Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira mill-Katidral tal-belt Vittorja f'Għawdex ħarġet għall-ewwel darba fl-1968 u għaldaqstant hija l-aktar waħda riċenti li bdiet issir fil-gżejjer Maltin. U hawnhekk wieħed jistaqsi, allura kif fil-Katidral issib vari li għandhom mijiet ta' snin fuqhom? Dan għaliex id-devozzjoni lejn il-Passjoni ta' Sidna Ġesu' Kristu f'din il-Parroċċa hija wisq aktar antika mill-purċissjoni.


Sa ħafna qabel ma saret il-knisja Katidrali tad-Djoċesi Għawdxija fl-1864, il-knisja Matriċi fiċ-ċittadella diġa' kellha s-sodalita' ta’ l-Agunija mwaqqfa mill-Isqof Balaguer fl-1654.


Mat-twaqqif tagħha, din is-sodalita' stinkat biex tkabbar id-devozzjoni lejn Ġesu' kruċifissat tant li fuq l-artal tagħha qegħdet kurċifiss kbir x'aktarx xogħol ta' skultur Ruman. Wara ftit żmien is-sodalita saret il-Fratellanza tal-Kurċifiss. Sal-1678, il-Fratellanza kienet ġabet x'aktarx minn Ruma wkoll statwa ta' Marija Addolorata u oħra ta' San Ġwann li tpoġġew fuq kull naħa tal-Kurċifiss. Din tista’ titqies bħala l-ewwel Vara l-Kbira fil-gżira Għawdxija.


Jingħad li lejn il-bidu tas-seklu tmintax meta l-Matrici kienet qed tinbena mill-ġdid, wieħed Sqalli li ħarab minn pajjiżu u sab kenn f'Għawdex, talab l-għajnuna tal-Fratellanza. Peress li dan l-Isqalli ġieli ħadem bħala statwarju, intlaħaq ftehim li filwaqt li l-Fratellanza toffrilu biex jitrejjaq u fejn jorqod, hu kellu jaħdem xi statwi li tordnalu l-Fratellanza. U hekk waħda wara l-oħra l-Isqalli ħadem il-Vari ta' Kristu marbut mal-Kolonna u ta' Kristu nkurunat bix-Xewk minn taħlita ta' ġibs u kartapesta. Barra minn dawn, permezz ta' manikkini, l-Isqalli rnexxielu joħloq l-istatwi tal-Ort u Ġesu’ Redentur li imbagħad tlibbsu bil-ħwejjeġ. Dawn il-vari b'żidiet ta' oħrajn magħhom għadhom jintużaw fil-purċissjoni tal-lum.


Il-vari kienu jiġu esposti fil-korsija tal-Matrici waħda kull ġimgħa tar-Randan. Jingħad li għal xi żmien kienet issir purċissjoni qasira bil-Vari iżda din id-drawwa f'xi żmien inqatgħet. Aktarx li lejn il-bidu tas-seklu tmintax, il-vari bdew jitniżżlu fil-Parroċċa ta' San Ġorġ minn fejn bdiet toħrog l-ewwel purċissjoni fil-veru sens tal-kelma.


Kif għidna fil-bidu, il-purċissjoni bdiet toħroġ mill-Katidral fl-1968. Bi żmien bdew jiżdiedu xi persunaġġi Bibliċi u xi suldati Rumani u żdiedu t-tfal libsin iż-żimarri u jġorru simboli tal-Passjoni. B'hekk il-purċissjoni ħadet aktar il-forma ta' pageant.

 
 

Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira mill-Katidral ta' Għawdex

14 ta' April 2017  fis-6.30pm

Respons Libera Me
Gregorian Requiem Mass (Mille Annes de Chant Gregorienne)
0:00/4:27

L-Ort

 

Ġesu’ fl-Ort huwa manikkin imlibbes li jingħad li nħadem mill-Isqalli li diġa semmejna aktar-il fuq lejn il-bidu tas-seklu tmintax. Sal-2015, dan kien l-uniku Ort f’Għawdex akkumpanjat b’żewġ anġli (ara ritratt taht) li nħaddmu minn Wistin Camilleri fl-1968/9. Fl-2016, dawn iz-żewġ  anġli inbiddlu ma iehor gdid mahdum mill-artist Aaron Camilleri Cauchi.

It is thought, that in the  early eighteenth century, an escaped Sicilian who found refuge in Gozo, had sculpted a number of statues for the Gozo Cathedral in exchange for their hospitality and protection.  The head and arms of Jesus in this statue are regarded as his work.  The angel is the work of Aaron Camilleri Cauchi which in 2016 replaced two other angels by  Wistin Camilleri from 1968/9.

 
 

Xogħol ieħor tal-bidu tas-seklu tmintax attribwit lill-istess Sqalli li ħadem ħafna mill-vari l-oħra waqt li kien qed jieħu kenn fil-gżira Għawdxija. Din il-Vara flimkien ma' dik tal-Ecce Homo għamlu ħafna żmien jitniżżlu biex jintużaw fil-Purċissjoni li kienet toħroġ mill-Bażilika ta' San Gorġ.

Il-Marbut

This  is another statue presumed to have been the work of the Sicilian mentioned above.  This statue together with the following one , where used, for a number of years, for the procession in the Basilica of Saint George. in Victoria Gozo.

 

Ecce Homo

 

Jingħad li l-Isqalli ħadem din il-vara għall-Matriċi fl-istess żmien li ħadem il-Marbut. Din l-istatwa hija maħduma minn kompożizzjoni ta’ ġibs u kartapesta.

Another statue thought to be the work of the Sicilian fugitive as described above.

 
 

L-Isqalli ħadem ir-ras, l-idejn u s-saqajn tar-Redentur li bħall-Ort huwa mlibbes b’ilbies rikk tad-drapp. Ta’ min jgħid li din id-drawwa tal-ilbies fuq manikkini nbdiet mill-Ispanjoli li bi żmien daħħluha fi Sqallija.

Ir-Redentur

The Sicilian is also thought to have been the artist who made the head, arms and feet of this mannequin.  Similarly to  the first statue in this procession and others, the Redeemer is clothe in rich garments,  a tradition first started by the Spanish who later introduced it into Sicily.

 

Il-Vara l-Kbira

 

Il-vara l-Kbira li naraw illum iżżanżnet fl-1968 u hija xogħol sabiħ ta’ Wistin Camilleri. Tajjeb jingħad li x-xbiha ta’ Kristu msallab ma laħqitx tlestiet f’din is-sena u għalhekk inġiebet ix-xbiha li l-istess statwarju kien ħadem għall-Parroċċa tax-Xewkija. Ix-xbiha ta’ Kristu tlestiet għall-purċissjoni tal-1969 filwaqt li sena wara żdiedet il-figura ta’ Lonġinu, xogħol l-istess Camilleri.

The statuary group of the Crucifixion is the work of Wistin Camilleri and was completed between 1968 and 1969.  The figure of Longinus the Roman Centurion at the back is an uncommon feature in this statuary group around the islands.

 

Id-Depożizzjoni

 

Minbarra f’Raħal Ġdid f’Malta, dan huwa l-uniku post f’dawn il-gżejjer fejn nistgħu naraw vara tad-difna ta’ Kristu jew aħjar tat-trasport tal-ġisem tiegħu lejn il-qabar. Din il-vara tippreżentalna lil Nikodemu, Ġużeppi ta’ Arimateja u San Ġwann. Hija xogħol sabiħ ieħor bil-kartapesta ta’ Wistin Camilleri u tlestiet fl-1969. Bhall-vari l-oħra l-persunaġġi huma mlibbsin bi ħwejjeġ rikki tas-satin u l-bellus.

 
 

In this statuary group we see the body of Christ being carried towards the tomb by Saint John, Nikodemus and Joseph of Arimathea. This statue is unique in Gozo, while we find a similar one in Paola Malta.  It is a beautiful work in paper-mache' by Wistin Camilleri completed in 1969.

 
 
 

Din hi l-aħħar statwa li żdiedet ma’ dan is-sett u żżanżnet fl-1985. Hija xbiha sabiħa u movimentata tal-istatwarju ta’ zmienna Michael Camilleri Cauchi. Din il-vara ħadet post oħra maħduma minn Wistin Camilleri fl-1969.

This  is the most recent addition to the set of statues . It is the work of contemporary artist Michael Camilleri Cauchi from 1985.  It replaced a former work from 1969  by Michael's own father Wistin, author of other works in this procession.

Id-Duluri