Nafu b'certezza li l-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira li tohrog mill-Bazilika ta' San Gorg, fil-belt Vittorja hija l-eqdem wahda fil-gzira Ghawdxija. Madankollu, jibqa' difficli tghid meta bdiet ezatt ghalkemm ghandna hjiel li fl-1788 kienet diga' issir. B'mod dokumentat, insibuha msemmija fil-vizta pastorali tal-Isqof Mattei fl-1809 u dak iz-zmien kienet tiehu hsiebha l-fratellanza ta' Gesu-Marija. Nafu li f'dan iz-zmien bikri, il-purcissjoni kienet tinkludi id-daqqaq tat-tanbur u forsi anki tal-fifra. Il-purcissjoni kienet taghmel hames waqfiet quddiem hames knejjes li kien hemm imxerrda mar-Rabat.
Jidher li ghall-ewwel, il-Parrocca ma kelliex vari taghha u kienet tnizzel xi vari mill-Kolleggjata ghall-Gimgha Mqaddsa. Fil-bidu dawn x'aktarx li kienu l-vari tal-Marbut u l-Ecce Homo. Fis-sagristija ta' San Gorg, hemm vara tal-Veronika tal-kartapesta antika hafna li sahansitra hemm min jattribwiha lil Saverio Laferla, izda ma tezistix evidenza jekk din kinetx tohrog fil-purcissjoni. Ghalkemm ir-ricerki li saru jhallu hafna dubji, jista' jaghti l-kas li sa l-ahhar tas-seklu tmintax, il-fratellanza kellha Monument u Vara tad-Duluri.
Matul is-seklu dsatax, il-purcissjoni kienet tohrog bil-lejl u kienet tigbed nies minn Ghawdex kollu. Fl-1874 kien inqala xi nkwiet bejn il-fratellanza tad-Duluri u dik ta' Gesu'-Marija dwar il-precendenza fil-purcissjoni u dan wassal biex is-sena ta' wara, il-fratellanza tad-duluri tallbet biex tibda torganizza l-purcissjoni hi, liema permess baqa' ma nghatax. Sa mill-1894 il-Fratellanza tal-Kurcifiss hadet f'idejha l-organizazzjoni tal-purcissjoni.
Il-Purcissjoni li tohrog minn San Gorg baqghet dejjem wahda penitenzjali. Nafu izda li sal-1954, iz-zewg baned tal-belt Vittorja jigifieri La Stella u Leone kienu jdoqqu sena kull wiehed fil-purcissjoni. Dan sakemm f'din is-sena l-Isqof Giuseppe Pace iddecieda li jipprojbixxi is-sehem tal-baned kemm fil-purcissjoni tad-Duluri kif ukoll tal-Gimgha l-Kbira. Sa mill-1976, dehru xi tfal libsin iz-zimarra hamra u spellizza bajda jgorru kartelli b'kitba li tintroduci l-vara li jkun imiss tohrog. Wara kull vara johorgu numru ta' rgiel b'rashom mghammda jkaxxkru l-ktajjen jew igorru s-slaleb bl-akbar ghadd ikunu wara r-Redentur.
Sfortunatament, bejn l-1968 u l-1975, il-purcissjoni minn San Gorg ma hargitx minhabba kwistjonijiet Parrokjali. L-Isqof Nikol Cauchi ipprojbixxa li jsiru purcissjonijiet bejn l-Erbgha tat-tniebri u l-Ghid. Fl-1976, il-purcissjoni harget nhar il-Gimgha l-Kbira fis-7.00pm wara li dahhlet dik tal-Katidral. Mis-sena ta' wara, iz-zewg Parrocci bdew jalternaw kull sena minn johrog il-purcissjoni nhar il-Gimgha l-Kbira. Meta ma jkunx imisshom, San Gorg ghazlu li johorgu l-purcissjoni nhar Hamis ix-Xirka.
Illum is-sett tal-vari hu maghmul mit-tmienja tradizzjonali ghaliex f'San Gorg ma ssibx il-Vara tat-tradiment ta' Guda. Bhal fil-Birgu, il-figuri jitlibbsu hwejjeg tal-bellus. Nistghu nghidu li ghajr ghall-Vara l-Kbira, il-Veronika u l-korp ta' Kristu mejjet, il-vari huma xoghol tal-ahhar kwart tas-seklu ghoxrin ta' Statwarji Ghawdxin.
Il-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira
Parrocca San Gorg, Belt Victoria
Hamis Ix-Xirka 9 t'April 2009 fis-6.30pm
L-Ort
Il-Vara l-gdida tal-Ort inhaddmet mill-istatwarju Michael Camilleri Cauchi u wasslet fil-Bazilika ta' San Gorg ezatt biex setghet tizzanzan fil-Purcissjoni ta' Hamis ix-Xirka 9 t'April 2009.
Fir-ritratt fuq ix-xellug tidher il-Vara ta' qabel. L-Istatwarju ta' Kristu hu Joseph Sagona u nhadem fl-1968 filwaqt li l-istatwarju tal-anglu hu Vincenzo Cremona u sar ghall-1900.
Il-Marbut
Din il-vara hija xogħol l-istatwarji aħwa Għawdxin Alfred u Michael Camilleri Cauchi u nħaddmet ghall-Bazilika fl-1976. Hija kopja tal-Marbut tal-Katidral, l-istess vara li sal-1967 kienet titniżżel biex tinħareġ fil-purċissjoni ta’ San Ġorġ. This statue is a replica of the one found in the Gozo Cathedral, which up to 1967 was brought to the Basilica for the procession. It is the work of Alfred and Michael Camilleri Cauchi from 1976.
Ecce Homo
Bhall-Marbut, din il-vara nħaddmet mill-aħwa Camilleri Cauchi u żżanżnet fl-istess sena. Hija wkoll simili għal dik tal-Katidral. Ta’ min jgħid li d-devozzjoni lejn l-Ecce Homo dejjem kienet soda f’din il-Parroċċa tant li fil-bidu tas-seklu dsatax, fil-knisja kien hemm diġa statwa tal-porpra li nghatat xi indulġenzi mill-Isqof Mattei fl-1829. Xi żmien wara, din l-istatwa kienet ittieħdet lejn il-knisja ta’ San Ġakbu fl-istess belt.
As in the case of the previous statue, the 'Ecce Homo' is again the work of Alfred and Michael Camilleri Cauchi which joined the procession in the same year. Again it was manufactured in the likeness of the one in the Cittadella Cathedral.
Ir-Redentur

L-istatwarju Alfred Camilleri Cauchi ħadem din il-Vara fl-1992 li ġiet imlibbsa lbies tal-bellus. Qabel din il-vara, ir-Redentur li kien joħroġ kien manikkin imlibbes. Il-wiċċ, il-pali ta’ l-idejn u tas-saqajn ġew iffurmati minn Guzeppi Sagona fl-1976 minn forom li kien sab fl-istess sagristija tal-Bażilika ta’ San Ġorġ.
Local contemporary artist Alfred Camilleri Cauchi is the author of this statue of the Redeemer which he completed in 1992. Before this date, the Redeemer was a mannequinn which Giuseppe Sagona had made out of casts he found in the sacristy
Il-Veronika
Din il-vara saret minn Wistin Camilleri ghalkemm il-wiċċ huwa xogħol ta’ Marsilja miġjub fl-1867. Sal-1916, dan il-wiċċ kien jintuża ghad-duluri tal-Vara l-Kbira. Il-Veronika ta’ Wistin ħarġet għall-ewwel darba fl-1917. Il-vara l-antika tinsab fis-sagristija tal-Bażilika iżda meta saret u min għamilha huwa nċert.
Il-Vara L-Kbira
Kristu kruċifissat huwa xogħol artistiku fl-injam ta’ Pietro Pawl Azzopardi u sar fl-1848. Wiċċ San Ġwann inħadem minn Karlu Darmanin fl-1879 u sar flok ieħor li kien hemm qabel. Wistin Camilleri ħadem kemm l-istatwa ta’ Marija addolorata (1917) kif ukoll dik tal-Maddalena. Ix-xagħar tal-figuri huwa ta’ veru u dak tal-Maddalena kien isfar u nxtara għall-prezz ta Lm4 mingħand familja li binthom daħħlet soru u li dan kien tagħha. Madankollu wara xi żmien dan inbidel u llum il-Maddalena għandha xagħar ieħor. Fl-1996 il-kurċifiss ġie restawrat mid-ditta Cilizia Autieri ta’ Napli filwaqt li saret dijadema tal-fidda mastizz (600 gramma) mis-Sur Louis Carabott fuq disinn ta’ Ġużeppi Sagona.
Il-Monument
L-Urna tal-Monument inħaddmet mill-aħwa Wiġi u Peppi magħrufa ta’ Galjotti lejn nofs is-seklu għoxrin. L-erba’ anġli ħelwin fil-kantunieri huma xogħol Wistin Camilleri. Kristu mejjet sar mill-istatwarju Zejtuni Xandru Farruġia fl-1844.
Id-Duluri
Il-Madonna addolorata hawnhekk tinsab wahidha, hija xogħol bikri tal-istatwarju Għawdxi Michael Camilleri Cauchi u saret fl-1982. Qabel din il-vara kienet tinġieb oħra mill-knisja ta’ San Ġakbu u li llum tinsab fil-Kurja. Din kienet inħaddmet fi Munich fil-Bavarja. Iżda anki qabel din kienet teżisti Duluri oħra li kienet ġiet ordnata mill-Fratellanza tad-Duluri fil-bidu tas-seklu dsatax u li llum tinsab fil-knisja Parrokjali tal-Qala.