Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Iż-Żebbuġ

Il-Purċissjoni tal-Gimgħa l-Kbira fiż-Żebbuġ Għawdex taf il-bidu tagħha fl-1919 bit-tħabbrik tal-Kappillan Dun Anton Grima. Il-Parruċċani appoġġjaw bis-sħiħ din l-inizzjattiva u wara li nstabu l-benefatturi għall-ispejjeż li purċissjoni bħal din tirrikjedi, ġie mqabbad l-istatwarju Għawdxi Wistin Camilleri  biex jaħdem sett vari. Fi żmien qasir, it-tmien vari tradizzjonali kienu lesti filwaqt li bil-ħeġġa tal-poplu Żebbugi, tlestew ukoll il-bradelli għall-istess vari. B'hekk kollox kien lest biex fost il-ferħ u d-devozzjoni taż-Żebbuġin, ħarget l-ewwel purċissjoni fl-1919.


Il-Purċissjoni baqgħet issir għal numru ta' snin iżda fis-snin tletin tas-seklu l-ieħor, inħass bżonn urġenti li l-knisja tar-raħal titkabbar. Sfortunatament, waqt dan ix-xogħol, il-vari tħallew fil-knisja u saritilhom ħsara kbira. B'hekk il-purċissjoni twaqqfet sakemm fl-1965 l-Arċipriet Dun Alwiġ Vella talab permess lill-Isqof biex jerġa jibda jorganizza l-purċissjoni. U hekk f'dik is-sena reggħet ħarġet il-purċissjoni bil-ftit statwi li fortunatament ma saritilhomx ħsara, jiġifieri l-Ecce Homo, il-Kurċifiss li miegħu tqiegħdu żewġ anġli, Ġesu' mejjet li għalih saret urna proviżorja u d-Duluri.


Għal darb'oħra, bl-għajnuna ta' xi benefatturi, reġa tqabbad l-istess statwarju Wistin Camilleri li sas-sena ta' wara ħadem mill-ġdid il-kumplament tas-sett. Fl-1968, ħadem ukoll iċ-Ċena, vara unika fid-djoċesi t’Għawdex Iż-Żebbug huwa l-uniku raħal fil-gzejjer tagħna fejn il-Vari kollha nħaddmu mill-istess statwarju u fejn il-figuri huma mlibbsa bi ħwejjeg maħduma bl-idejn lokalment min-newl. Il-purċissjoni f'dan ir-raħal baqgħet dejjem issir fi spirtu ta' devozzjoni u Penitenza.    

 
 

Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fiż-Żebbuġ

Il-Ġimgħa 14 ta' April 2017 fis-6.00pm

Hibernia - O cruor sanguinis

Iċ-Ċena

Hija ħaġa kurjuża u nteressanti li raħal zgħir f’Għawdex tħajjar jagħmel il-Vara ta’ l-aħħar Ċena li fil-gżejjer Maltin insibu bħalha biss f’Ħal Qormi. Inħaddmet fl-1968 u hija l-unika Ċena li l-istatwarju Għawdxi  il-Kavallier Wistin Camilleri ħadem f’ħajtu. Il-Vara hija komposta mill-figuri tat-tnax-il appostlu flimkien ma dik ta’ Kristu u tintrefa min għaxar fratelli. Hija unika għaliex filwaqt li f’Hal Qormi nsibu figuri tal-kartapesta, fiż-Żebbuġ, il-figuri huma mlibbsa bi ħwejjeġ tan-newl meħjuta minn Katerina Cini. Ta’ min jinnota wkoll id-differenza fl-għamla tal-mejda li f’Ħal Qormi hija tawwalija filwaqt li hawn hija wiesgħa u għalhekk il-pożizzjoni tal-appostli fiż-żewġ Vari hija differenti.   

The episode of the Last Supper of Jesus with his apostles  is only present here in Zebbug in Gozo, while another one can be seen in Qormi in Malta.  This thirteen figure ensemble is the work of Chevalier Wistin Camilleri which he completed in 1968.  One major difference between this statuary group and the one in Qormi is the position of the figures at the table. In Qormi Jesus stands at one end of the table with his apostles, to his left and to his right, while here Jesus stands at the wide end of the table.

 

L-Ort

 

Wistin Camilleri ħadem Kristu fl-Ort fl-1966   wara li l-ewwel Vara tiegħu (1919) inqerdet waqt ix-xogħol tat-tkabbir tal-knisja. Il-ħwejjeġ tal-bellus ġew meħjuta minn Katerina Cini. 

 

This is the work of Wistin Camilleri from 1966, It  replaced his own work from  1919, which was destroyed while the building of the parish church was being  extended.

 
 

Bħall-kumplament tas-sett ta’ dan ir-raħal, il-Marbut huwa xogħol fil-kartapesta ta’ Wistin Camilleri. Il-Vara tlestiet u ġiet imbierka mill-Isqof Giuseppe Pace fl-1966. 

This is the work of Wistin Camilleri like the rest of the statues and statuary groups in Zebbug. It was completed by 1966 and blessed by bishop Giuseppe Pace.

Il-Marbut

 

Ecce Homo

 

L-Ecce Homo hija mill-ewwel sett li Wistin Camilleri kien ħadem fl-1919. Il-Vara irnexxielha ssalva waqt ix-xogħol fil-knisja għaliex kienet ikkonservata f’niċċa fl-istess knisja. Ġiet irrestawrata l-ewwel darba fl-1967 u aktar riċenti fl-1989.

 

This is one of just a few statues that survived  the masonry works carried out on the parish church in the 1930's.  Since it was stored in its own niche in the church it was quite  protected. It is from the orignal set by Wistin Camilleri from 1919.

 
 

Wistin Camilleri  lesta din il-Vara biex setgħet toħroġ fil-purċissjoni tal-1966. Il-libsa bajda ġiet meħjuta minn Katerina Cini.

Another work by Wistin Camilleri from 1966. Jesus' gown was sewn by Katerina Cini.

Ir-Redentur

 

Il-Veronika

 

L-ewwel statwa tal-Veronika saret biex setgħet toħroġ għall-ewwel purċissjoni li organizza dan il-lokal fl-1919. Din, iżda, messitha l-istess xorti ta’ ħafna mill-Vari l-oħra u sfat imkissra waqt ix-xogħol tat-tkabbir tal-knisja. Il-Vara tal-lum saret minn Wistin Camilleri fl-1966.

 

The original statue from 1919 was also severely damaged during the masonry works described earlier and was replaced by the one seen in this photograph. It is again the art of Wistin Camilleri completed in 1966.

 
 

Din l-istatwa tgħaqqad iż-żewġ epoki li fihom Wistin Camilleri ħadem il-Vari għal dan ir-raħal. Dan għaliex filwaqt li Kristu kruċifissat huwa xogħol tal-1919, il-figuri ta’ Marija Addolorata, ta’ San Ġwann u tal-Maddalena inħaddmu fl-1966-7. Fiż-żmien li ma kinitx toħroġ il-purċissjoni, il-Kurċifiss kien jiġi armat fuq il-presbiterju tal-knisja fil-jum tal-Ġimgħa l-Kbira għall-priedka magħrufa tat-tliet sigħat għax kienet tibda f’nofs in-nhar u tispiċċa fit-tlieta. Il-Kurċifiss ġie rrestawrat fl-1967.  

 

The crucifix we see here is from the original statuary group of the Crucifixion created by the hands of Wistin Camilleri in 1919. The other three figures of The Holy Mary, Saint John and Mary Magdalene, where remodelled by Camilleri between 1966 and 1967.

Il-Vara l-Kbira

 

Il-Monument

L-istatwa tal-korp ta’ Kristu mejjet hija miss-sett l-antik ta’  Wistin Camilleri  u saret fl-1920. L-Urna l-qadima messitha l-istess xorti ta’ ħafna mill-Vari l-oħra u tkissret għal kollox fit-tletinijiet tas-seklu għoxrin waqt ix-xogħol estensiv li sar fil-knisja. Fl-1965, meta reġgħet bdiet toħroġ il-purċissjoni fiż-Żebbuġ, l-istatwa ġiet irrestewrata filwaqt li saret Urna temporanja li baqgħet tintuża sal-1977. L-Urna l-ġdida li naraw illum inħaddmet fuq disinn ta’ Monsinjur Mikelang Apap  minn Toni u Ġużeppi Mallia. Matul is-sena, din il-Vara titpoġġa f’niċċa fil-kappella ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni għad-devozzjoni tal-fidili. 

The figure of the dead Christ is also one from the original set of statues created by Wistin Camilleri in 1919.  The original wooden frame suffered the same fate as most others  in the 1930's and had to be replaced. Throughout the year, this statue is placed in a niche situated in the chapel dedicated to the Immaculate Conception, for the reveration of the faithful.

 

Id-Duluri

 

Marija Addolorata f’din il-Vara tidher bil-wieqfa waħidha u nħaddmet bil-kartapesta mill-istess statwarju Wistin Camilleri fl-1919. Ġiet irrestawrata fl-1966 u aktar tard fl-1991.

The solitary figure of Our Lady of Sorrows is from the original set by Wistin Camilleri from 1919.  It was later restored in 1966 and then most recently in 1991.