda tal-blat fil-qabar. Din l-opra saret fl-1990 mill-istatwarju kontemporanju Alfred Camilleri Cauchi.

 
 

This statue represents Nikodemus, Joseph of Arimathea and Saint John , as they carefully place  the body of Jesus in the tomb.  This episode is only present here in Paola and at the Gozo Cathedral . It is the fine work of contemporary artist Alfred Camilleri Cauchi from 1990.

 
 

Id-Duluri

 

Id-Duluri kienet it-tieni vara li saret għall-Parrocca ta' Raħal Ġdid wara r-Redentur li tkellimna fuqu aktar il-fuq. Inħaddmet mill-istatwarju Wistin Camilleri u tlestiet fl-1947. Oriġinarjament, il-Madonna kienet akkumpanjata minn anġlu ċkejken iżda dan inbidel mal-figura ta' San Ġwann sena wara. 

Ir-ritratt li jidher hawn fuq huwa tal-vara wara r-restawr li sar fuqha fl-2009 minn Alfred Camilleri Cauchi li ħadem ukoll l-istatwa l-ġdida ta' San Ġwann. Ġiet imżanżna fil-purċissjoni tad-Duluri nhar il-Ġimgħa 3 ta' April 2009.

The statue of Our Lady of Sorrows is in fact the second oldest in the Paola set.   Originally, the work of Wistin Camilleri from 1947, featured the Holy Mary together with a small angel which was quickly replaced with a figure of Saint John just a year later.  What we see in this photo is the result of the restoration performed by Alfred Camilleri Cauchi in 2009, who also sculpted a new figure of Saint John in time for the 2009  Lent processions.