Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Karlu Darmanin  (1825-1909)

Darmanin maghruf ukoll bhala Carlozzo twieled l-Isla  fl-1825 u tharreg l-arti minn missieru. Fil-bidu tal-karriera tieghu ittanta jaghmel xi skulturi fl-irham izda ma damx ma beda jahdem fil-kartapesta.


Ghalkemm Darmanin hadem hafna xoghol marbut mal-Gimgha l-Kbira, tajjeb insemmu xi vari titulari li ghamel fosthom is-Salvatur ghal Hal Lija (ritratt isfel), il-Madonna ta' Lourdes għall-Qrendi, San Gejtanu ghal Hamrun, San Giljan ghall-Parrocca li ggib l-istess isem u San Leonardu ghal Hal Kirkop ( li inbidel fl-1949). 


Karlu Darmanin jibqa l-aktar maghruf ghan-numru kbir ta' vari li hadem ghall-Gimgha l-Kbira. Kien l-istatwarju li seraq ix-xena fit-tieni nofs tas-seklu dsatax u ta sehem kbir fl-izvilupp ikonografiku f'pajjizna.


Naghtu xi ezempji. L-Ort ta' Bormla (1878) hija kkunsidrata bhalha wiehed mill-kapulavuri ta' Darmanin, l-ewwelnett ghall-pozizzjoni insolita li qed fiha Kristu u wkoll ghax fiha introduca it-tieni anglu. Fil-Veronika tal-Mosta (1869) introduca ghall-ewwel darba figura gdida fit-tifla zzomm il-garra f'idejha. Imma l-aktar vara li tixhed l-izvilupp ikonografiku hija il-vara tat-tradiment ta' Guda f'Hal Qormi (1908), li hija l-ewwel vara ta' dan il-misteru f'Malta u li baqghet unika sal-1961. Permezz ta' Karlu Darmanin, inkissret it-tradizzjoni tas-sett tat-tmien vari.


Darmanin hadem hafna vari ghal diversi lokalitajiet u mhux ta' b'xejn li jissejjah il-Princep ta' l-istatwarji. Tajjeb li nghidu li l-Mosta ghandha sitta mid-disgha vari ta' dan l-istatwarju. Hawnhekk ta' min isemmi il-kurcifiss meraviljuz tal-vara l-Kbira (1869), bicca xoghol li tigbed l-ammirazzjoni ta' kullhadd.


Karlu hadem hafna xoghlijiet ohra, fosthom angli li ghadhom izejnu t-toroq taghna fil-festi parrokkjali. Insemmu wkoll  il-Madonna tar-Ruzarju li hadem ghall-Mellieha, ghan-Naxxar u ghaz-Zurrieq, u l-Qalb ta' Gesu ghal H'Attard.


Karlu Darmanin miet fis-26 ta' Novembru 1909 fil-Hamrun u ndifen fic-cimiterju tal-Addolorata.

 
 

Ara ukoll:

Il-Vari Ta' Karlu Darmanin Fil-Gimgha L-Kbira F'Malta