Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Ix-Xewkija

Id-devozzjoni lejn il-Passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Sidna Ġesu’ Kristu fix-Xewkija tmur lura ħafna snin u għandna dokumentat li lura fl-1739 il-kappillan Dun Pietru Aquilina ġie mogħti biċċa Veru lignu áli kienet titqiegħed fuq l-artal il-kbir tal-knisja l-qadima matul il-Ġimgħa l-Kbira u fil-festa tas-Salib. L-istess kappillan ħa ħsieb li titwaqqaf is-Soċjeta’ ta’ l-Agonizzanti taħt it-titlu tal-Kurċifiss approvata mill-Isqof Pawlu Alferan De Bussan fl-1744. Fost l-oħrajn, is-Soċjeta kienet tieħu ħsieb li ssir festa f’ġieħ il-Kurċifiss u li jsir talb waqt l-agunija tal-imseħbin fiha u quddiesa wara mewthom. 


Fil-knisja l-qadima, kien hemm Kurċifiss meqjum b’għożża kbira f’wieħed mill-artali tal-ġenb li ġie mogħti xi privileġġi mill-Papa Piju IX fl-1853. Marbuta ma’ dan l-altar kibret devozzjoni b'saħħitha lejn id-Duluri ta’ Sidtna Marija li kienet issirilha festa bil-paniġierku. Fl-1860, fi żmien il-Kappillan Dun Pietru Bartolo, inġiebet minn Marsilja l-Vara tad-Duluri li għadna ngawwdu sa llum.


Id-devozzjoni lejn il-Passjoni kibret mal-medda taż-żmien u fil-bidu tas-snin għoxrin tas-seklu l-ieħor, l-Arċipriet Dun Anton Grima qabbad lill-istatwarju Għawdxi Wistin Camilleri biex jaħdem sett Vari. Dan ta bidu għat-tradizzjoni li kull ġimgħa matul ir-Randan, tinħareġ fil-knisja Vara tal-misteri. Il-Vara l-Kbira titpoġġa fil-għoli tal-kor.

Fix-Xewkija qatt ma saret purċissjoni bil-Vari kollha tal-Passjoni. Madankollu, f’dan ir-raħal, il-Madonna hija fiċ-ċentru taċ-ċelebrazzjonijiet Liturġiċi li jsiru fir-Randan. F’jum id-Duluri, ix-Xewkin huma magħrufa għall-purċissjoni li jagħmlu f’forma ta’ pagaent li matulu jitfissru s-seba’ Duluri tal-Madonna. F’dan il-pageant li jaf il-bidu tiegħu fl-1963, jieħdu sehem mat-tlett mitt ruħ fosthom il-Banda Prekursur, l-iskawts, il-kor tal-Parroċċa Vox Clamantis, fratelli u kumpaniji ta’ suldati. Bħal ma jsir fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fi rħula oħra, insibu l-persunaġġi Bibbliċi mit-Testment il-Qadim bit-tfal magħhom iġorru kartelluni bi spjegazzjoni tagħhom. Wara dawn jiġu l-personifikazzjonijiet tas-seba’ Duluri ta’ Marija Ssma akkumpanjati minn bandalori tal-bellus irrakmati bil-kliem ta’ kull dulur.

 

 Il-Pageant isir fil-festa tad-Duluri nhar il-Ġimgħa 7 ta' April 2017 

 

L-Ort

 

Fil-bidu tas-snin għoxrin tas-seklu li għadda, l-Arċipriet Dun Anton Grima qabbad lill-istatwarju magħruf Għawdxi Wistin Camilleri biex jaħdem sett ta’ Vari għall-Parroċċa. L-Ort inħaddmet bil-kartapesta flimkien mal-Vari l-oħra bejn l-1922 u l-1924. 

 

Xewkija is the only Parish in these islands which despite having the full set of traditional Passion statues has never organised the Good Friday Procession. Despite this however, the devotion towards the Passion of Christ and our Lady of Sorrows is deep rooted in this village and goes far back in time. It was in the 1920s when under the leadership of Parish priest Fr Anton Grima that Gozitan artist Wistin Camilleri was commissioned to make the set of statues. This he did between 1922 and 1924.

 

Il-Marbut

 

Il-Vara tradizzjonali tal-Marbut tippreżentalna il-figura solitarja ta’ Ġesu’ marbut mal-kolonna baxxa li tinsab warajh. Din il-Vara tal-kartapesta inħaddmet mill-istatwarju Wistin Camilleri bejn l-1922 u l-1924. 

The statue representing the flagellation of Christ is another work by Wistin Camilleri from the same era. The solitary figure of Christ is here seen tied up to a low pillar at his back.

 
 

Ecce Homo

 

Vara oħra tal-kartapesta maħduma mill-istatwarju Għawdxi Wistin Camilleri bejn l-1922 u l-1924 u mħallsa minn benefatturi ġenerużi Xewkin. Il-Vari kollha ta’ Wistin f’dan ir-raħal bl-eċċezzjoni tal-Vara l-Kbira ġew restawrati minn ibnu Michael fis-snin tmenin tas-seklu għoxrin.

Like all the statues in this set, this Ecce Homo which translates in 'Behold the man' is made of papier-mache'. In the last quarter of the 20th century, all the statues of Wistin Camilleri in this set (except for the crucifixion statuary group) were restored by his son Alfred Camilleri Cauchi. 

Ir-Redentur

 
 

Għalkemm Wistin Camilleri kien ħadem Redentur għal din il-Parroċċa flimkien mal-vari l-oħra, din ġiet mibdula mal-waħda li naraw illum fl-1985, xogħol ibnu Alfred Camilleri Cauchi Din il-vara sabiħa u movimentata tispikka mill-ewwel fejn il-vari l-oħra. Tinħareġ biss f’pellegrinaġġ li jsir f’ġieħ ir-Redentur ħmistax qabel il-Ġimgħa l-Kbira imma tinżamm esposta f’niċċa apposta fil-Knisja tax-Xewkija matul is-sena kollha. 

 

Each year, a fortnight before Good Friday, this Parish holds a devotional procession with this statue of Christ the Redeemer. This artistic statue is the work of Alfred Camilleri Cauchi from 1985 and replaced a previous one made by his father Wistin.

 
                            Il-Veronika
 

Il-Veronika hija xogħol ieħor fil-kartapesta tal-Għawdxi Wistin Camilleri mis-snin għoxrin tas-seklu l-ieħor.


The statue of the Veronika is also the work of Gozitan artist Wistin Camilleri and was completed in the early years of the 1920s.

 

Il-Vara l-Kbira

 
 

Wistin Camilleri sawwar il-Vara l-Kbira bil-kartapesta fl-istess żmien li saru l-vari l-oħra. Matul ir-Randan, il-Kurċifiss u t-tliet figuri tal-Madonna, San Ġwann l-Evanġelista u l-Madalena jitpoġġew fil-għoli fil-kor tal-Knisja Arċipretali. Din il-vara ġiet irrestawrata minn Ġużeppi Segona fl-1984.

 

The statuary group representing the Crucifixion of our Lord is each year during Lent exhibited high in the choir of the Xewkija Parish church. Another work by Camilleri, this group was restored by Guzeppi Segona in 1984.

 
                                                              Kristu Mejjet
 
 

Forsi għaliex ma ssirx il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, ix-Xewkin jidher li qatt ma tħajjru jagħmlu Monument għal korp ta’ Kristu mejjet. Dan il-korp sar ukoll minn Wistin Camilleri bejn l-1922 u l-1924.

 

Probably, since no Good Friday Procession is held in this locality, the parishioners never seemed to have felt the need to make an artistic urn or wooden structure to hold the corpse of the dead Christ similar to the ones we see in other localities. This statue is also by Wistin Camilleri from 1922-24.

 

Id-Duluri

 
 

Kif diġa’ kellna l-okkażżjoni ngħidu fl-istorja ta’ dan ir-raħal, ix-Xewkin għandhom devozzjoni speċjali lejn Marija Addolorata. Il-vara artistika li naraw hawn hija differenti minn dawk li imdorrijin naraw f’lokalitajiet oħra u hija xogħol ta’ Marsilja fi Franza mill-1860. Tfakkarna fil-Pieta’ ta’ Michelangelo li hemm fil-Vatikan fejn il-Madonna tidher għarkubbtejha bil-korp ta’ Kristu fi ħdanha.

 

Our lady of Sorrows is in the centre of all Liturgical celebrations held during Lent in Xewkija. Every year, on the occassion of the feast of our Lady of Sorrows which is celebrated on the Friday prior to Good Friday, this village holds a procession which takes the shape of a pageant. A good number of parishioners dressed up in Biblical costumes take part in this pageant which emphasizes the seven sorrows of our Lady. The artistic statue which accompanies this procession was brought from Marsille in France in 1860.