
Il-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira mill-Katidral tal-belt Vittorja f'Ghawdex harget ghall-ewwel darba fl-1968 u ghaldaqstant hija l-aktar wahda ricenti li bdiet issir fil-gzejjer Maltin. U hawnhekk wiehed jistaqsi, allura kif fil-Katidral issib vari li ghandom mijiet ta' snin fuqhom? Dan ghaliex id-devozzjoni lejn il-Passjoni ta' Sidna Gesu' Kristu f'din il-Parrocca hija wisq aktar antika mill-purcissjoni.
Sa hafna qabel ma saret il-knisja Katidrali tad-djocesi Ghawdxija fl-1864, il-knisja matrici fic-cittadella diga' kellha s-sodalita' ta l-Agunija mwaqqfa mill-Isqof Balaguer fl-1654.
Mat-twaqqif taghha, din is-sodalita' stinkat biex tkabbar id-devozzjoni lejn Gesu' krucifissat tant li fuq l-artal taghha qeghdet kurcifiss kbir x'aktarx xoghol ta' skultur Ruman. Wara ftit zmien is-sodalita saret il-Fratellanza tal-Kurcifiss. Sal-1678, il-Fratellanza kienet gabet x'aktarx minn Ruma ukoll statwa ta' Marija Addolorata u ohra ta' San Gwann li tpoggew fuq kull naha tal-Kurcifiss. Din tista titqies bhala l-ewwel Vara l-Kbira fil-gzira Ghawdxija.
Jinghad li lejn il-bidu tas-seklu tmintax meta l-matrici kienet qed tinbena mill-gdid, wiehed Sqalli li harab minn pajjizu u sab kenn f'Ghawdex, talab l-ghajnuna tal-Fratellanza. Peress li dan l-Isqalli gieli hadem bhala statwarju, intlahaq ftehim li filwaqt li l-Fratellanza toffrilu biex jitrejjaq u fejn jorqod, hu kellu jahdem xi statwi li tordnalu l-Fratellanza. U hekk wahda wara l-ohra l-Isqalli hadem il- Vari ta' Kristu marbut mal-Kolonna u ta' Kristu Nkurunat bix-Xewk minn tahlita ta' gibs u kartapesta. Barra minn dawn, permezz ta' manikkini, l-Isqalli rnexxielu johloq l-istatwi tal-Ort u Gesu Redentur li imbaghad tlibbsu bil-hwejjeg. Dawn il-vari b'zidiet ta' ohrajn maghhom ghadhom jintuzaw fil-purcissjoni tal-lum.
Il-vari kienu jigu esposti fil-korsija tal-matrici wahda kull gimgha tar-Randan. Jinghad li ghal xi zmien kient issir purcissjoni qasira bil-Vari izda din id-drawwa f'xi zmien inqatghet. Aktarx li lejn il-bidu tas-seklu tmintax, il-vari bdew jitnizzlu fil-Parrocca ta' San Gorg minn fejn bdiet tohrog l-ewwel purcissjoni fil-veru sens tal-kelma.
Kif ghidna fil-bidu, il-purcissjoni bdiet tohrog mill-Katidral fl-1968. Bi zmien bdew jizdiedu xi persunaggi Biblici u xi suldati Rumani u zdiedu t-tfal libsin iz-zimarri u jgorru simboli tal-Passjoni. B'hekk il-purcissjoni hadet aktar il-forma ta' pageant.
Il-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira mill-Katidral ta' Ghawdex
Il-Gimgha 10 t'April 2009 fis-6.30pm
L-Ort
Ġesu’ fl-Ort huwa manikkin imlibbes li jingħad li nħadem mill-Isqalli li diġa semmejna aktar-il fuq lejn il-bidu tas-seklu tmintax. Dan huwa l-uniku Ort f’Għawdex li huwa akkumpanjat b’żewġ anġli li nħaddmu minn Wistin Camilleri fl-1968/9.
It is thought, that in the early eighteenth century, an escaped Sicilian who found refuge in Gozo, had sculpted a number of statues for the Gozo Cathedral in exchange for their hospitality and protection. The head and arms of Jesus in this statue are regarded as his work. The two angels are the work of Wistin Camilleri from 1968/9.
Il-Marbut
Xogħol ieħor tal-bidu tas-seklu tmintax attribwit lill-istess Sqalli li ħadem ħafna mill-vari l-oħra waqt li kien qed jieħu kenn fil-gżira Għawdxija. Din il-Vara flimkien ma' dik tal-Ecce Homo għamlu ħafna żmien jitniżżlu biex jintużaw fil-Purċissjoni li kienet toħroġ mill-Bażilika ta' San Gorġ.
This is another statue presumed to have been the work of the Sicilian mentioned above. This statue together with the following one , where used, for a number of years, for the procession in the Basilica of Saint George. in Victoria Gozo.
Ecce Homo
Jingħad li l-Isqalli ħadem din il-vara għall-Matriċi fl-istess żmien li ħadem il-Marbut. Din l-istatwa hija maħduma minn kompożizzjoni ta’ ġibs u kartapesta.
Another statue thought to be the work of the escaped Sicilian as described above.
Ir-Redentur
L-Isqalli ħadem ir-ras, l-idejn u s-saqajn tar-Redentur li bħall-Ort huwa mlibbes b’ilbies rikk tad-drapp. Ta’ min jgħid li din id-drawwa tal-ilbies fuq manikkini nbdiet mill-Ispanjoli li bi żmien daħħluha fi Sqallija.
The Sicilian is also thought to have been the artist who made the head, arms and feet of this mannequin. Similarly to the first statue in this procession and others, the Redeemer is clothe in rich garments, a tradition first started by the Spanish who later introduced it into Sicily.
Il-Vara L-Kbira
Il-vara l-Kbira li naraw illum iżżanżnet fl-1968 u hija xogħol sabiħ ta’ Wistin Camilleri. Tajjeb jingħad li x-xbiha ta’ Kristu msallab ma laħqitx tlestiet f’din is-sena u għalhekk inġiebet ix-xbiha li l-istess statwarju kien ħadem għall-Parroċċa tax-Xewkija. Ix-xbiha ta’ Kristu tlestiet għall-purċissjoni tal-1969 filwaqt li sena wara żdiedet il-figura ta’ Lonġinu, xogħol l-istess Camilleri.
The statuary group of the Crucifixion is the work of Wistin Camilleri and was completed between 1968 and 1969. The figure of Longinus the Roman Centurion at the back is an uncommon feature in this statuary group around the islands.
Id-Difna
Minbarra f’Raħal Ġdid f’Malta, dan huwa l-uniku post f’dawn il-gżejjer fejn nistgħu naraw vara tad-difna ta’ Kristu jew aħjar tat-trasport tal-ġisem tiegħu lejn il-qabar. Din il-vara tippreżentalna lil Nikodemu, Ġużeppi ta’ Arimateja u San Ġwann. Hija xogħol sabiħ ieħor fil-kartapesta ta’ Wistin Camilleri u tlestiet fl-1969. Bhall-vari l-oħra l-persunaġġi huma mlibbsin bi ħwejjeġ rikki tas-satin u l-bellus.
In this statuary group we see the body of Christ being carried towards the tomb by Saint John, Nikodemus and Joseph of Arimathea. This statue is unique in Gozo, while we find a similar one in Paola Malta. It is a beautiful work in paper-mache' by Wistin Camilleri completed in 1969.
Id-Duluri
Din hi l-aħħar statwa li żdiedet ma’ dan is-sett u żżanżnet fl-1985. Hija xbiha sabiħa u movimentata tal-istatwarju ta’ zmienna Michael Camilleri Cauchi. Din il-vara ħadet post oħra maħduma minn Wistin Camilleri fl-1969.
This is the most recent addition to the set of statues . It is the work of contemporary artist Michael Camilleri Cauchi from 1985. It replaced a former work from 1969 by Michael's own father Wistin, author of other works in this procession.