Il-Vari Tal-Gimgha L-Kbira F'Malta

Mosta

Wisq probabbli, l-ewwel purcissjoni fil-lokalita tal-Mosta harget fis-sena 1866, jigifieri ftit snin wara t-tlestija tal-knisja monumentali maghrufa ahjar bhalha r-Rotunda.Kien certu Girgor, sagristan tal-istess Parrocca li stinka bis-shih biex tibda din it-tradizzjoni. Sa dik is-sena, il-Mosta kellha zewg vari, dik ta' Gesu fl-Ort, u ta' Gesu marbut mal-kolonna. Sal-ahhar tas-seklu dsatax is-sett zdied ghal sebgha filwaqt li l-Monument sar fl-1924 u l-Vara tat-tradiment ta' Guda fl-1963.

Is-sett tal-Vari fil-Mosta huwa uniku ghall-fatt li mid-disgha li hemm, sitta huma tal-istess statwarju maghruf, Karlu Darmanin. Id-Duluri ukoll kienet xoghol l-istess statwarju izda nbidlet fl-1918 ghax kienet tinhass ftit zghira ghal mal-kumplament tas-sett. Il-gdida hadimha lavrant tal-istess Darmanin u ghalhekk bla dubju tidher l-influwenza tieghu f'din il-vara ukoll. Il-Monument sar mill-Ghawdxi Wistin Camilleri waqt li l-vara ta' Guda inhaddmet minn Glormu Dingli.

Ghall-hafna zmien, l-Organizzazzjoni tal-Purcissjoni fil-Mosta kienet f'idejn prokuratur, li kien ikun qassis mahtur apposta mill-Arcipriet meghjun minn ghadd ta' sekulari. Illum il-gurnata, il-purcissjoni qeghda f'idejn kumitat organizzattiv mwaqqaf apposta. Matul iz-zmien, bhal f'lokalitajiet ohra, il-purcissjoni bdiet tisbih bit-tfal lebsin iz-zimarri u jgorru simboli konnessi mal-Passjoni. Mill-1970 bdew jilbsu anki l-kbar bi lbies ghani ta' satin u bellus u bi glalen u frenez tad-deheb. Ma dawn zdiedu s-suldati u din it-tahwira ta' persunaggi taghti dehra ferm sabiha lill-purcissjoni. Xi haga ohra li ma tarahiex f'hafna mill-lokalitajiet ohra huma l-irgiel libsin iz-zimarri b'rashom mghammda, ikaxkru l-ktajjen bhala weghda jew penitenza. B'kollox, fil-purcissjoni jiehdu sehem mal-hames mitt persuna.

Hija drawwa fil-Mosta li nhar Hamis ix-Xirka, ir-reffiegha jarmaw il-vari taghhom b'bukketti ta' fjuri mill-iprem. L-istili originali ta' dan it-tizjin flimkien mal-brazzi sbieh li jdawwru l-bradelli u li jinxteghlu matul it-triq tal-purcissjoni huma karatteristika partikolarment Mostija.

Il-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira fil-Mosta

Il-Gimgha 10 t'April 2009 fil-5.30pm

 L-Ort

 

Din il-Vara zgur li saret qabel l-1866 ghax kienet wahda miz-zewg vari li hargu fl-ewwel purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira fil-Mosta li saret fl-istess sena. Bhall-hafna mill-vari l-ohra tal-Mosta, l-istatwarju li hadimha fil-kartapesta huwa l-maghruf Mastro Karlu Darmanin.  

  

 

 

 

 

 

  

Il-Kalci f'idejn l-anglu huwa tal-fidda filwaqt li s-salib huwa tal-gewz. Il-vara nzebghet u tpittret b'sengha kbira minn Rafel Bonnici Cali' fl-1952.

 

 

 

It-Tradiment Ta' Guda 

 

 

Il-Vara tat-tradiment ta' Guda hija l-ahhar wahda li zdiedet mas-sett tal-Mosta u nhaddmet fil-kartapesta mir-Rabti Glormu Dingli fl-1963. Fil-fatt din hija t-tielet vara tax-xorta taghha li saret f'Malta wara dik ta' Hal Qormi  u z-Zejtun.  

Barra minn Gesu u Guda, it-tielet figura hija ta' wiehed mil-qaddejja tal-qassis il-kbir b'torca f'idu.  Din hija partikolarita li s'issa tinsab f'dan is-sett statwi biss.   

 

 

                                      

 L-abbozz originali ta' Glormu Dingli 

 

Il-Marbut

 

 

 

 

 

 

 

Il-Vara ta' Kristu Marbut mal-kolonna hija vara tal-kartapesta mahduma  minn Karlu Darmanin qabel 1866. Flimkien mal-Vara ta' Gesu fl-Ort tal-Getsemani din il-Vara harget fl-ewwel purcissjoni ta' l-1866. Ta' min jinnota l-perfezzjoni fl-anatomija tal-gisem ifflagellat ta' Kristu. Fl-1952 din il-vara inzebghet u tpittret b'sengha kbira minn Rafel Bonnici Cali.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ecce Homo 

Fuq l-istil  tradizzjonali, din il-Vara tal-Ecce Homo turi lil Kristu wahdu,  nkurunat bix-xewk u b'qasba f'idu. Xoghol sabih fil-kartapesta mahdum minn Karlu Darmanin fl-1895. Ta' min jghid li din il-vara hadet post ohra fejn Kristu kien jidher bil-qieghda. Il-qasba li hemm f'id Kristu hija tal-fidda.  Bhall-hafna mil-vari l-ohra tal-Mosta, din il-vara nzebghet u tpittret mill-gdid minn Rafel Bonnici Cali fl-1952.

 

Il-Veronika

 

 

 

 Karlu Darmanin hadem din il-Vara tal-kartapesta fl-1895. L-unici zewg Vari ohra fil-gzejjer Maltin fejn il-Veronika tidher akkumpanjata minn tifla insibuhom f'Hal Gharghur u fin-Nadur, Ghawdex ghalkemm tal-Mosta hija l-uniku wahda li qeghda fuq il-lemin tal-Veronika b'bomblu f'idejha. Ta' min jghid li l-grajja tal-Veronika ma tinsabx rakkontata fl-ebda wiehed mill-erba' vangeli.  Dak li nafu dwarha gej mit-Tradizzjoni jew minn xi rivelazzjonijiet privati.  Darmanin hadem il-Veronika tal-Mosta bit-tifla maghha skond ir-rivelazzjonijiet tal-Beata  Katerina Emerich. 

 

 

 

 

 

Ir-Redentur 

 

 

 

 

 

Din il-Vara devota hija wkoll xoghol ta' Karlu Darmanin u saret fl-1869.  Is-salib huwa tal-gewz fil-waqt li l-katina hija tal-fidda.  Din il-vara fl-1952 ukoll inzebghet u tpittret mil-gdid minn Rafel Bonnici Cali`.

 

 

 

 

 

 

Il-Vara L-Kbira

Xoghol iehor fil-kartapesta ta' Mastro Karlu Darmanin, din il-Vara tal-1869 hija meqjusa minn bosta bhalha wahda mil-isbah Vara l-Kbira fil-gzejjer Maltin, specjalment minhabba l-korp ta' Kristu krucifissat. Is-salib huwa tal-gewz filwaqt li l-kartella tal-INRI u l-imsiemer huma tal-fidda. Bhall-Vari l-ohra, regghet inzebghet u tpittret min Rafel Bonnici Cali' fl-1952.

                                         

                                 

Il-Monument

 

 

 Dan il-Monument rikk sar fl-1924 fuq disinn ta' l-istatwarju Wistin Camilleri, li hadem il-korp ta' Kristu mejjet flimkien mal-angli li jzejnu l-urna. L-urna barokka hija xoghol l-iskultur Antonio Agius.

Ta' min jghid li dan huwa l-uniku Monument li huwa mdawwar bi tmien angli ghaliex ohrajn jew m'ghandhomx angli jew ghandhom erbgha. Waqt il-purcissjoni, il-Monument jitmexxa fuq erba' roti mghottija taht faldrappa tal-bellus li tkun mizmuma minn erba' qassisin. Mohbija tahtu jkun hemm ragel li jidderigih permezz ta' zewg toqbiet li hemm fl-iskultura fuq quddiem u tliet irgiel li jghinu u jimbuttawh matul it-toroq tal-purcissjoni. 

 

Id-Duluri

 

 

 

Xi zmien wara l-1869, Karlu Darmanin kien hadem Vara tad-Duluri ghall-Mosta li kienet turi lill-Madonna akkumpanjata b'anglu fid-dulur taghha. Jidher madankollu, li din il-Vara inhasset li kienet xi ftit zghira u ghalhekk inbidlet mal-wahda li naraw illum fl-1918. L-istatwarju li hadimha fil-kartapesta kien il-lavrant ta Mastru Karlu Darmanin li f'dan iz-zmien kien ilu mejjet ghaxar snin. Minflok l-anglu, il-Madonna tidher akkumpanjata minn San Gwann. Is-salib huwa tal-gewz, filwaqt li r-raggiera, l-istellarju, il-kuruna tax-xewk, il-kartella tal-INRI u l-imsiemer f'idejn San Gwann huma kollha tal-fidda. Din il-Vara wkoll giet mizbugha u mpittra minn Rafel Bonnici Cali' fl-1952.

 

 

Muzika fl-isfond:

 

                      PASSIO DOMINI  (Ray Sciberras )                         

                                    Passio Domini

 

Li Jmiss.....

 

                          

 Rahal Gdid    

                   

Mur Fuq Nett Tal-Pagna