Id-devozzjoni lejn il-Passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Sidna Ġesu’ Kristu fix-Xewkija tmur lura ħafna snin u għandna dokumentat li lura fl-1739 il-kappillan Dun Pietru Aquilina ġie mogħti biċċa Veru L
ignu li kienet titqiegħed fuq l-artal il-kbir tal-knisja l-qadima matul il-Ġimgħa l-Kbira u fil-festa tas-Salib. L-istess kappillan ħa ħsieb li titwaqqaf is-Soċjeta’ ta’ l-Agonizzanti taħt it-titlu tal-Kurċifiss approvata mill-Isqof Pawlu Alferan De Bussan fl-1744. Fost l-oħrajn, is-Soċjeta kienet tieħu ħsieb li ssir festa f’ġieħ il-Kurċifiss u li jsir talb waqt l-agunija tal-imseħbin fiha u quddiesa wara mewthom.
Fil-knisja l-qadima, kien hemm Kurċifiss meqjum b’għożża kbira f’wieħed mill-artali tal-ġenb li ġie mogħti xi privileġġi mill-Papa Piju IX fl-1853. Marbuta ma’ dan l-altar kibret devozzjoni b'saħħitha lejn id-Duluri ta’ Sidtna Marija li kienet issirilha festa bil-paniġierku. Fl-1860, fi żmien il-Kappillan Dun Pietru Bartolo, inġiebet minn Marsilja l-Vara tad-Duluri li għadna ngawwdu sa llum.
Id-devozzjoni lejn il-Passjoni kibret mal-medda taż-żmien u fil-bidu tas-snin għoxrin tas-seklu l-ieħor, l-Arċipriet Dun Anton Grima qabbad lill-istatwarju Għawdxi Wistin Camilleri biex jaħdem sett Vari. Dan ta bidu għat-tradizzjoni li kull ġimgħa matul ir-Randan, tinħareġ fil-knisja Vara tal-misteri. Il-Vara l-Kbira titpoġġa fil-għoli tal-kor.
Fix-Xewkija qatt ma saret purċissjoni bil-Vari kollha tal-Passjoni. Madankollu, f’dan ir-raħal, il-Madonna hija fiċ-ċentru taċ-ċelebrazzjonijiet Liturġiċi li jsiru fir-Randan. F’jum id-Duluri, ix-Xewkin huma magħrufa għall-purċissjoni li jagħmlu f’forma ta’ pagaent li matulu jitfissru s-seba’ Duluri tal-Madonna. F’dan il-pagaent li jaf il-bidu tiegħu fl-1963, jieħdu sehem mat-tlett mitt ruħ fosthom il-Banda Prekursur, l-iskawts, il-kor tal-Parroċċa Vox Clamantis, fratelli u kumpaniji ta’ suldati. Bħal ma jsir fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fi rħula oħra, insibu l-persunaġġi Bibbliċi mit-Testment il-Qadim bit-tfal magħhom iġorru kartelluni bi spjegazzjoni tagħhom. Wara dawn jiġu l-personifikazzjonijiet tas-seba’ Duluri ta’ Marija Ssma akkumpanjati minn bandalori tal-bellus irrakmati bil-kliem ta’ kull dulur.
Il-Veronika
Statwarju Wistin Camilleri u saret bejn l-1922 u l-1924.
Aktar taghrif jinghata 'l quddiem
Il-Vara L-Kbira
Statwarju Wistin Camilleri u saret bejn l-1922 u l-1924.
Aktar taghrif jinghata 'l quddiem
Kristu Mejjet
Statwarju Wistin Camilleri u saret bejn l-1922 u l-1924.
Aktar taghrif jinghata 'l quddiem
Id-Duluri
Statwarji id-ditta Franciza 'Gallard' ta' Marsilja u saret fl-1860.
Aktar taghrif jinghata 'l quddiem