Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Ir-Rakkonti Tal-Passjoni Fl-Evanġelji 

                                        Ir-Rakkont Tal-Passjoni Skond San Mark

It-tradiment ta' Ġuda

 [Mk:14:3] Ġesù kien qiegħed jiekol għand Xmun il-lebbruż f'Betanja. Daħlet mara, b'vażett ta' l-alabastru biż-żejt ifuħ ta' nard pur, jiswa ħafna, kissret għonq il-vażett, u ferrgħet iż-żejt fuq ras Ġesù.[Mk:14:4] U kien hemm xi wħud li bdew jitmasħnu bejniethom u jgħidu: "Dal-ħala kollu ta' fwieħa għalfejn?[Mk:14:5] Dil-fwieħa setgħet iġġib aktar minn tliet mitt dinar u jingħataw lill-foqra." U bdew jeħduha magħha.[Mk:14:6] Imma Ġesù qal: "Ħalluha; għala qegħdin iddejjquha? Ħaġa tajba għamlet miegħi.[Mk:14:7] Il-foqra ssibuhom dejjem magħkom, u tistgħu tgħinuhom kull meta tridu. Imma lili mhux dejjem se ssibuni magħkom.[Mk:14:8] Hi għamlet li setgħet; dilkitli ġismi bil-fwieħa għad-difna minn qabel.[Mk:14:9] Tassew ngħidilkom, li kull fejn jixxandar   l-Evanġelju fid-dinja kollha li għamlet din jingħad ukoll, b'tifkira tagħha." [Mk:14:10] Mbagħad Ġuda l-Iskarjota, wieħed mit-Tnax, mar għand  il-qassisin il-kbar biex jagħtihom lil Ġesù f'idejhom.[Mk:14:11] Għal din l-aħbar ferħu ħafna, u wegħduh li jagħtuh xi flus. U hu beda jfittex  il-waqt tajjeb biex jagħtihom lil Ġesù f'idejhom. 

 Ġesù jagħmel l-ikla ta' l-Għid mad-dixxipli

[Mk:14:12] Fl-ewwel jum ta' l-Ażżmi, meta kienu jissagrifikaw il-ħaruf ta' l-Għid, id-dixxipli tiegħu qalulu: "Fejn tridna mmorru nħejju biex tiekol   l-ikla ta' l-Għid?"[Mk:14:13] Mbagħad hu bagħat tnejn mid-dixxipli tiegħu u qalilhom: "Morru l-belt, u tiltaqgħu ma' raġel iġorr ġarra ilma. Morru warajh,[Mk:14:14] u għidu lil sid id-dar ta' fejn tarawh dieħel, 'Qallek l-Imgħallem: Fejn hi l-kamra tiegħi li fiha nista' niekol l-ikla ta'  l-Għid mad-dixxipli tiegħi?'[Mk:14:15] U hu jurikom kamra kbira fuq, mgħammra u lesta. Ħejjulna hemmhekk."[Mk:14:16] U d-dixxipli marru u daħlu fil-belt, u sabu kollox kif kien qalilhom hu; u ħejjew l-ikla ta'  l-Għid.[Mk:14:17] Għall-ħin ta' filgħaxija Ġesù ġie mat-Tnax.[Mk:14:18] U kif kienu fuq il-mejda jieklu qal: "Tassew ngħidilkom, li wieħed minnkom se jittradini, wieħed li qiegħed jiekol miegħi."[Mk:14:19] Huma bdew isewwdu qalbhom, u wieħed wara l-ieħor staqsewh: "Jaqaw jien?"[Mk:14:20] Qalilhom: "Wieħed mit-Tnax, li qiegħed ibill il-ħobż fi platt wieħed miegħi.[Mk:14:21] Għax Bin il-bniedem imur, kif hemm miktub fuqu; imma ħażin għalih dak il-bniedem li permezz tiegħu Bin   il-bniedem ikun mogħti f'idejn l-għedewwa! Kien ikun aħjar għalih dak    il-bniedem li kieku ma twieled xejn?"  

It-twaqqif ta' l-Ewkaristija

 [Mk:14:22] Huma u jieklu, ħa l-ħobż f'idejh, qal il-barka, qasmu, newwilhulhom u qal: "Ħudu, dan hu ġismi."[Mk:14:23] Mbagħad ħa kalċi f'idejh, radd il-ħajr, u newwilhulhom, u lkoll xorbu minnu.[Mk:14:24] U qalilhom: "Dan huwa demmi, id-demm tal-patt, li jixxerred għal ħafna.[Mk:14:25] Tassew ngħidilkom, li ma nixrobx iżjed mill-frott tad-dielja sa dak in-nhar li nixrob inbid ġdid fis-Saltna ta' Alla." 

Ġesù jħabbar iċ-ċaħda ta' Pietru

 [Mk:14:26] Mbagħad kantaw is-salmi u ħarġu lejn l-Għolja   taż-Żebbuġ.[Mk:14:27] U Ġesù qalilhom: "Lkoll se titħawwdu, għax hu miktub:[Mk:14:28] Imma wara li nqum mill-mewt, immur il-Galilija qabilkom."[Mk:14:29] Qallu Pietru: "Ukoll jekk jitfixkel kulħadd, jiena ma nitfixkilx."[Mk:14:30] Qallu Ġesù: "Tassew ngħidlek, li llum, dal-lejl stess, qabel ma s-serduk ikun idden darbtejn, int tkun ġa ċħadtni tliet darbiet."[Mk:14:31] Iżda Pietru tenna bil-qawwa kollha: "Le, ma niċħdekx, anqas jekk ikolli mmut miegħek?" U l-oħrajn ukoll, kollha qalu l-istess. 

 

 Ġesù jitlob fil-Ġetsemani

 [Mk:14:32] Waslu f'qasam jismu Ġetsemani, u qal lid-dixxipli tiegħu: "Oqogħdu bilqiegħda hawn sakemm nitlob."[Mk:14:33] U ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, u bdew jaħkmuh il-biża' u  d-dwejjaq.[Mk:14:34] Qalilhom: "Nħossni mnikket għall-mewt; ibqgħu hawn u ishru."[Mk:14:35] Mexa kemmxejn 'il quddiem, nxteħet fl-art, u talab li, jekk jista' jkun titwarrab minnu dik is-siegħa.[Mk:14:36] U qal: "Abbà, Missier, kollox jista' jkun għalik; biegħed minni dan il-kalċi! Iżda mhux li rrid jien, imma li trid int."[Mk:14:37] Ġie ħdejhom u sabhom reqdin, u qal lil Pietru: "Xmun, rieqed? Ma flaħtx tishar siegħa waħda![Mk:14:38] Ishru u itolbu biex ma tidħlux fit-tiġrib. L-ispirtu, iva, irid; imma l-ġisem dgħajjef."[Mk:14:39] U raġa' mar u tenna l-istess talba.[Mk:14:40] Mill-ġdid ġie u għal darb'oħra sabhom reqdin, għax għajnejhom kienu tqal bin-ngħas; u ma għarfux x'jaqbdu jgħidulu.[Mk:14:41] Ġie għat-tielet darba u qalilhom: "Torqdu issa u tistrieħu? Biżżejjed. Is-siegħa waslet; araw li Bin il-bniedem se jkun mogħti f'idejn il-midinbin.[Mk:14:42] Qumu! Ejjew immorru! Ara, dak li se jittradini hu fil-qrib?" 

Ġesù ttradut u arrestat

 [Mk:14:43] Minnufih, kif kien għadu jitkellem, wasal Ġuda, wieħed  mit-Tnax, b'ġemgħa nies miegħu, armati bis-sjuf u l-bsaten, mibgħuta mill-qassisin il-kbar u mill-kittieba u x-xjuħ.[Mk:14:44] Issa dak li kien se jittradih kien tahom sinjal minn qabel u qalilhom: "Dak li nbusu huwa hu; aqbduh u morru bih mgħasses tajjeb."[Mk:14:45] Malli mbagħad wasal, baqa' sejjer fuqu u qallu,"Rabbi." U biesu.[Mk:14:46] Huma meddew idejhom fuqu u qabduh.[Mk:14:47] Imma wieħed minn dawk ta' madwaru silet is-sejf, ta daqqa bih lill-qaddej tal-qassis il-kbir u qatagħlu widintu.[Mk:14:48] Ġesù dar fuqhom u qalilhom: "Qiskom ħriġtu għal xi ħalliel, armati bis-sjuf u l-bsaten biex taqbdu lili![Mk:14:49] Jien kuljum kont inkun fostkom fit-tempju ngħallem, u ma żammejtunix. Imma dan kollu ġara biex isseħħ l-Iskrittura."[Mk:14:50] Mbagħad id-dixxipli tiegħu kollha telquh u ħarbu.[Mk:14:51] Wieħed żagħżugħ mar warajh imgeżwer b'liżar biss fuq xejn, u qabduh;[Mk:14:52] imma hu telqilhom il-liżar f'idejhom u ħarab għeri. 

Ġesù quddiem il-kunsill tas-Sinedriju

 [Mk:14:53] Ħadu lil Ġesù għand il-qassis il-kbir, u nġabru l-qassisin il-kbar kollha u x-xjuħ u l-kittieba.[Mk:14:54] Pietru kien baqa' miexi warajh mill-bogħod sa ġol-palazz tal-qassis il-kbir, u qagħad bilqiegħda mal-qaddejja ħdejn in- nar għas-sħana.[Mk:14:55] Il-qassisin il-kbar u s-Sinedriju kollu bdew ifittxu xhieda kontra Ġesù biex jagħtuh il-mewt, u ma sabux.[Mk:14:56] Tassew li kien hemm ħafna li xehdu bil-qerq kontra tiegħu, imma x-xhieda tagħhom ma kinitx taqbel.[Mk:14:57] Mbagħad qamu xi wħud jagħtu xhieda qarrieqa kontra tiegħu u qalu:[Mk:14:58] "Aħna smajnieh jgħid, 'Jiena nħott dan it-tempju mibni bl-idejn, u fi tlitt ijiem nibni ieħor li ma jkunx mibni bl-idejn!'?"[Mk:14:59] Imma x-xhieda tagħhom anqas f'dan ma kienet taqbel.[Mk:14:60] Mbagħad il-qassis  il-kbir qam f'nofs il-ġemgħa u staqsa lil Ġesù: "Xejn ma twieġeb? X'inhuma jixhdu dawn kontra tiegħek?"[Mk:14:61] Iżda hu baqa' sieket u ma wieġeb xejn. Mill-ġdid il-qassis il-kbir staqsieh u qallu: "Int  il-Messija, Bin l-Imbierek?"[Mk:14:62] "Jiena hu?" wieġbu Ġesù,  tal-Qawwa[Mk:14:63] Mbagħad il-qassis il-kbir ċarrat l-ilbies ta' fuqu u qal: "Xi ħtieġa għandna iżjed ta' xhieda?[Mk:14:64] Id-dagħwa smajtuha! X'jidhrilkom?" U kollha qatgħuhielu li kien ħaqqu l-mewt.[Mk:14:65] Mbagħad xi wħud bdew jobżqulu fuqu, jgħattulu wiċċu, jagħtuh bil-ponn u jgħidulu: "Aqta' min?" U l-qaddejja bdew jagħtuh bil-ħarta. 

Pietru jiċħad lil Ġesù

 [Mk:14:66] Waqt li Pietru kien isfel 'il ġewwa mid-daħla tal-palazz, ġiet waħda qaddejja tal-qassis il-kbir.[Mk:14:67] Kif rat lil Pietru qiegħed għas-sħana, waħħlet għajnejha fuqu u qaltlu: "Int ukoll kont ma' Ġesù ta' Nazaret."[Mk:14:68] Imma hu ċaħad u qal: "Ma nafx, m'iniex nifhem x'inti tgħid." U ħareġ 'il barra fid-daħla tal-palazz. U s-serduk idden.[Mk:14:69] Il-qaddejja ratu, u reġgħet bdiet tgħid lil dawk li kienu hemm: "Dan wieħed minnhom."[Mk:14:70] U mill-ġdid ċaħad. Wara ftit, dawk li kienu ħdejh reġgħu qalu lil Pietru: "Tassew, int wieħed minnhom; għax int ukoll mill-Galilija."[Mk:14:71] Mbagħad qabad jisħet lilu nnifsu u jaħlef: "Jiena ma nafux lil dan il-bniedem li qegħdin issemmu."[Mk:14:72] Minnufih is-serduk idden għat-tieni darba. Pietru ftakar fil-kelma li kien qallu Ġesù: 'Qabel ma s-serduk jidden darbtejn, inti tiċħadni tliet darbiet.' U nfexx jibki. 

Ġesù quddiem Pilatu

 [Mk:15:1] Fil-għodu kmieni l-qassisin il-kbar iltaqgħu malajr max-xjuħ u mal-kittieba u mas-Sinedriju kollu biex jiftiehmu bejniethom. Mbagħad rabtu lil Ġesù, ħaduh u tawh f'idejn Pilatu.[Mk:15:2] Pilatu staqsieh: "Inti s-sultan tal-Lhud?" U hu wieġeb u qallu: "Int qiegħed tgħidu."[Mk:15:3] Il-qassisin il-kbar bdew jaqilgħu ħafna akkużi kontra tiegħu.[Mk:15:4] Iżda Pilatu raġa' staqsieh: "Ma twieġeb xejn? Ara kemm akkużi qegħdin iġibu kontra tiegħek?"[Mk:15:5] Imma Ġesù ma wieġeb xejn iżjed, hekk li Pilatu baqa' mistagħġeb. 

Ġesù kkundannat għall-mewt

 [Mk:15:6] F'nhar ta' festa kien jitilqilhom wieħed ħabsi, lil dak li kienu jitolbu huma.[Mk:15:7] Issa fil-ħabs kien hemm wieħed jismu Barabba, arrestat flimkien max-xewwiexa li fir-rewwixta kienu qatlu lil xi ħadd.[Mk:15:8] In-nies telgħu u bdew jitolbuh jagħmel kif kien jagħmlilhom dejjem.[Mk:15:9] Qabad Pilatu u qalilhom: "Tridux nitilqilkom is-sultan tal-Lhud?"[Mk:15:10] Għax hu għaraf tajjeb li  l-qassisin il-kbar kienu tawh lil Ġesù f'idejh minħabba l-għira.[Mk:15:11] Iżda l-qassisin il-kbar bdew ixewwxu n-nies li aħjar jitilqilhom lil Barabba.[Mk:15:12] Pilatu raġa' staqsiehom u qalilhom: "U x'nagħmel imbagħad b'dak li intom issejjħulu s-sultan tal-Lhud?"[Mk:15:13] Iżda huma nfexxew jgħajjtu mill-ġdid: "Sallbu?"[Mk:15:14] Qalilhom Pilatu: "Imma x'għamel ħażin?" Huma aktar bdew jgħajjtu: "Sallbu?"[Mk:15:15] Pilatu mbagħad, biex jogħġob lin-nies, telqilhom lil Barabba, u lil Ġesù, wara li tah is-swat, tahulhom biex isallbuh. 

 

 

 Is-suldati jżebilħu lil Ġesù

[Mk:15:16] Is-suldati ħaduh magħhom ġewwa fil-palazz, jiġifieri l-Pretorju, u sejjħu r-riġment kollu.[Mk:15:17] Libbsuh ilbies aħmar skur, u qegħdulu fuq rasu kuruna minsuġa mix-xewk.[Mk:15:18] U bdew isellmulu: "Is-sliem għalik, sultan tal-Lhud?"[Mk:15:19] U qabdu jagħtuh b'qasba fuq rasu, jobżqulu fuqu, u jilwu rkubbtejhom quddiemu biex jagħtuh qima.[Mk:15:20] Mbagħad, wara li għaddewh biż-żufjett, neżżgħulu l-ilbies aħmar u xeddewlu ħwejġu. 

 

 

 

 

Ġesù msallab

 [Mk:15:21] Kien għaddej wieħed, Xmun minn Ċireni, missier Xandru u Rufu, ġej lura mir-raba', u ġagħluh jerfagħlu s-salib.[Mk:15:22]   U wassluh f'post jismu Golgota, li jfisser post il-Qorriegħa.[Mk:15:23] U tawh jixrob inbid imħallat bil-mirra, imma hu ma riedx jieħu minnu.[Mk:15:24] Mbagħad sallbuh, u qassmu ħwejġu bejniethom billi tellgħuhom bix-xorti ħalli kull wieħed jieħu li jmissu.[Mk:15:25] Kienet it-tielet siegħa xħin sallbuh.[Mk:15:26] Il-kitba li turi l-ħtija   tal-kundanna tiegħu kienet tgħid hekk: "Is-sultan tal-Lhud."[Mk:15:27] Miegħu sallbu wkoll żewġ ħallelin, wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq   ix-xellug.[Mk:15:29] Dawk li kienu għaddejjin bdew jgħajjruh, iċaqilqu rashom u jgħidu: "Għajb għalik, int li tħott it-tempju u tfittex terġa' tibnih fi tlitt ijiem![Mk:15:30] Inżel minn fuq is-salib u salva lilek innifsek?"[Mk:15:31] Hekk ukoll il-qassisin il-kbar bdew jiddieħku bih bejniethom u mal-kittieba u jgħidu: "Salva oħrajn, lilu nnifsu ma jistax isalva![Mk:15:32] Ħa jinżel issa l-Messija, is-sultan ta' Iżrael, minn fuq   is-salib biex aħna naraw u nemmnu?" U dawk li kienu msallbin miegħu bdew imaqdruh huma wkoll. 

Il-mewt ta' Ġesù

  [Mk:15:33] Xħin saret is-sitt siegħa waqgħet dalma kbira fuq il-pajjiż kollu sad-disa' siegħa.[Mk:15:34] U fid-disa' siegħa Ġesù għajjat b'leħen qawwi: "Eloî, Eloî, lema sabaqtani?", li jfisser: "Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?"[Mk:15:35] Xi wħud minn dawk li kienu hemm, kif semgħuh, qalu: "Ara, qiegħed isejjaħ lil Elija?"[Mk:15:36] U mar wieħed jiġri jxappap sponża bl-inbid qares, waħħalha f'tarf ta' qasba u tah jixrob filwaqt li qal: "Stennew, ħa naraw jiġix Elija jniżżlu?"[Mk:15:37] Imma Ġesù għajjat għajta kbira u radd ruħu.[Mk:15:38] U l-purtiera  tas-santwarju ċċarrtet fi tnejn minn fuq s'isfel.[Mk:15:39] Iċ-ċenturjun li kien wieqaf biswitu, meta rah jgħajjat u jmut hekk, qal: "Dan il-bniedem kien tassew Bin Alla?"[Mk:15:40] Kien hemm ukoll xi nisa jħarsu   mill-bogħod, fosthom Marija ta' Magdala, Marija omm Ġakbu ż-żgħir u Ġosè, u Salomi;[Mk:15:41] dawn, meta Ġesù kien fil-Galilija, kienu jmorru miegħu u jaqduh. U kien hemm ukoll bosta oħrajn li kienu telgħu Ġerusalemm miegħu.  

Id-difna ta' Ġesù

[Mk:15:42] Kien ġa sar filgħaxija, u billi kien Jum it-Tħejjija, jiġifieri lejlet is-Sibt,[Mk:15:43] Ġużeppi minn Arimatija, membru magħruf tal-Kunsill, li hu wkoll kien jistenna s-Saltna ta' Alla, għamel il-ħila, daħal quddiem Pilatu u talbu l-ġisem ta' Ġesù.[Mk:15:44] Pilatu stagħġeb li kien ġa miet; bagħat għaċ-ċenturjun u staqsieh jekk kienx ilu li miet.[Mk:15:45] Meta mbagħad sar jaf mingħand iċ-ċenturjun, ta l-ġisem ta' Ġesù lil Ġużeppi,[Mk:15:46] u dan xtara liżar ta' l-għażel, niżżel lil Ġesù mis-salib, keffnu fil-liżar u qiegħdu f'qabar imħaffer fil-blat; mbagħad gerbeb ġebla fid-daħla tal-qabar.[Mk:15:47] Marija ta' Magdala u Marija omm Ġosè qagħdu jaraw fejn tqiegħed.

 

 Il-qawmien ta' Ġesù mill-imwiet

 [Mk:16:1] Meta għadda s-Sibt, Marija ta' Magdala, Marija omm Ġakbu, u Salomi xtraw xi fwejjaħ biex imorru jidilkuh bihom.[Mk:16:2] U kmieni ħafna fl-ewwel jum tal-ġimgħa, kif telgħet ix-xemx marru ħdejn   il-qabar.[Mk:16:3] U bdew jgħidu lil xulxin: "Min se jgerbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?"[Mk:16:4] Iżda meta ħarsu, raw li l-ġebla kienet imressqa fil-ġenb; kienet ġebla kbira ħafna.[Mk:16:5] Daħlu fil-qabar, u raw żagħżugħ bilqiegħda n-naħa tal-lemin, liebes libsa bajda; u nħasdu.[Mk:16:6] Imma hu qalilhom: "Xejn la tinħasdu. Qegħdin tfittxu lil Ġesù ta' Nazaret li kien imsallab; qam mill-mewt, m'huwiex hawn. Araw il-post fejn kienu qegħduh.[Mk:16:7] Imma morru għidu lid-dixxipli tiegħu, u lil Pietru, li hu sejjer fil-Galilija qabilkom; tarawh hemmhekk, kif kien qalilkom."[Mk:16:8] U huma ħarġu 'l barra u tbiegħdu b'ġirja waħda mill-qabar, għax kellhom rogħda fuqhom u baqgħu mbellhin bil-biża'.   U ma qalu xejn lil ħadd, għax beżgħu.

 

Ġesù jidher lil Marija ta' Magdala

 [Mk:16:9] Wara li qam mill-mewt fil-għodu kmieni fl-ewwel jum   tal-ġimgħa Ġesù deher l-ewwel lil Marija ta' Magdala, li minnha kien keċċa seba' xjaten.[Mk:16:10] Din marret tħabbar kollox lil sħabu, li kienu qalbhom sewda u jibku.[Mk:16:11] Imma dawn, meta semgħuha tgħid li hu kien ħaj u li ratu, ma emmnuhiex.  

Ġesù jidher lil żewġ dixxipli

 [Mk:16:12] Wara dan, wera ruħu taħt sura oħra lil tnejn minnhom huma u sejrin bil-mixi lejn ir-raba'.[Mk:16:13] U huma reġgħu lura u taw l-aħbar lill-oħrajn, imma anqas lil dawn ma emmnuhom. 

Ġesù jagħti l-missjoni lill-Appostli

[Mk:16:14] Fl-aħħar wera ruħu lill-Ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda, u ċanfarhom talli kienu nieqsa mill-fidi u hekk rashom iebsa li ma emmnux lil dawk li kienu rawh wara li qam mill-mewt.[Mk:16:15] U qalilhom: "Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu.[Mk:16:16] Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.[Mk:16:17] U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f'ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b'ilsna ġodda,[Mk:16:18] jaqbdu s-sriep b'idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu." 

It-tlugħ ta' Ġesù fis-sema

 [Mk:16:19] U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella'  fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta' Alla.[Mk:16:20] Huma mbagħad marru jippridkaw kullimkien; il-Mulej kien jaħdem magħhom u jwettaq  il-kelma bil-mirakli li kienu jsiru magħha.
 

L-EVANGELJU KOMPLUT TA' SAN MARK

                                      Ir-Rakkont Tal-Passjoni Skond San Mattew

Il-kapijiet jiftiehmu kontra Ġesù

[Mt:26:1] Meta temm dawn id-diskorsi kollha, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:[Mt:26:2] "Tafu li jumejn oħra jkun il-Għid, u Bin il-bniedem se jingħata biex isallbuh."[Mt:26:3] Mbagħad il-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu nġabru fil-palazz tal-qassis il-kbir, li kien jismu Kajfa,[Mt:26:4] u bdew jiftiehmu kif jaqbdu lil Ġesù bil-qerq ta' moħħhom u jagħtuh  il-mewt.[Mt:26:5] Iżda qalu: "Mhux fil-festa, li ma tinqalax xi rewwixta fil-poplu."

 

Ġesù midluk f'Betanja

[Mt:26:6] Ġesù kien Betanja, għand Xmun il-lebbruż.[Mt:26:7] U resqet lejh mara, b'vażett ta' l-alabastru biż-żejt ifuħ, jiswa ħafna, u ferrgħethulu fuq rasu xħin hu kien għadu fuq il-mejda.[Mt:26:8]    Id-dixxipli, kif raw dan, bdew jitmasħnu u jgħidu: "Dan il-ħala kollu għalfejn?[Mt:26:9] Dan sata' jġib prezz tajjeb u jingħata karità     lill-foqra."[Mt:26:10] Ġesù induna u qalilhom: "Għaliex qegħdin iddejjquha lil din il-mara? Ħaġa tajba għamlet miegħi.[Mt:26:11] Il-foqra ssibuhom dejjem magħkom, imma lili m'hux se ssibuni dejjem magħkom.[Mt:26:12] Jekk hija xerrdet din il-fwieħa fuq ġismi, dan għamlitu bi tħejjija għad-difna tiegħi.[Mt:26:13] Tassew, ngħidilkom, li kull fejn jixxandar dan l-Evanġelju fid-dinja kollha, li għamlet din jingħad ukoll, b'tifkira tagħha."

 

 

It-tradiment ta' Ġuda

 [Mt:26:14] Mbagħad wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar[Mt:26:15] u qalilhom: "Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f'idejkom?" U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas.[Mt:26:16] Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f'idejhom.

 Ġesù jagħmel l-ikla ta' l-Għid mad-dixxipli

 [Mt:26:17] Fl-ewwel jum ta' l-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: "Fejn tridna nħejjulek l-ikla ta' l-Għid?"[Mt:26:18] U hu qalilhom: "Morru l-belt għand it-tali, u għidulu, 'Qallek l-Imgħallem: Is-siegħa tiegħi waslet; jien se nagħmel l-ikla ta' l-Għid għandek mad-dixxipli tiegħi.'?"[Mt:26:19] Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù u ħejjew l-ikla ta' l-Għid.[Mt:26:20] Għall-ħin ta' filgħaxija qagħad fuq il-mejda flimkien mat-Tnax,[Mt:26:21] u waqt l-ikel qal: "Tassew ngħidilkom, li wieħed minnkom se jittradini."[Mt:26:22] Huma bdew isewwdu qalbhom ħafna u kull wieħed minnhom beda jsaqsih: "Jaqaw jien, Mulej?"[Mt:26:23] U Ġesù weġibhom: "Dak li jmidd idu u jbill il-ħobż fi platt wieħed miegħi, dak li se jittradini.[Mt:26:24] Bin il-bniedem imur kif hemm miktub fuqu imma ħażin għalih dak il-bniedem li permezz tiegħu Bin il-bniedem ikun mogħti f'idejn l-għedewwa! Kien ikun aħjar għalih dak il-bniedem li kieku ma twieled xejn?"[Mt:26:25] Qabeż Ġuda, dak li ttradieh, u qallu: "Jaqaw jien, Rabbi?" Wieġbu Ġesù: "Int qiegħed tgħidu."

Il-twaqqif ta' l-Ewkaristija

[Mt:26:26] Huma u jieklu, Ġesù ħa l-ħobż f'idejh, qal il-barka, qasmu, newwlu lid-dixxipli u qal: "Ħudu, kulu, dan hu ġismi."[Mt:26:27] Mbagħad ħa l-kalċi f'idejh, radd il-ħajr, newwlilhom il-kalċi u qal: "Ixorbu lkoll minnu,[Mt:26:28] għax dan huwa demmi, id-demm tal-Patt, li jixxerred għall-kotra għall-maħfra tad-dnubiet.[Mt:26:29] Ngħidilkom, li ma nerġax nixrob iżjed minn dan il-frott tad-dielja sa dakinhar li nixrob inbid ġdid magħkom fis-Saltna ta' Missieri."

 It-taħbira taċ-ċaħda ta' Pietru

 [Mt:26:30] Kantaw is-salmi u ħarġu lejn l-Għolja taż-Żebbuġ.[Mt:26:31] Mbagħad Ġesù qalilhom: "Lkoll kemm intom se titħawwdu minħabba fija f'dan il-lejl; għax hemm miktub,[Mt:26:32] Imma wara li nqum   mill-mewt, immur il-Galilija qabilkom."[Mt:26:33] Qabeż Pietru u qallu: "Jekk kulħadd jitħawwad minħabba fik, jiena ma nitħawwad qatt."[Mt:26:34] Qallu Ġesù: "Tassew, ngħidlek, li dal-lejl, qabel ma jidden is-serduk, int tkun ġa ċħadtni tliet darbiet."[Mt:26:35] Qallu Pietru: "Le, ma niċħdekx, anqas jekk ikolli mmut miegħek?" U d-dixxipli l-oħra wkoll, kulħadd qal l-istess.

 

Ġesù jitlob fil-Ġetsemani

[Mt:26:36] Mbagħad Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu wasal f'qasam, jgħidulu l-Ġetsemani, u qal lid-dixxipli: "Oqogħdu bilqiegħda hawn sakemm immur hemmhekk nitlob."[Mt:26:37] U ħa miegħu lil Pietru u    ż-żewġ ulied ta' Żebedew, u beda jsewwed qalbu u jiddejjaq.[Mt:26:38] Mbagħad qalilhom: "Għandi ruħi mnikkta għall-mewt; ibqgħu hawn u ishru miegħi."[Mt:26:39] Mexa kemmxejn 'il quddiem, nxteħet wiċċu    fl-art jitlob u jgħid: "Missier, jekk jista' jkun, biegħed minni dan il-kalċi! Imma mhux kif irrid jien, iżda kif trid int."[Mt:26:40] Ġie ħdejn id-dixxipli u sabhom reqdin; u qal lil Pietru: "Mela ma flaħtux tishru siegħa waħda miegħi?[Mt:26:41] Ishru u itolbu biex ma tidħlux fit-tiġrib. L-ispirtu, iva, irid; imma l-ġisem dgħajjef."[Mt:26:42] Għat-tieni darba raġa' mar jitlob u qal: "Missieri, jekk dan il-kalċi ma jistax jgħaddi mingħajr ma nixorbu, tkun magħmula r-rieda tiegħek."[Mt:26:43] Mill-ġdid ġie u sabhom reqdin, għax għajnejhom kienu tqal bin-ngħas.[Mt:26:44] Ħalliehom, u raġa' mar jitlob għat-tielet darba, u qal l-istess kliem.[Mt:26:45] Mbagħad ġie ħdejn id-dixxipli u qalilhom: "Issa se torqdu u tistrieħu? Ara, is-siegħa waslet, u Bin il-bniedem se jkun mogħti f'idejn     il-midinbin.[Mt:26:46] Qumu! Ejjew immorru! Araw, dak li se jittradini huwa fil-qrib?"

 Ġesù ttradut u arrestat

[Mt:26:47] Kif kien għadu jitkellem, ġie Ġuda, wieħed mit-Tnax, b'ġemgħa kbira ta' nies miegħu, armati bis-sjuf u l-bsaten, mibgħuta mill-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu.[Mt:26:48] Issa dak li kien se jittradih kien tahom sinjal u qalilhom: "Lil dak li nbus, dak hu: aqbduh."[Mt:26:49] U minnufih resaq fuq Ġesù u qallu: "Is-sliem għalik, Rabbi?" U biesu.[Mt:26:50] U Ġesù qallu: "Ħabib, għalhekk ġejt int?" Huma resqu lejh, meddew idejhom fuq Ġesù u qabduh.[Mt:26:51] Wieħed minn dawk li kienu ma' Ġesù ħareġ idu u silet is-sejf, darab lill-qaddej   tal-qassis il-kbir u qatagħlu widintu.[Mt:26:52] Mbagħad Ġesù qallu: "Erġa' daħħal sejfek f'postu għax kull min jaqbad is-sejf, bis-sejf jinqered.[Mt:26:53] Taħseb int li ma nistax nitlob lil Missieri u jibgħatli issa stess aktar minn tnax-il leġjun ta' anġli?[Mt:26:54] Iżda mbagħad kif isseħħ l-Iskrittura li tgħid li hekk għandu jsir?"[Mt:26:55] Fl-istess waqt Ġesù qal: "Qiskom ħriġtu għal xi ħalliel, armati bis-sjuf u l-bsaten biex taqbdu lili! Jien kuljum kont inkun bilqiegħda fit-tempju ngħallem, u ma żammejtunix."[Mt:26:56] Iżda dan kollu ġara biex isseħħ il-kitba  tal-profeti. Mbagħad id-dixxipli kollha telquh u ħarbu.

 Ġesù quddiem il-kunsill tas-Sinedriju

 [Mt:26:57] Dawk li qabdu lil Ġesù ħaduh quddiem Kajfa, il-qassis il-kbir, fejn ġa kienu nġabru l-kittieba u x-xjuħ.[Mt:26:58] Pietru kien baqa' miexi warajh mill-bogħod sal-palazz tal-qassis il-kbir; daħal ġewwa u qagħad bilqiegħda mal-qaddejja biex jara kif kienet se tintemm    il-biċċa.[Mt:26:59] Il-qassisin il-kbar u s-Sinedriju kollha bdew ifittxu xhieda foloz kontra Ġesù bil-ħsieb li jagħtuh il-mewt,[Mt:26:60] iżda għalkemm resqu bosta xhieda foloz, ma sabux fuqiex jixluh. Fl-aħħar resqu tnejn[Mt:26:61] u qalu: "Dan qal, 'Nista' nħott it-tempju ta' Alla u nerġa' nibnih fi tlitt ijiem.'?"[Mt:26:62] Il-qassis il-kbir qam u qallu: "Xejn ma twieġeb? X'inhuma jixhdu dawn kontra tiegħek?"[Mt:26:63] Imma Ġesù baqa' sieket. Mbagħad il-qassis il-kbir qabad u qallu: "Aħlifli fuq Alla l-ħaj u għidilna jekk intix il-Messija, Bin Alla."[Mt:26:64] Qallu Ġesù: "Inti qiegħed tgħidu. U ngħidilkom ukoll:[Mt:26:65] Mbagħad il-qassis il-kbir ċarrat ilbiesu u qal: "Din dagħwa! Xi ħtieġa għandna iżjed ta' xhieda? Ara, smajtuha issa d-dagħwa![Mt:26:66] X'jidhrilkom?" Huma weġbuh u qalu: "Ħaqqu l-mewt?"[Mt:26:67] Mbagħad beżqulu f'wiċċu u tawh    bil-ponn, u xi wħud tawh bil-ħarta[Mt:26:68] u qalulu: "Aqta' min tahielek, Messija, din id-daqqa?"

Pietru jiċħad lil Ġesù

 [Mt:26:69] Intant Pietru kien hemm barra bilqiegħda, fil-bitħa tal-palazz. U resqet fuqu waħda qaddejja u qaltlu: "Int ukoll kont ma' Ġesù tal-Galilija."[Mt:26:70] Imma hu ċaħad quddiem kulħadd u qal: "Anqas naf xi trid tgħid."[Mt:26:71] Mbagħad warrab lejn il-bieb, lemħitu qaddejja oħra u qalet lil dawk li kienu hemm: "Dan kien ma' Ġesù ta' Nazaret."[Mt:26:72] U raġa' ċaħad u ħalef: "Jien ma nafux lil dan    il-bniedem?"[Mt:26:73] Wara ftit dawk l-istess nies resqu lejn Pietru u qalulu: "Tassew, int ukoll wieħed minnhom, għax għandek il-kisra ta' kliemek tikxfek."[Mt:26:74] Mbagħad qabad jisħet lilu nnifsu u jaħlef:  "Le, ma nafux lil dan il-bniedem?" U minnufih is-serduk idden.[Mt:26:75] U Pietru ftakar fil-kliem ta' Ġesù meta qallu li 'Qabel ma s-serduk jidden, int tkun ġa ċħadtni tliet darbiet.' U ħareġ 'il barra jibki biki ta' qsim    il-qalb.

 Ġesù quddiem Pilatu

 [Mt:27:1] L-għada fil-għodu l-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu ftiehmu lkoll bejniethom biex lil Ġesù jaqtgħuhielu għall-mewt.[Mt:27:2] Rabtuh u ħaduh magħhom biex jagħtuh f'idejn Pilatu, il-gvernatur.

Il-mewt ta' Ġuda

 [Mt:27:3] Mbagħad Ġuda, it-traditur, meta ra li Ġesù kien ikkundannat, nidem u mar bit-tletin biċċa tal-fidda għand il-qassisin il-kbar u x-xjuħ biex jerġa' jagħtihomlhom lura;[Mt:27:4] u qalilhom: "Dnibt, għax ittradejt demm bla ħtija?" Iżda huma qalulu: 'Aħna din x'inhi affari tagħna? Dak arah int?"[Mt:27:5] Hu waddab il-flus fis-santwarju, telaq u mar tgħallaq.[Mt:27:6] Mbagħad il-qassisin il-kbar ġabru l-flus minn hemm u qalu: "Dawn ma nistgħux inqegħduhom ma' l-offerti, għax huma prezz tad-demm."[Mt:27:7] Ftiehmu bejniethom, u b'dawk il-flus xtraw  l-Għalqa ta' Ħaddiem il-Fuħħar, biex fiha jidfnu l-barranin.[Mt:27:8] Kien għalhekk li dik l-għalqa ssemmiet l-Għalqa tad-Demm, u hekk għadha magħrufa sa llum.[Mt:27:9] Mbagħad seħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Ġeremija meta qal: 'U ħadu t-tletin biċċa tal-fidda, il-prezz ta' dak li kien stmat bil-prezz mogħti minn ulied Iżrael,[Mt:27:10] u tawhom għall-għalqa ta' ħaddiem il-fuħħar, kif ikkmandani l-Mulej.'

Pilatu jistaqsi lil Ġesù

[Mt:27:11] Ġesù waqaf quddiem il-gvernatur; u dan staqsieh: "Int   is-sultan tal-Lhud?" U Ġesù wieġbu: "Inti qiegħed tgħidu."[Mt:27:12] Iżda meta l-qassisin il-kbar u x-xjuħ bdew jakkużawh, hu ma wieġeb xejn.[Mt:27:13] Għalhekk Pilatu qallu: "M'intix tisma' kemm ħwejjeġ qegħdin jixhdu kontra tiegħek?"[Mt:27:14] Iżda hu anqas għal akkuża waħda ma wieġeb, hekk li l-gvernatur baqa' mistagħġeb ħafna.

 Ġesù kkundannat għall-mewt

 [Mt:27:15] Nhar ta' festa l-gvernatur kien soltu jitlaq wieħed ħabsi, lil min iridu huma.[Mt:27:16] Dik il-ħabta kellhom wieħed ħabsi magħruf, jismu Barabba.[Mt:27:17] Mela kif kienu miġbura, Pilatu qalilhom: "Lil min triduni nitilqilkom, lil Barabba jew lil Ġesù li jgħidulu  l-Messija?"[Mt:27:18] Għax hu kien jaf li kienet l-għira li ġagħlithom jagħtuh lil Ġesù f'idejh.[Mt:27:19] Issa waqt li kien bilqiegħda fuq   is-siġġu tat-tribunal, martu bagħtet tgħidlu: "Qis li ma jkollokx x'taqsam ma' dan ir-raġel ġust, għax illum minħabba fih batejt ħafna fil-ħolm."[Mt:27:20] Iżda l-qassisin il-kbar u x-xjuħ ġiegħlu l-poplu jitolbuh lil Barabba u jeqirdu 'l Ġesù.[Mt:27:21] Il-gvernatur, mela, raġa' staqsiehom: "Lil min triduni nitilqilkom minnhom it-tnejn?""Lil Barabba."[Mt:27:22] Qalilhom Pilatu: "U x'nagħmel b'Ġesù li jgħidulu    l-Messija?" Weġbuh ilkoll: "Sallbu!'[Mt:27:23] Hu staqsiehom: "Imma x'għamel ħażin?" Huma aktar bdew jgħajjtu u jgħidu: "Sallbu?"[Mt:27:24] Meta mbagħad Pilatu ra li kollox kien għal xejn, anzi li aktarx kienet se tinqala' xi rewwixta, qabad, ħasel idejh fl-ilma quddiem il-poplu u qal: "Jien m'iniex ħati ta' dan id-demm: dan arawh intom?"[Mt:27:25] U    l-poplu kollu qabeż u qal: "Demmu fuqna u fuq uliedna?"[Mt:27:26] Mbagħad telqilhom lil Barabba, u lil Ġesù, wara li tah is-swat, tahulhom biex isallbuh.

 Is-suldati jżebilħu lil Ġesù

 [Mt:27:27] Mbagħad is-suldati tal-gvernatur ħadu lil Ġesù fil-Pretorju, u ġabru quddiemu lil sħabhom kollha.[Mt:27:28] Neżżgħuh, u xeħtulu fuqu mantar aħmar skur;[Mt:27:29] qegħdulu fuq rasu kuruna minsuġa   mix-xewk u qasba f'idu l-leminija, nxteħtu għarkubbtejhom quddiemu, u qagħdu jiddieħku bih u jgħidulu: "Is-sliem għalik, sultan    tal-Lhud?"[Mt:27:30] Beżqu fuqu, u ħadulu l-qasba minn idu u bdew jagħtuh biha fuq rasu.[Mt:27:31] Mbagħad, wara li għaddewh biż-żufjett, neżżgħulu l-mantar u xeddewlu ħwejġu.

 Ġesù msallab

 [Mt:27:32] Huma u sejrin sabu raġel minn Ċireni, jismu Xmun, u ġagħluh jerfagħlu s-salib.[Mt:27:33] Meta waslu f'post jgħidulu Golgota, jiġifieri post il-Qorriegħa,[Mt:27:34] tawh jixrob inbid b'taħlita morra; hu daqu, imma ma riedx jixorbu.[Mt:27:35] Mbagħad sallbuh, u qassmu ħwejġu bejniethom billi tellgħuhom bix-xorti,[Mt:27:36] u nxteħtu bilqiegħda u qagħdu hemm għassa tiegħu.[Mt:27:37] U qegħdulu fuq rasu l-kawża tal-kundanna tiegħu, li kienet tgħid hekk, 'Dan hu Ġesù, is-sultan   tal-Lhud.'[Mt:27:38] Mbagħad miegħu sallbu żewġ ħallelin, wieħed fuq  il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug.[Mt:27:39] Dawk li kienu għaddejjin bdew jgħajjruh iċaqilqu rashom[Mt:27:40] u jgħidu: "Int li tħott it-tempju u fi tlitt ijiem terġa' tibnih, salva lilek innifsek jekk int l-Iben ta' Alla, u inżel minn fuq is-salib?"[Mt:27:41] Hekk ukoll il-qassisin il-kbar bdew jiddieħku bih mal-kittieba u x-xjuħ u jgħidu:[Mt:27:42] "Salva oħrajn, lilu nnifsu ma jistax isalva! Hu s-sultan ta' Iżrael! Ħa jinżel issa minn fuq    is-salib u nemmnu fih![Mt:27:43] Hu jafda f'Alla; ħa jeħilsu issa, jekk iħobbu! Għax hu qal, 'Jiena Bin Alla.'?"[Mt:27:44] U bl-istess mod bdew imaqdruh ukoll il-ħallelin li kienu msallbin miegħu.

 Il-mewt ta' Ġesù

 [Mt:27:45] Mis-sitt siegħa 'l quddiem waqgħet dalma kbira fuq il-pajjiż kollu sad-disa' siegħa.[Mt:27:46] U madwar id-disa' siegħa Ġesù għajjat b'leħen qawwi u qal: "Eli, Eli, lema sabaqtani?" Jiġifieri, 'Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?'[Mt:27:47] Xi wħud minn dawk li kienu hemm, kif semgħuh, qalu: "Lil Elija qiegħed isejjaħ dan?"[Mt:27:48] U minnufih wieħed minnhom mar jiġri, qabad sponża mimlija bil-ħall, waħħalha f'tarf ta' qasba u tah jixrob,[Mt:27:49] waqt li l-oħrajn qalu: "Stenna, ħa naraw jiġix Elija jsalvah?"[Mt:27:50] Imma Ġesù reġa' għajjat għajta kbira u radd ruħu.[Mt:27:51] U ara, il-purtiera tas-santwarju ċċarrtet fi tnejn minn fuq s'isfel; l-art theżhżet, il-blat inqasam,[Mt:27:52] u l-oqbra nfetħu, u qamu ħafna iġsma ta' qaddisin li kienu mietu,[Mt:27:53] li ħarġu  mill-oqbra u wara l-qawmien tiegħu daħlu fil-Belt imqaddsa u dehru lil bosta nies.[Mt:27:54] Iċ-ċenturjun u dawk li kienu miegħu għassa ta' Ġesù, kif raw l-art titheżheż u jiġri dak kollu, mtlew b'biża' li ma bħalu u qalu: "Dan kien tassew Bin Alla?"[Mt:27:55] Hemmhekk kien hemm ħafna nisa jħarsu mill-bogħod, dawk stess li kienu mxew wara Ġesù biex jaqduh sa minn meta kien għadu fil-Galilija:[Mt:27:56] fosthom kien hemm Marija ta' Magdala, Marija omm Ġakbu u Ġużeppi u omm ulied Żebedew.

 

Id-difna ta' Ġesù

 [Mt:27:57] Xħin sar fil-għaxija, ġie raġel għani, minn Arimatija, jismu Ġużeppi, li hu wkoll kien sar dixxiplu ta' Ġesù;[Mt:27:58] mar għand Pilatu u talbu l-ġisem ta' Ġesù. Mbagħad Pilatu ordna li jingħatalu.[Mt:27:59] Ġużeppi ħa l-ġisem u keffnu f'liżar nadif,[Mt:27:60] qiegħdu fil-qabar ġdid tiegħu li kien ħaffer fil-blat, gerbeb ġebla kbira fid-daħla tal-qabar, u telaq.[Mt:27:61] Iżda Marija ta' Magdala u Marija  l-oħra baqgħu hemm bilqiegħda biswit il-qabar.

 L-għassa mal-qabar

 [Mt:27:62] L-għada, jiġifieri meta għadda Jum it-Tħejjija, il-qassisin     il-kbar u l-Fariżej inġabru għand Pilatu[Mt:27:63] u qalulu: "Sinjur, aħna ftakarna li dan il-bniedem qarrieq, meta kien għadu ħaj, qal, 'Wara tlitt ijiem inqum.'[Mt:27:64] Mela ordna li l-qabar ikun imħares tajjeb   sat-tielet jum, li ma jmorrux jiġu d-dixxipli tiegħu jisirquh, u jgħidu    lill-poplu, 'Qam mill-imwiet,' u hekk il-qerq ta' l-aħħar ikun agħar minn ta' l-ewwel."[Mt:27:65] Qalilhom Pilatu: "Għandkom l-għassa; morru ħarsuh tajjeb kif tafu."[Mt:27:66] U huma marru jissiġillaw il-ġebla biex il-qabar jibqa' mħares sewwa, u ħallew ukoll l-għassa miegħu.

Il-qawmien ta' Ġesù mill-imwiet

 [Mt:28:1] Meta għadda s-Sibt, maż-żerniq ta' l-ewwel jum tal-ġimgħa, Marija ta' Magdala u Marija l-oħra marru jaraw il-qabar.[Mt:28:2] U ara, nħasset theżhiża kbira għax niżel anġlu tal-Mulej mis-sema, u resaq igerbeb il-ġebla u qagħad bilqiegħda fuqha.[Mt:28:3] Id-dehra tiegħu kienet bħal berqa; lbiesu abjad bħas-silġ.[Mt:28:4] Bil-biża' tiegħu   l-għassiesa qabdithom rogħda u saru qishom mejtin.[Mt:28:5] Iżda   l-anġlu qabad u qal lin-nisa: "Tibżgħu xejn intom għax jiena naf li qegħdin tfittxu lil Ġesù li kien imsallab.[Mt:28:6] M'huwiex hawn, għaliex qam, kif kien qal. Ejjew araw il-post fejn kien qiegħed.[Mt:28:7] U morru malajr għidu lid-dixxipli tiegħu li hu qam mill-imwiet. U araw, huwa sejjer il-Galilija qabilkom: tarawh hemmhekk. Araw, għedtulkom."[Mt:28:8] Dawk telqu malajr minn ħdejn il-qabar, kollhom biża' u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu.[Mt:28:9] U ara, ltaqa' magħhom Ġesù u qalilhom: "Is-sliem għalikom." Huma resqu lejh, qabdulu riġlejh u nxteħtu quddiemu.[Mt:28:10] Mbagħad Ġesù qalilhom: "Tibżgħu xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn   il-Galilija; lili jarawni hemmhekk."

 L-għases jagħtu l-aħbar tal-ġrajja

 [Mt:28:11] Huma u sejrin, xi wħud mill-għases marru l-belt għand   il-qassisin il-kbar u tawhom l-aħbar ta' kull ma kien ġara.[Mt:28:12] Dawn inġabru flimkien max-xjuħ, ftiehmu bejniethom, u taw lis-suldati kemxa flus ġmielha[Mt:28:13] u qalulhom: "Għidu hekk, 'Ġew id-dixxipli tiegħu billejl u serquh waqt li konna reqdin.'[Mt:28:14] U jekk   il-gvernatur jisma' b'dan, aħna nġagħluh jemmen, u lilkom neħilsukom minn kull inkwiet."[Mt:28:15] Dawk ħadu l-flus u għamlu kif qalulhom.     U din il-biċċa xterdet hekk fost il-Lhud sal-ġurnata ta' llum.

 Ġesù jagħti l-missjoni lill-appostli

[Mt:28:16] Il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq   il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù.[Mt:28:17] Kif rawh, nxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw.[Mt:28:18] Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: "Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u  fl-art.[Mt:28:19] Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu      s-Santu,[Mt:28:20] u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien.  U ara, jiena magħkom dejjem, sa l-aħħar taż-żmien."

L-EVANGELJU KOMPLUT TA' SAN MATTEW

 

 L-EVANGELJU KOMPLUT  TA'  SAN MATTEW

                                         Ir-Rakkont Tal-Passjoni Skond San Luqa

Ftehim kontra Ġesù

 [Lq:22:1] Kienet riesqa l-festa ta' l-Ażżmi, jiġifieri l-Għid.[Lq:22:2]  Il-qassisin il-kbar u l-kittieba, billi kienu jibżgħu mill-poplu, bdew ifittxu l-mod kif joqtlu lil Ġesù.[Lq:22:3] Imma x-Xitan daħal f'Ġuda, jgħidulu  l-Iskarjota, li kien wieħed mit-Tnax,[Lq:22:4] u dan mar jiftiehem    mal-qassisin il-kbar u l-uffiċjali tat-tempju dwar il-mod kif jagħtihom lil Ġesù f'idejhom.[Lq:22:5] Huma ferħu ħafna, u ftiehmu miegħu li jagħtuh xi flus.[Lq:22:6] U hu tahom kelmtu, u beda jara jsibx okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f'idejhom bil-moħbi tal-poplu.

 Ġesù jħejji għall-ikla ta' l-Għid

 [Lq:22:7] U wasal jum l-Ażżmi, il-jum li fih kien ikollhom jissagrifikaw   il-ħaruf ta' l-Għid.[Lq:22:8] Ġesù bagħat lil Pietru u 'l Ġwanni u qalilhom: "Morru ħejjulna l-ikla ta' l-Għid ħalli nieklu l-ħaruf."[Lq:22:9] "Fejn tridna nħejju?" staqsewh.[Lq:22:10] "Araw?" qalilhom: "Intom u deħlin il-belt jiltaqa' magħkom raġel iġorr ġarra ilma. Morru warajh sa ġod-dar fejn jidħol,[Lq:22:11] u għidu lil sid dik id-dar: 'Qallek l-Imgħallem: Fejn hi l-kamra ta' l-ikel li fiha nista' niekol l-ikla ta' l-Għid mad-dixxipli tiegħi?'[Lq:22:12] U dak jurikom kamra kbira fuq, mgħammra b'kollox. Ħejju hemmhekk."[Lq:22:13] Marru, u sabu kollox kif kien qalilhom; u ħejjew l-ikla ta' l-Għid.

It-twaqqif ta' l-Ewkaristija

[Lq:22:14] Meta sar il-ħin, qagħad fuq il-mejda flimkien ma'   l-appostli.[Lq:22:15] U Ġesù qalilhom: "Kelli xewqa kbira li nagħmel din l-ikla ta' l-Għid magħkom qabel ma nbati![Lq:22:16] Għaliex, ngħidilkom, din l-ikla m'iniex se nagħmilha iżjed sa ma tkun seħħet għalkollox   fis-Saltna ta' Alla."[Lq:22:17] U qabad kalċi, radd il-ħajr u qal: "Ħudu dan il-kalċi u aqsmuh bejnietkom.[Lq:22:18] Għaliex, ngħidilkom, minn issa  'l quddiem ma nixrobx iżjed mill-frott tad-dielja sa ma tiġi s-Saltna ta' Alla."[Lq:22:19] Mbagħad ħa l-ħobż, radd il-ħajr, qasmu, newwilhulhom u qal: "Dan hu ġismi li jingħata għalikom; agħmlu dan b'tifkira tiegħi."[Lq:22:20] Hekk ukoll wara l-ikla ħa l-kalċi u qal: "Dan il-kalċi huwa l-Patt il-Ġdid b'demmi, id-demm li jixxerred għalikom.[Lq:22:21] Imma, araw, id dak li se jittradini qiegħda miegħi fuq il-mejda.[Lq:22:22] Għax tassew li Bin il-bniedem imur, kif hemm maqtugħ, imma ħażin għalih dak il-bniedem li jittradih?"[Lq:22:23] Huma għalhekk bdew jistaqsu lil xulxin min minnhom kien se jagħmel dan. 

Min hu l-akbar fis-Saltna ta' Alla

[Lq:22:24] Nqalgħet ukoll kwistjoni bejniethom dwar min minnhom kellu jinżamm bħala l-akbar wieħed.[Lq:22:25] Imma hu qalilhom: "Fost  il-pagani s-slaten jaħkmu fuq in-nies, u dawk li jħaddmu s-setgħa fuqhom isejjħulhom benefatturi.[Lq:22:26] Intom mhux hekk, imma l-akbar fostkom għandu jġib ruħu ta' l-iżgħar wieħed, u min hu fuq  l-oħrajn iġib ruħu ta' qaddej.[Lq:22:27] Għax min hu l-akbar, dak li jkun fuq il-mejda, jew dak li jkun qiegħed jaqdi? M'hux dak li jkun fuq  il-mejda? Imma jien qiegħed fostkom nagħmilha ta' qaddej.[Lq:22:28] Intom, mbagħad, intom dawk li żammejtu sħiħ miegħi fit-tiġrib kollu li ġie fuqi;[Lq:22:29] u bħalma Missieri ħejja saltna għalija, hekk ukoll jiena nħejji għalikom,[Lq:22:30] biex tieklu u tixorbu fuq il-mejda miegħi f'saltnati, u toqogħdu fuq tronijiet biex tagħmlu ħaqq mit-tnax-il tribù ta' Iżrael.

It-taħbira taċ-ċaħda ta' Pietru

[Lq:22:31] "Xmun! Xmun! Ara, ix-Xitan riedkom f'idejh biex jgħaddikom mill-għarbiel bħall-qamħ;[Lq:22:32] imma jiena tlabt għalik, biex il-fidi tiegħek ma tiġix nieqsa. Inti mbagħad, meta terġa' lura għas-sewwa, wettaq lil ħutek."[Lq:22:33] Qallu Xmun: "Mulej, jiena lest li miegħek niġi saħansitra l-ħabs, lest li nieħu l-mewt ukoll."[Lq:22:34] Imma Ġesù qallu: "Ngħidlek, Pietru, li llum, qabel ma jidden is-serduk, tkun ċħadt għal tliet darbiet li inti tafni?"

Twissija ta' Ġesù

[Lq:22:35] Mbagħad qalilhom: "Naqsitkom xi ħaġa meta bgħattkom bla borża u bla ħorġa u bla qorq?""Ma naqasna xejn?" weġbuh.[Lq:22:36] "Imma issa?" qalilhom,"min għandu borża jqis li jeħodha miegħu, u min għandu ħorġa wkoll; u min ma għandux sejf, ibigħ il-libsa ta' fuqu u jixtri wieħed.[Lq:22:37] Għaliex ngħidilkom, jeħtieġ li jseħħ fija dak li hemm miktub, jiġifieri, 'li kien magħdud mal-ħżiena'. Tabilħaqq, dak li hemm miktub fuqi jseħħ."[Lq:22:38] "Mulej?" qalulu,"ara, hawn żewġt isjuf hawnhekk.""Biżżejjed?" qalilhom.

Ġesù jitlob fuq l-Għolja taż-Żebbuġ

[Lq:22:39] Mbagħad ħareġ u mar bħas-soltu fuq l-Għolja taż-Żebbuġ, u d-dixxipli wkoll marru miegħu.[Lq:22:40] Kif wasal hemmhekk qalilhom: "Itolbu li ma tidħlux fit-tiġrib."[Lq:22:41] Mbagħad tbiegħed minnhom daqs tefgħa ta' ġebla, u nxteħet għarkubbtejh jitlob[Lq:22:42] u jgħid: "Missier, jekk inti trid, warrab minni dan il-kalċi! Iżda tkun magħmula  r-rieda tiegħek, u mhux tiegħi."[Lq:22:43] Deherlu anġlu mis-sema biex jagħmillu l-qalb,[Lq:22:44] imma hu ħass dwejjaq tal-mewt fuqu u beda jitlob b'ħerqa akbar. L-għaraq sarlu bħal qtar tad-demm iċarċar sa    l-art.[Lq:22:45] Mbagħad qam mit-talb, mar ħdejn id-dixxipli u sabhom reqdin minħabba s-swied ta' qalb.[Lq:22:46] "Kif?" qalilhom"Irqadtu? Qumu u itolbu biex ma tidħlux fit-tiġrib?"

 

 

Ġesù ttradut u arrestat

[Lq:22:47] Kif kien għadu jitkellem, waslet ġemgħa nies. Quddiem kien hemm dak li jismu Ġuda, wieħed mit-Tnax, u dan resaq lejn Ġesù biex ibusu.[Lq:22:48] Imma Ġesù qallu: "Bewsa għażilt, Ġuda, biex tittradih lil Bin il-bniedem?"[Lq:22:49] Dawk ta' madwaru, meta raw x'kien ġej, qalulu: "Mulej, tridx nagħtu bis-sejf?"[Lq:22:50] U wieħed minnhom ta daqqa ta' sejf lill-qaddej tal-qassis il-kbir u qatagħlu barra widintu  l-leminija.[Lq:22:51] Imma Ġesù qal: "Ieqfu! Biżżejjed?" U messlu widintu u fejjqu.[Lq:22:52] Mbagħad Ġesù qal lill-qassisin il-kbar, lill-uffiċjali tat-tempju u lix-xjuħ li ġew għalih: "Qiskom ħriġtu għal xi ħalliel, armati bis-sjuf u l-bsaten![Lq:22:53] Meta kont inkun magħkom kuljum   fit-tempju, ma meddejtux idejkom fuqi. Imma din hi s-siegħa tagħkom u s-setgħa tad-dlamijiet?"

 

 

Pietru jiċħad lil Ġesù

[Lq:22:54] Mbagħad qabdu lil Ġesù u ħaduh magħhom, u daħħluh  fil-palazz tal-qassis il-kbir. Pietru baqa' miexi warajhom   mill-bogħod.[Lq:22:55] Meta mbagħad qabbdu n-nar f'nofs il-bitħa u nxteħtu bilqiegħda madwaru, Pietru mar qagħad bilqiegħda f'nofshom.[Lq:22:56] Imma kif kien hemm bilqiegħda maġenb in-nar, ratu waħda qaddejja, waħħlet għajnejha fuqu u qalet: "Dan ukoll kien miegħu?"[Lq:22:57] Iżda hu ċaħad u qalilha: "Mara, anqas biss nafu?"[Lq:22:58] Wara ftit rah xi ħaddieħor, u qallu: "Int ukoll wieħed minnhom." Imma Pietru wieġbu: "Le, sieħeb, m'iniex?"[Lq:22:59] Għaddiet xi siegħa u raġa' kien hemm ieħor li beda jisħaq u jgħid: "Iva, tassew, dan ukoll kien miegħu, għax dan ukoll mill-Galilija."[Lq:22:60] Iżda Pietru qallu: "Ma nafx x'inti tgħid, sieħeb." U minnufih, kif kien għadu jitkellem, is-serduk idden.[Lq:22:61] U l-Mulej dar u ħares lejn Pietru; u Pietru ftakar fil-kelma li l-Mulej kien qallu, 'Illum, qabel ma jidden is-serduk, inti tkun ġa ċħadtni tliet darbiet.'[Lq:22:62] U ħareġ 'il barra jibki b'qalbu maqsuma.

Ġesù mżeblaħ u msawwat

[Lq:22:63] L-irġiel li kienu qegħdin iżommu lil Ġesù bdew jgħadduh  biż-żufjett u jsawwtuh,[Lq:22:64] u għattewlu wiċċu u bdew jistaqsuh u jgħidulu: "Aqta' min tahielek din id-daqqa?"[Lq:22:65] U qagħdu jgħajjruh b'ħafna kliem ieħor.

 Ġesù quddiem is-Sinedriju

[Lq:22:66] Meta sebaħ, ltaqgħet il-ġemgħa tax-xjuħ tal-poplu,  il-qassisin il-kbar u l-kittieba, u ħadu lil Ġesù quddiem is-Sinedriju tagħhom.[Lq:22:67] U qalulu: "Jekk inti l-Messija, għidilna." Iżda hu weġibhom: "Jekk ngħidilkom, ma temmnux;[Lq:22:68] jekk nistaqsikom, ma tweġbux.[Lq:22:69]

Imma minn issa 'l quddiem Bin il-bniedem ikun bilqiegħda n-naħa tal-lemin ta' Alla li jista' kollox."[Lq:22:70] U lkoll qalulu: "Inti mela l-Iben ta' Alla?""Intom stess qegħdin tgħiduh?" qalilhom,"Iva, jien."[Lq:22:71] "Xi ħtieġa għandna iżjed ta' xhieda?" qalu huma,"Għax smajnieha aħna minn fommu stess?"

 

 

 

Ġesù quddiem Pilatu

[Lq:23:1] Mbagħad qamet il-ġemgħa kollha u ħaduh għand Pilatu.[Lq:23:2] U bdew jakkużawh u jgħidu: "Aħna sibna li dan   il-bniedem qiegħed ixewwex lill-ġens tagħna, li m'huwiex iħalli lil min iħallas it-taxxa lil Ċesari, u li qiegħed jgħid li hu l-Messija Sultan."[Lq:23:3] Pilatu staqsieh u qallu: "Inti s-sultan tal-Lhud?" U hu wieġbu: "Inti qiegħed tgħidu."[Lq:23:4] Pilatu qal lill-qassisin il-kbar u lill-kotra tan-nies: "Ebda ħtija ma nsib f'dan il-bniedem."[Lq:23:5] Iżda huma baqgħu jinsistu u jgħidu: "Qiegħed ixewwex lill-poplu, u jgħallem fil-Lhudija kollha, ibda mill-Galilija sa hawnhekk stess."

Ġesù quddiem Erodi

[Lq:23:6] Kif sama' dan, Pilatu staqsa jekk dak ir-raġel kienx  mill-Galilija,[Lq:23:7] u meta sar jaf li hu kien min-naħa li kien jagħmel minnha Erodi, bagħtu quddiemu, għax f'dawk il-jiem Erodi wkoll kien Ġerusalemm.[Lq:23:8] Erodi feraħ ħafna meta ra lil Ġesù, għax minn dak li kien sama' fuqu kien ilu żmien jixtieq jarah, bit-tama li jara li jagħmel xi sinjal.[Lq:23:9] U għamillu bosta mistoqsijiet, imma Ġesù ma wieġbu xejn.[Lq:23:10] Il-qassisin il-kbar u l-kittieba, b'saħna kbira fuqhom, qagħdu jakkużawh.[Lq:23:11] Imma Erodi, flimkien mas-suldati tiegħu, beda jżebilħu u jgħaddih biż-żufjett, libbsu libsa ta' kulur ilellex u raġa' bagħtu quddiem Pilatu.[Lq:23:12] Issa Erodi u Pilatu fl-imgħoddi kellhom għal xulxin, imma dak in-nhar saru ħbieb.

Ġesù kkundannat għall-mewt

[Lq:23:13] Pilatu sejjaħ flimkien il-qassisin il-kbar, il-kapijiet, u    l-poplu.[Lq:23:14] u qalilhom: "Ġibtuli quddiemi lil dan il-bniedem bħala wieħed li qiegħed ixewwex lill-poplu. Ara, jiena stħarriġtu quddiemkom fuq l-akkużi li qegħdin iġġibu kontra tiegħu, u ma sibt ebda ħtija fih.[Lq:23:15] U anqas Erodi ma sab, għax raġa' bagħtu quddiemna. Qegħdin taraw, mela, li ma għamel xejn li ħaqqu l-mewt.[Lq:23:16] Għalhekk nagħtih is-swat u nitilqu."[Lq:23:18] Iżda huma qabdu jgħajjtu lkoll f'daqqa: "Agħtih il-mewt lil dan! Itilqilna 'l Barabba?"[Lq:23:19] Dan Barabba kienu tefgħuh il-ħabs minħabba rewwixta li kienet qamet fil-belt għax kien qatel.[Lq:23:20] Pilatu, billi ried jitlaq lil Ġesù, għolla leħnu u raġa' kellimhom;[Lq:23:21] iżda huma qabdu jgħajjtu aktar minnu u jgħidu: "Sallbu! Sallbu?"[Lq:23:22] Għat-tielet darba qalilhom: "Imma dan x'għamel ħażin? Ma sibt fih ebda ħtija li ħaqqha l-mewt. Mela nagħtih is-swat u nitilqu."[Lq:23:23] Iżda huma b'ħafna għajat baqgħu jinsistu u jitolbu li jkun imsallab, sakemm fl-aħħar għaddiet tagħhom.[Lq:23:24] Għalhekk Pilatu qatagħha li jsir kif talbu huma.[Lq:23:25] Telqilhom lil min talbu, jiġifieri lil dak li kien mitfugħ il-ħabs minħabba rewwixta u qtil, u lil Ġesù tahulhom bħalma xtaqu. 

Ġesù msallab

[Lq:23:26] Huma u sejrin bih, qabdu wieħed, jismu Xmun, minn Ċireni, li kien ġej lura mir-raba', u għabbewh bis-salib biex iġorru wara Ġesù.[Lq:23:27] Kotra kbira ta' nies kienet miexja warajh; fosthom kien hemm xi nisa li bdew iħabbtu fuq sidirhom u jibkuh.[Lq:23:28] Imma Ġesù dar lejhom u qalilhom: "Nisa ta' Ġerusalemm, mhux lili ibku, iżda ibku lilkom infuskom u lil uliedkom.[Lq:23:29] Għax, araw, għad jiġi żmien meta jgħidu, 'Hienja dik li ma għandhiex tfal, hieni l-ġuf li qatt ma wiled u s-sider li qatt ma redda'![Lq:23:30] Mbagħad jibdew jgħidu   lill-muntanji, 'Aqgħu fuqna!', u lill-għoljiet, 'Ordmuna!'[Lq:23:31] Għax jekk dan kollu qegħdin jagħmluh liz-zokk meta għadu aħdar, mela xi jsir minnu meta jinxef?"[Lq:23:32] Kien hemm ukoll tnejn oħra, żewġt irġiel ħatja, li ħaduhom għall-mewt miegħu.[Lq:23:33] Meta waslu fil-post jgħidulu l-Qorriegħa, sallbuhom hemm, lilu u lill-ħatja, wieħed fuq   il-lemin tiegħu u l-ieħor fuq ix-xellug.[Lq:23:34] U Ġesù qal: "Missier, aħfrilhom, għax ma jafux x'inhuma jagħmlu." Mbagħad tellgħu x-xorti u qassmu ħwejġu bejniethom.[Lq:23:35] Il-poplu waqaf hemm, iħares, waqt li l-kapijiet bdew jiddieħku b'Ġesù u jgħidu: "Salva lil oħrajn; ħa jsalva lilu nnifsu jekk dan hu l-Messija, il-Maħtur ta' Alla?"[Lq:23:36] Is-suldati wkoll bdew jgħadduh biż-żmien; u resqu lejh, newwlulu nbid qares[Lq:23:37] u qalulu: "Jekk inti s-sultan tal-Lhud salva lilek innifsek?"[Lq:23:38] Fuq rasu kien hemm ukoll kitba li kienet tgħid, 'Dan huwa s-sultan tal-Lhud.'[Lq:23:39] Wieħed mill-ħatjin li kienu msallbin miegħu beda jgħajjru u jgħidlu: "Int m'intix il-Messija? Salva lilek innifsek u lilna."[Lq:23:40] Imma qabeż l-ieħor, ċanfru u qallu: "Anqas minn Alla int ma tibża' , int li qiegħed taħt l-istess kundanna?[Lq:23:41] Tagħna hija ġusta, tassew, għax qegħdin nieħdu li ħaqqna ta' kull ma għamilna; imma dan ma għamel xejn ħażin."[Lq:23:42] Mbagħad qal: "Ġesù, ftakar fija meta tidħol fis-Saltna tiegħek."[Lq:23:43] U Ġesù wieġbu: "Tassew ngħidlek, illum tkun fil-Ġenna miegħi."

Il-mewt ta' Ġesù

[Lq:23:44] Għall-ħabta tas-sitt siegħa waqgħet dalma kbira fuq il-pajjiż kollu sad-disa' siegħa,[Lq:23:45] għax ix-xemx iddallmet. Il-velu   tas-santwarju ċċarrat min-nofs.[Lq:23:46] Mbagħad Ġesù għajjat għajta kbira u qal: "Missier, f'idejk jien nerħi ruħi." U kif qal hekk, ħarġet ruħu.[Lq:23:47] Iċ-ċenturjun, meta ra x'ġara, beda jfaħħar lil Alla u jgħid: "Tassew li dan bniedem ġust?"[Lq:23:48] U n-nies kollha li kienu nġabru hemm biex jaraw, meta raw dawn il-ġrajja, reġgħu lura jħabbtu fuq sidirhom.[Lq:23:49] Dawk kollha li kienu jafuh qagħdu jaraw kollox  mill-bogħod; hekk ukoll xi nisa li kienu ġew warajh sa minn meta kien għadu fil-Galilija. 

Id-difna ta' Ġesù 

[Lq:23:50] U kien hemm wieħed jismu Ġużeppi, membru tal-Kunsill, imma raġel tajjeb u ġust,[Lq:23:51] li ma kienx qabel mal-membri l-oħra f'dak li riedu u f'dak li għamlu. Kien minn Arimatija, belt tal-Lhudija, u kien jistenna s-Saltna ta' Alla.[Lq:23:52] Dan mar għand Pilatu u talbu  l-ġisem ta' Ġesù;[Lq:23:53] niżżlu mis-salib, keffnu f'liżar, u qiegħdu f'qabar maqtugħ fil-blat, li fih kien għadu ma tqiegħed ħadd.[Lq:23:54] Dak in-nhar kien Jum it-Tħejjija, u s-Sibt kien għoddu beda.[Lq:23:55] In-nisa, li kienu ġew mill-Galilija ma' Ġesù marru wara Ġużeppi u raw  il-qabar u kif kienu qiegħdu l-katavru;[Lq:23:56] mbagħad reġgħu lura u ħejjew il-fwejjaħ u l-mirra. Is-Sibt għaddewh fil-mistrieħ, skond  il-preċett tal-Liġi. 

 Il-qawmien ta' Ġesù mill-imwiet 

[Lq:24:1] Kmieni mas-sebħ ta' l-ewwel jum tal-ġimgħa marru ħdejn  il-qabar u ħadu magħhom il-fwejjaħ li kienu ħejjew.[Lq:24:2] Huma sabu l-ġebla mgerba minn quddiem il-qabar,[Lq:24:3] imma meta daħlu fih,  il-katavru tal-Mulej Ġesù ma sabuhx hemm.[Lq:24:4] U kif kienu mħassbin fuq dan, f'daqqa waħda dehrulhom quddiemhom żewġt irġiel libsin ilbies jiddi.[Lq:24:5] In-nisa, mimlijin bil-biża' , baxxew għajnejhom lejn l-art; imma dawk qalulhom: "L-għala qegħdin tfittxuh qalb il-mejtin lil min hu ħaj?[Lq:24:6] M'huwiex hawn, imma qam. Ftakru x'kien qalilkom meta kien għadu fil-Galilija,[Lq:24:7] meta qal li jeħtieġ li Bin il-bniedem jingħata f'idejn il-midinbin, ikun mislub, u fit-tielet jum iqum mill-imwiet."[Lq:24:8] U huma ftakru kliemu.[Lq:24:9] Telqu lura minn ħdejn il-qabar u marru jagħtu l-aħbar ta' dan kollu lill-Ħdax u  lill-oħrajn kollha.[Lq:24:10] Kienu Marija ta' Magdala u Ġwanna u Marija ta' Ġakbu u n-nisa l-oħra li kellhom magħhom; huma kienu li qalu b'dan lill-appostli.[Lq:24:11] Imma d-diskors tagħhom l-appostli stħajjluh thewdin, u ma emmnuhomx.[Lq:24:12] Madankollu Pietru qam u mar b'ġirja lejn il-qabar; tbaxxa biex iħares, imma ma rax ħlief faxex, u raġa' lura d-dar mgħaġġeb b'li kien ġara. 

Fit-triq ta' Għemmaws

[Lq:24:13] Dak in-nhar stess ġara li tnejn minnhom kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, xi sittin stadju bogħod minn Ġerusalemm,[Lq:24:14] jitħaddtu bejniethom fuq kull ma kien ġara.[Lq:24:15] Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa' miexi magħhom.[Lq:24:16] Imma għajnejhom kellhom xi jżommhom u ma setgħux jagħrfuh.[Lq:24:17] U hu qalilhom: "X'intom tgħidu bejnietkom intom u miexja?" U huma waqfu, b'ħarsa ta' niket fuq wiċċhom.[Lq:24:18] Mbagħad wieħed minnhom, jismu Kleofa, wieġeb u qallu: "Inti waħdek  il-barrani f'Ġerusalemm li ma tafx x'ġara hemmhekk f'dawn  il-jiem?"[Lq:24:19] "X'ġara?" staqsiehom Ġesù. Qalulu: "Dak li ġara lil Ġesù ta' Nazaret, li kien profeta setgħan fl-għemil u fil-kliem quddiem Alla u quddiem il-poplu kollu,[Lq:24:20] kif il-qassisin il-kbar u l-kapijiet tagħna tawh f'idejn il-gvernatur biex ikun ikkundannat għall-mewt u sallbuh.[Lq:24:21] Aħna konna nittamaw li hu kien dak li kellu jifdi lil Iżrael; iżda issa, fuq kollox ġa għaddew tlitt ijiem minn dawn  il-ġrajja![Lq:24:22] Issa wkoll xi wħud min-nisa tagħna ħasduna, għax marru kmieni ħdejn il-qabar[Lq:24:23] u l-katavru tiegħu ma sabuhx; ġew jgħidu wkoll li dehrulhom xi anġli li qalulhom li hu ħaj.[Lq:24:24] Mbagħad marru ħdejn il-qabar xi wħud minn tagħna u sabu kollox kif kienu qalu n-nisa, imma lilu ma rawhx?"[Lq:24:25] Qalilhom Ġesù: "Kemm intom boloh u tqal biex temmnu kull ma qalu l-profeti![Lq:24:26] U ma kellux il-Messija jbati dan kollu u hekk jidħol fil-glorja tiegħu?"[Lq:24:27] U beda minn Mosè u l-Profeti kollha jfissrilhom kull ma kien hemm fl-Iskrittura fuqu.[Lq:24:28] Meta qorbu lejn ir-raħal fejn kienu sejrin hu għamel ta' birruħu li hu kien se jibqa' sejjer aktar 'il bogħod.[Lq:24:29] Iżda huma ġegħluh jibqa' magħhom u qalulu: "Ibqa' magħna, għax issa sar ħafna ħin u l-jum ġa wasal biex jintemm." Mbagħad daħal biex joqgħod magħhom.[Lq:24:30] U waqt li kien fuq  il-mejda magħhom, qabad il-ħobż, qal il-barka, qasmu u tahulhom.[Lq:24:31] Mbagħad infetħulhom għajnejhom u għarfuh, iżda hu għab minn quddiemhom.[Lq:24:32] U wieħed lill-ieħor bdew jgħidu: "Ma kinitx imkebbsa qalbna ġewwa fina huwa u jkellimna fit-triq u jfissrilna l-Iskrittura?"[Lq:24:33] Dak il-ħin stess qamu u reġgħu lura Ġerusalemm. Hemm sabu lill-Ħdax u lil sħabhom miġbura flimkien,[Lq:24:34] u dawn qalulhom: "Il-Mulej qam tassew, u deher lil Xmun?"[Lq:24:35] U huma wkoll tarrfulhom x'kien ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfuh fil-qsim tal-ħobż. 

Ġesù jidher lid-dixxipli tiegħu

[Lq:24:36] Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f'nofshom u qalilhom: "Is-sliem għalikom?"[Lq:24:37] Huma twerwru bil-biża' għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma.[Lq:24:38] Iżda hu qalilhom: "Għaliex tħawwadtu? Għaliex dan it-tħassib kollu f'qalbkom?[Lq:24:39] Araw idejja u riġlejja. Jiena hu! Missuni, u ifhmuha li l-ispirtu ma għandux laħam u għadam bħalma qegħdin taraw li għandi jien."[Lq:24:40] Huwa u jgħidilhom dan, uriehom idejh u riġlejh.[Lq:24:41] Iżda billi huma, fil-ferħ tagħhom, kienu għadhom ma jridux jemmnu u baqgħu mistagħġba, qalilhom: "Għandkom xi ħaġa ta' l-ikel hawn?"[Lq:24:42] Huma ressqulu quddiemu biċċa ħuta mixwija,[Lq:24:43] u hu ħadha u kielha quddiemhom.[Lq:24:44] Mbagħad qalilhom: "Meta kont għadni magħkom għedtilkom dawn il-kelmiet, 'Jeħtieġ li jseħħ kull ma nkiteb fuqi fil-Liġi ta' Mosè, fil-Profeti u fis-Salmi.'?"[Lq:24:45] Mbagħad fetħilhom moħħhom biex jifhmu l-Iskrittura.[Lq:24:46] U qalilhom: "Hekk kien miktub, li     l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-imwiet,[Lq:24:47] u li l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tixxandar f'ismu lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm.[Lq:24:48] Intom xhud ta' dan.[Lq:24:49] U jiena, araw, nibgħat fuqkom lil dak li wiegħed Missieri. Imma intom ibqgħu fil-belt, sa ma Alla jkun libbiskom bil-qawwa tiegħu." 

 It-tlugħ ta' Ġesù fis-sema 

[Lq:24:50] Mbagħad ħadhom sa ħdejn Betanja, u rafa' idejh u berikhom.[Lq:24:51] U ġara li, huwa u jberikhom, nfired minnhom u kien meħud fis-sema.[Lq:24:52] Huma nxteħtu fl-art jagħtuh qima, u mimlijin b'ferħ kbir reġgħu lura lejn Ġerusalemm,[Lq:24:53] u qagħdu l-ħin kollu fit-tempju jbierku lil Alla.

L-EVANGELJU KOMPLUT TA' SAN LUQA

                                       Ir-Rakkont Tal-Passjoni Skond San Ġwann

Ftehim kontra Ġesù 

[Ġw:11:45] Ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija u raw dak li għamel Ġesù, emmnu fih.[Ġw:11:46] Imma xi wħud minnhom marru għand il-Fariżej u qalulhom x'kien għamel Ġesù.[Ġw:11:47] Għalhekk  il-qassisin il-kbar u l-Fariżej laqqgħu s-Sinedriju u qalu: "X'sejrin nagħmlu? Għax dan il-bniedem qiegħed jagħmel ħafna sinjali.[Ġw:11:48] Jekk inħalluh sejjer hekk, kulħadd jemmen fih, u jiġu r-Rumani, u jeqirdulna kemm it-tempju u kemm il-ġens tagħna."[Ġw:11:49] Imma wieħed minnhom, Kajfa, li kien il-qassis il-kbir dik is-sena, qalilhom: "Intom ma tafu xejn.[Ġw:11:50] Anqas ma intom tqisu li jaqblilkom jekk imut bniedem wieħed għall-poplu u mhux jinqered il-ġens kollu."[Ġw:11:51] Issa dan ma qalux minn moħħu, imma billi dik is-sena inzerta kien il-qassis il-kbir, huwa kien imnebbaħ u ħabbar li Ġesù kellu jmut għall-ġens tiegħu,[Ġw:11:52] u mhux għall-ġens tiegħu biss, imma wkoll biex jiġbor ġemgħa waħda l-ulied ta' Alla li kienu mxerrdin.[Ġw:11:53] Minn dak in-nhar 'il quddiem bdew jiftiehmu bejniethom biex joqtluh.[Ġw:11:54] Ġesù ma għaddiex aktar bid-dieher f'nofs il-Lhud, imma telaq minn hemm lejn il-kampanja qrib id-deżert, f'belt jisimha Efrajm, u qagħad hemmhekk mad-dixxipli tiegħu.[Ġw:11:55] Kien wasal l-Għid tal-Lhud, u ħafna nies    mill-kampanja telgħu Ġerusalemm qabel l-Għid għar-riti   tal-purifikazzjoni.[Ġw:11:56] Huma fittxew lil Ġesù, u bdew jgħidu bejniethom fit-tempju: "Intom x'taħsbu? Tgħid, jitla'   għall-festa?"[Ġw:11:57] Issa l-qassisin il-kbar u l-Fariżej taw ordni li, jekk xi ħadd ikun jaf fejn qiegħed, imur jgħidilhom, biex huma jiġu jarrestawh. 

12. Id-dilka ta' Ġesù f'Betanja

[Ġw:12:1] Sitt ijiem qabel il-festa ta' l-Għid Ġesù mar Betanja, fejn kien joqgħod Lazzru li Ġesù kien qajjem mill-imwiet.[Ġw:12:2] Hemmhekk għamlulu ikla; Marta bdiet isservi, waqt li Lazzru kien wieħed minn dawk li qagħdu fuq il-mejda ma' Ġesù.[Ġw:12:3] Marija ħadet libbra fwieħa tan-nard pur, tiswa ħafna, u dilket biha riġlejn Ġesù, mbagħad ixxuttathomlu b'xagħarha; u d-dar imtliet bir-riħa tfuħ.[Ġw:12:4] Ġuda  l-Iskarjota, wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li kien se jittradih, qal:[Ġw:12:5] "Din il-fwieħa għax ma nbigħetx tliet mitt dinar biex jingħataw lill-foqra?"[Ġw:12:6] Issa dan qalu mhux għax kien jimpurtah mill-foqra, imma għax kien ħalliel, u, billi hu kien il-kaxxier, kien jisraq kull ma kienu jaqilgħu.[Ġw:12:7] Qallu Ġesù: "Ħalliha, din il-fwieħa kienet refgħetha għal jum id-difna tiegħi.[Ġw:12:8] Il-foqra dejjem issibuhom magħkom, imma lili mhux dejjem issibuni." 

Ftehim kontra Lazzru 

[Ġw:12:9] Kotra kbira ta' Lhud saru jafu li hu kien qiegħed hemm, u marru mhux biss minħabba Ġesù, imma wkoll biex jaraw lil Lazzru, li hu kien qajjem mill-imwiet.[Ġw:12:10] Għalhekk il-qassisin il-kbar ftiehmu li joqtlu lil Lazzru wkoll,[Ġw:12:11] għax minħabba fih ħafna mil-Lhud bdew jitilquhom u jemmnu f'Ġesù. 

Id-daħla messjanika f'Ġerusalemm 

[Ġw:12:12] L-għada, il-folol ta' nies li kienu ġew għall-festa, kif semgħu li Ġesù kien ġej Ġerusalemm,[Ġw:12:13] ħadu l-friegħi tal-palm u ħarġu jilqgħuh. U bdew jgħajjtu:![Ġw:12:14] Ġesù sab felu u rikeb fuqu, kif hemm miktub,[Ġw:12:15] "Tibżax, bint Sijon![Ġw:12:16] Għall-ewwel  id-dixxipli tiegħu ma fehmuhomx dawn il-ħwejjeġ; iżda meta Ġesù kien igglorifikat, mbagħad ftakru li dan kien inkiteb fuqu, u hekk għamlulu.[Ġw:12:17] U fuq dan tat xhieda l-folla tan-nies li kienet miegħu meta sejjaħ lil Lazzru mill-qabar u qajjmu mill-imwiet.[Ġw:12:18] Kien għalhekk ukoll li n-nies ħarġet tilqgħu, għax semgħet li kien għamel sinjal bħal dan.[Ġw:12:19] Imma l-Fariżej bejniethom qalu: "Qegħdin taraw kif m'intom se tagħmlu xejn! Ara, id-dinja kollha sejra warajh?" 

Waslet is-Siegħa 

[Ġw:12:20] Fost dawk li telgħu biex iqimu lil Alla fil-festa kien hemm xi Griegi.[Ġw:12:21] Dawn marru għand Filippu li kien minn Betsajda   tal-Galilija, u talbuh: "Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù."[Ġw:12:22] Filippu mar jgħid lil Indrì, u mbagħad Indrì u Filippu marru jgħidu lil Ġesù.[Ġw:12:23] U Ġesù weġibhom: "Waslet is-siegħa li fiha Bin  il-bniedem ikun igglorifikat.[Ġw:12:24] Tassew tassew ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa' weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.[Ġw:12:25] Min iħobb lil ħajtu jitlifha; imma min jobgħod lil ħajtu f'din id-dinja jħarisha għall-ħajja ta' dejjem.[Ġw:12:26] Jekk xi ħadd irid jaqdini, hu għandu jimxi warajja; u fejn inkun jien, hemm ukoll ikun il-qaddej tiegħi. Min jaqdi lili, il-Missier jagħtih ġieħ.[Ġw:12:27] "Issa qiegħed inħoss ruħi mħawwda. U x'naqbad ngħid? Missier, eħlisni minn din is-siegħa? Imma jien għalhekk ġejt: għal din is-siegħa.[Ġw:12:28] Missier, agħti glorja lil ismek." Dak il-ħin instama' leħen mis-sema: "Jiena diġà gglorifikajtu, u nerġa' nigglorifikah."[Ġw:12:29] In-nies li kienu hemm semgħuh, u qalu li kien qiegħed iriegħed. Oħrajn qalu: "Kellmu xi anġlu."[Ġw:12:30] Ġesù wieġeb: "Dan il-leħen ma ġiex għalija, imma għalikom.[Ġw:12:31] Il-ġudizzju ta' din id-dinja qiegħed isir issa. Issa se jitkeċċa l-Prinċep ta' din   id-dinja.[Ġw:12:32] U meta nintrefa' 'l fuq mill-art, jiena niġbed   il-bnedmin kollha lejja."[Ġw:12:33] Hu qal dan biex jurihom b'liema mewt kien sejjer imut.[Ġw:12:34] In-nies wieġbu: "Aħna smajna jingħad fil-Liġi li l-Messija għandu jibqa' għal dejjem. Kif tiġi tgħidilna int li Bin  il-bniedem għandu jintrefa'? U dan Bin il-bniedem min hu?"[Ġw:12:35] Qalilhom Ġesù: "Ftit ieħor baqagħlu magħkom id-dawl. Mela ibqgħu miexja sakemm għandkom id-dawl, biex id-dlam ma jilħaqkomx. Min jimxi fid-dlam ma jafx fejn hu sejjer.[Ġw:12:36] Sakemm għandkom   id-dawl, emmnu fid-dawl, biex tkunu wlied id-dawl." 

Il-Lhud ma jemmnux f'Ġesù 

[Ġw:12:37] Hu kien għamel ħafna sinjali quddiemhom, u madankollu baqgħu ma emmnux fih,[Ġw:12:38] biex hekk isseħħ il-kelma tal-profeta Isaija li qal,[Ġw:12:39] Kien għalhekk li ma setgħux jemmnu, għax kif qal ukoll Isaija,[Ġw:12:40] "Huwa għalqilhom għajnejhom[Ġw:12:41] Dan qalu Isaija, għax ra l-glorja tiegħu u tkellem fuqu.[Ġw:12:42] Imma madankollu ħafna mill-kapijiet emmnu fih wkoll, iżda minħabba l-Fariżej dan ma stqarrewhx, biex ma jitkeċċewx 'il barra mis-sinagoga.[Ġw:12:43] Għalihom kienet aktar għażiża l-glorja tal-bnedmin mill-glorja ta' Alla.[Ġw:12:44] Ġesù għolla leħnu u qal: "Min jemmen fija jkun qiegħed jemmen mhux fija imma f'min bagħatni;[Ġw:12:45] u min jara lili jkun qiegħed jara lil min bagħatni.[Ġw:12:46] Jiena huwa d-dawl li ġejt  fid-dinja biex kull min jemmen fija ma jibqax fid-dlam.[Ġw:12:47] Min jisma' kliemi u ma jħarsux, jiena ma nagħmilx ħaqq minnu, għax jien ma ġejtx biex nagħmel ħaqq mid-dinja, iżda biex insalva d-dinja.[Ġw:12:48] Min imaqdar lili u ma jilqax kliemi, hemm min jagħmel ħaqq minnu:   il-kelma li jiena għedt; tkun hi li tagħmel ħaqq minnu fl-aħħar jum.[Ġw:12:49] Għax jien ma għedt xejn minn moħħi, imma kien dak li bagħatni, jiġifieri l-Missier, li ordnali xi ngħid u nitkellem.[Ġw:12:50]   U jiena naf li l-ordni tiegħu hija l-ħajja ta' dejjem. Dak li ngħid jien, ngħidu kif qalli l-Missier." 

13. Ġesù jaħsel saqajn id-dixxipli 

[Ġw:13:1] Qabel il-festa ta' l-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar.[Ġw:13:2] Kienu qegħdin għall-ikel. Ix-Xitan kien ġa webbel lil Ġuda ta' Xmun l-Iskarjota u daħħallu f'rasu li jittradih.[Ġw:13:3] Ġesù kien jaf li l-Missier tah kollox f'idejh, u li hu kien ġie mingħand Alla u kien sejjer għand Alla.[Ġw:13:4] Qam minn fuq il-mejda, neħħa l-mantar minn fuqu, ħa fardal u rabtu ma' qaddu.[Ġw:13:5] Mbagħad ferragħ l-ilma fil-lenbija, u beda jaħsel saqajn id-dixxipli u jixxuttahomlhom bil-fardal li kellu ma' qaddu.[Ġw:13:6] Mela wasal fuq Xmun Pietru, u dan qallu: "Int, Mulej, taħsilli saqajja?"[Ġw:13:7] Ġesù wieġbu: "Int għalissa ma tafx x'qiegħed nagħmel jien; tifhmu aktar 'il quddiem."[Ġw:13:8] Qallu Pietru: "Ma jkun qatt li inti taħsilli saqajja?" Wieġbu Ġesù: "Jekk ma naħsillekx saqajk, ma jkollokx x'taqsam miegħi."[Ġw:13:9] Qallu Xmun Pietru: "Mulej, mhux saqajja biss, imma idejja u rasi wkoll."[Ġw:13:10] Qallu Ġesù: "Min hu maħsul, ma għandux għalfejn jinħasel kollu, ħlief saqajh, għax hu kollu kemm hu nadif, u intom indaf, imma mhux ilkoll."[Ġw:13:11] Għax hu kien jaf min kien sejjer jittradih; għalhekk qal, 'M'intomx ilkoll indaf.'[Ġw:13:12] Wara li ħaslilhom saqajhom, libes il-mantar u raġa' qagħad fuq il-mejda; u qalilhom: "Tafu x'għamiltilkom?[Ġw:13:13] Intom issejjħuli 'l-Imgħallem' u 'il-Mulej', u tgħidu sewwa, għax hekk jien.[Ġw:13:14] Mela jekk jien, li jien il-Mulej u l-Imgħallem, ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin.[Ġw:13:15] Għax jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll.[Ġw:13:16] Tassew tassew ngħidilkom, l-ilsir m'huwiex aqwa minn sidu, anqas il-messaġġier ma hu aqwa minn min jibagħtu.[Ġw:13:17] Jekk dawn il-ħwejjeġ tafuhom, henjin intom jekk tagħmluhom.[Ġw:13:18] Jien m'iniex ngħid għalikom ilkoll, għax jien naf x'nies għażilt, imma għandha sseħħ l-Iskrittura li tgħid, 'Min kiel il-ħobż miegħi, tani bis-sieq.'[Ġw:13:19] Dan qiegħed ngħidu minn issa, qabel ma jiġri, biex, meta jiġri, temmnu li jiena hu.[Ġw:13:20] Tassew tassew ngħidilkom, min jilqa' lil min nibgħat jien, ikun jilqa' lili, u min jilqa' lili, ikun jilqa' lil dak li bagħatni." 

Ġesù jħabbar it-tradiment ta' Ġuda 

[Ġw:13:21] Wara li qal dan, Ġesù ħass ruħu jitħawwad, u stqarr   bil-miftuħ: "Tassew tassew ngħidilkom li wieħed minnkom se jittradini?"[Ġw:13:22] Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk.[Ġw:13:23] Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b'rasu ma' sider Ġesù.[Ġw:13:24] Xmun Pietru għamillu sinjal u staqsieh: "Għal min qiegħed jgħid?"[Ġw:13:25] Dak, kif kien mimdud hekk fuq sider Ġesù, staqsieh: "Min hu, Mulej?"[Ġw:13:26] Wieġbu Ġesù: "Dak li għalih se nbill din   il-loqma ħobż fil-platt u nagħtihielu." Mbagħad bill biċċa ħobż, u qabad u taha lil Ġuda ta' Xmun l-Iskarjota.[Ġw:13:27] Ġuda ħa l-biċċa ħobż u daħal fih ix-Xitan. Qallu Ġesù: "Dak li se tagħmel, agħmlu u ddumx."[Ġw:13:28] Imma ħadd minn dawk li kienu fuq il-mejda ma kien jaf għalfejn qallu hekk.[Ġw:13:29] Billi Ġuda kien il-kaxxier, xi wħud stħajjlu lil Ġesù jgħidlu, 'Mur ixtri dak li neħtieġu għall-festa,' jew biex imur jagħti xi ħaġa lill-foqra.[Ġw:13:30] Dak, wara li ħa l-biċċa ħobż, minnufih ħareġ 'il barra. Kien billejl. 

Il-kmandament il-ġdid 

[Ġw:13:31] Kif ħareġ Ġuda, Ġesù qal: "Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla.[Ġw:13:32] Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta' Bin il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu, u dalwaqt jigglorifikah.[Ġw:13:33] Uliedi, ftit ieħor se ndum magħkom; intom tfittxuni, u bħalma għedt lil-Lhud, hekk ukoll ngħidu issa lilkom: Fejn sejjer jien, intom ma tistgħux tiġu.[Ġw:13:34] Nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin. Bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin.[Ġw:13:35] Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom." 

It-taħbira taċ-ċaħda ta' Pietru 

[Ġw:13:36] Qallu Xmun Pietru: "Fejn sejjer, Mulej?" U Ġesù wieġbu: "Fejn sejjer jien, int għalissa ma tistax tiġi miegħi; imma tiġi warajja aktar tard."[Ġw:13:37] Qallu Pietru: "Għaliex, Mulej, ma nistax niġi miegħek issa? Għalik jiena nagħti ħajti?"[Ġw:13:38] Wieġbu Ġesù: "Inti, tagħti ħajtek għalija? Tassew tassew ngħidlek li s-serduk ma jkunx idden qabel ma tkun ċħadtni tliet darbiet?" 

14. Ġesù hu t-triq għal għand il-Missier 

[Ġw:14:1] "Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f'Alla, u emmnu fija wkoll.[Ġw:14:2] Fid-dar ta' Missieri hemm ħafna postijiet; li ma kienx hekk, kont ngħidilkom. Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu.[Ġw:14:3] U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa' niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll.[Ġw:14:4] U t-triq għall-post fejn sejjer tafuha."[Ġw:14:5] Tumas qallu: "Mulej, aħna ma nafux fejn inti sejjer. Kif nistgħu nafu t-triq?"[Ġw:14:6] Wieġbu Ġesù: "Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi.[Ġw:14:7] Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa 'l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh."[Ġw:14:8] Qallu Filippu: "Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina."[Ġw:14:9] Ġesù wieġeb: "Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra    lill-Missier. Kif tgħidli, 'Urina l-Missier'?[Ġw:14:10] Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija? Il-kliem li ngħidilkom jien, ma ngħidux minn moħħi iżda l-Missier li jgħammar fija qiegħed jagħmel l-opri tiegħu.[Ġw:14:11] Emmnuni! Jiena fil-Missier u l-Missier huwa fija. Jekk m'hux għal ħaġ'oħra, emmnuni minħabba dawn l-opri stess.[Ġw:14:12] Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen fija hu wkoll għad jagħmel l-opri li qiegħed nagħmel jien, u akbar minnhom għad jagħmel, għax jiena sejjer għand il-Missier.[Ġw:14:13] U jekk titolbu xi ħaġa f'ismi jiena nagħmilha, biex il-Missier ikun igglorifikat permezz ta' Ibnu.[Ġw:14:14] Iva, jekk titolbuni xi ħaġa f'ismi, jiena nagħmilha. 

Ġesù jwiegħed l-Ispirtu s-Santu 

[Ġw:14:15] "Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi.[Ġw:14:16]    U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa' magħkom għal dejjem,[Ġw:14:17] l-Ispirtu tal-verità, li d-dinja ma tistax tirċevih, għax hija la tarah u lanqas tagħrfu. Iżda intom tagħrfuh, għaliex jgħammar magħkom, u huwa fikom.[Ġw:14:18] Ma nħallikomx iltiema. Nerġa' niġi għandkom.[Ġw:14:19] Ftit ieħor, u d-dinja ma taranix aktar. Iżda intom għad tarawni, għax jiena ngħix, u intom ukoll għad tgħixu.[Ġw:14:20] F'dak il-jum intom tagħrfu li jiena f'Missieri, u intom fija u jiena fikom.[Ġw:14:21] Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi."[Ġw:14:22] Ġuda - l-ieħor, mhux   l-Iskarjota - qal lil Ġesù: "Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?"[Ġw:14:23] Ġesù wieġbu: "Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu.[Ġw:14:24] Min ma jħobbnix ma jħarisx kliemi. U l-kelma li qegħdin tisimgħu m'hijiex tiegħi, imma tal-Missier li bagħatni.[Ġw:14:25] "Għedtilkom dan meta għadni magħkom.[Ġw:14:26] Imma d-Difensur, l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier jibgħat f'ismi, jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.[Ġw:14:27] Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża'.[Ġw:14:28] Smajtu x'għedtilkom: Jiena sejjer u nerġa' niġi għandkom. Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni.[Ġw:14:29] U għedtilkom dan minn issa qabel ma jseħħ, biex meta jseħħ temmnu.[Ġw:14:30] M'iniex se nkellimkom iżjed fit-tul, għax il-Prinċep tad-dinja ġej. Kontra tiegħi xejn ma jista' jagħmel;[Ġw:14:31] iżda ħalli d-dinja tagħraf li jiena nħobb lill-Missier u li nagħmel kif ordnali l-Missier. Qumu! Ejjew nitilqu minn hawn! 

15. Ġesù hu d-dielja vera 

[Ġw:15:1] "Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi.[Ġw:15:2] Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar.[Ġw:15:3] Intom ġa ndaf minħabba      l-kelma li għedtilkom.[Ġw:15:4] Ibqgħu fija, u jiena nibqa' fikom. Kif  il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija.[Ġw:15:5] Jiena d-dielja, intom il-friegħi. Min jibqa' fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott; għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn.[Ġw:15:6] Jekk wieħed ma jibqax fija, jintrema barra bħal fergħa, u jinxef; mbagħad, friegħi bħal dawn jiġbruhom u jixħtuhom fin-nar u jinħarqu.[Ġw:15:7] Jekk tibqgħu fija u kliemi jibqa' fikom, itolbu kull ma tridu, u jingħatalkom.[Ġw:15:8] Din hi l-glorja ta' Missieri, li intom tagħmlu ħafna frott u tkunu dixxipli tiegħi.[Ġw:15:9] Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu    fl-imħabba tiegħi.[Ġw:15:10] Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta' Missieri u qiegħed f'imħabbtu.[Ġw:15:11] "Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.[Ġw:15:12] Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien.[Ġw:15:13] Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.[Ġw:15:14] Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom.[Ġw:15:15] Ma nsejjħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x'jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kull ma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom.[Ġw:15:16] Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom, u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott u l-frott tagħkom jibqa', ħalli kull ma titolbu lill-Missier f'ismi, huwa jagħtihulkom.[Ġw:15:17] Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħobbu lil xulxin. 

Id-dinja tobgħodkom 

[Ġw:15:18] "Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom.[Ġw:15:19] Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m'intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom.[Ġw:15:20] Ftakru fil-kelma li għedtilkom: il-qaddej m'huwiex akbar minn sidu. Jekk ippersegwitaw lili, għad jippersegwitaw lilkom ukoll; jekk ħarsu l-kelma tiegħi, għad iħarsu tagħkom ukoll.[Ġw:15:21] Imma dan kollu għad jagħmluhulkom minħabba f'ismi, għax huma ma jafux lil dak li bagħatni.[Ġw:15:22] Kieku ma ġejtx u ma kellimthomx, ma kienx ikollhom ħtija; imma issa ma għandhomx skuża ta' dnubhom.[Ġw:15:23] Min jobgħod lili, jobgħod ukoll lil Missieri.[Ġw:15:24] Kieku ma għamiltx quddiemhom l-opri li ħadd qatt ma għamel, ma kienx ikollhom ħtija iżda issa raw b'għajnejhom u baqgħu jobogħdu sew lili u sew lil Missieri.[Ġw:15:25] Imma dan ġara biex isseħħ il-kelma li hemm fil-Liġi tagħhom, 'Fuq xejn bagħduni.'[Ġw:15:26] "Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija.[Ġw:15:27] U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu. 

16. Id-dinja tobgħodkom 

[Ġw:16:1] "Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom biex ma titfixklux.[Ġw:16:2] Ikeċċukom 'il barra mis-sinagogi, mhux biss, imma tasal is-siegħa meta min joqtolkom jaħseb li jkun qiegħed jagħti qima lil Alla.[Ġw:16:3] Dan jagħmluh għax la għarfu lill-Missier u lanqas lili.[Ġw:16:4] Imma dan kollu għedthulkom biex, meta tasal is-siegħa li jagħmlulkom dan, tiftakru li jiena għedthulkom.

Il-ħidma ta' l-Ispirtu s-Santu 

[Ġw:16:5] Issa sejjer għand dak li bagħatni, u ħadd minnkom ma jistaqsini, 'Fejn sejjer?'[Ġw:16:6] Imma għax għedtilkom dan, qalbkom imtliet bin-niket.[Ġw:16:7] Madankollu, ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jiġix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom.[Ġw:16:8] U meta huwa jiġi, juri    lid-dinja li għandha żball dwar id-dnub, il-ġustizzja u     l-ġudizzju;[Ġw:16:9] id-dnub, filli huma ma jemmnux fija;[Ġw:16:10]    il-ġustizzja, filli jien sejjer għand il-Missier, u intom m'intomx se tarawni iżjed;[Ġw:16:11] il-ġudizzju, filli l-Prinċep ta' din id-dinja huwa ġa kkundannat.[Ġw:16:12] "Baqagħli ħafna ħwejjeġ x'ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom.[Ġw:16:13] Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma', u jħabbrilkom il-ġejjieni.[Ġw:16:14] Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom.[Ġw:16:15] Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi. Għalhekk għedt li jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom. 

In-niket tagħkom għad jitbiddel f'hena 

[Ġw:16:16] "Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni."[Ġw:16:17] Għalhekk xi wħud mid-dixxipli tiegħu bdew jgħidu bejniethom: "X'ifisser dan li qiegħed jgħid, 'Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni,' u li 'Jiena sejjer għand    il-Missier'?"[Ġw:16:18] Għalhekk qalu: "X'inhu dan il-'ftit ieħor' li hu qiegħed jgħid? Ma nafux xi jrid jgħid?"[Ġw:16:19] Ġesù għaraf li xtaqu jistaqsuh. Għalhekk qalilhom: "Qegħdin tistaqsu lil xulxin fuq dak li għedt, 'Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni'?[Ġw:16:20] Tassew tassew ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu, iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f'hena.[Ġw:16:21] Il- mara, meta tkun se tiled tħossha mdejjqa, għax tkun waslet is-siegħa tagħha; iżda meta tkun twieldet it-tarbija, ma tiftakarx iżjed fl-uġigħ, bil-ferħ li twieled bniedem fid-dinja.[Ġw:16:22] Hekk intom, issa tħossukom imdejjqa; imma għad nerġa' narakom u qalbkom tifraħ, u l-ferħ tagħkom ħadd ma jeħodhulkom.[Ġw:16:23] F'dak il-jum xejn ma tistaqsuni. Tassew tassew ngħidilkom, kull ma titolbu lil Missieri f'ismi jagħtihulkom.[Ġw:16:24]  Sa issa ma tlabtu xejn f'ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. 

Jiena rbaħt id-dinja 

[Ġw:16:25] "Dan għedthulkom bit-tixbihat. Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar   il-Missier.[Ġw:16:26] Dakinhar intom titolbu f'ismi, u ma ngħidilkomx li jien nitlob lill-Missier għalikom,[Ġw:16:27] għax il-Missier stess iħobbkom, billi intom ħabbejtu lili u emmintu li jiena ġejt mingħand Alla.[Ġw:16:28] Ħriġt mingħand il-Missier u ġejt fid-dinja. Se nerġa' nħalli d-dinja u mmur għand il-Missier."[Ġw:16:29] Id-dixxipli tiegħu qalulu: "Ara, issa qiegħed titkellem bil-miftuħ, u ebda tixbiha ma inti tgħid.[Ġw:16:30] Issa nafu li int taf kollox, u ma għandekx bżonn li wieħed jistaqsik. Għalhekk aħna nemmnu li inti ħriġt mingħand Alla."[Ġw:16:31] Weġibhom Ġesù: "Temmnu issa?[Ġw:16:32] Ara, għad tiġi siegħa, u ġa waslet, meta tixterdu kull wieħed lejn daru, u lili tħalluni waħdi. Iżda waħdi m'iniex, għax il-Missier huwa miegħi.[Ġw:16:33] Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom ħalli bija jkollkom is-sliem. Fid-dinja tbatu jkollkom. Iżda agħmlu l-qalb: jiena rbaħt id-dinja?" 

17. It-talba ta' Ġesù għad-dixxipli 

[Ġw:17:1] Wara li qal dan, Ġesù rafa' għajnejh lejn is-sema u qal: "Missier, waslet is-siegħa; agħti glorja lil Ibnek biex l-Iben jagħti glorja lilek,[Ġw:17:2] bħalma int tajtu s-setgħa fuq kull bniedem biex jagħti   l-ħajja ta' dejjem lil dawk kollha li inti fdajtlu.[Ġw:17:3] Din hi l-ħajja ta' dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt.[Ġw:17:4] Jien igglorifikajt lilek fuq l-art billi temmejt ix-xogħol li tajtni nagħmel.[Ġw:17:5] U issa, Missier, igglorifika lili għandek, bil-glorja li kelli miegħek qabel ma kienet id-dinja.[Ġw:17:6] "Jiena għarraft ismek lill-bnedmin li inti tajtni mid-dinja. Kienu tiegħek, u inti tajthom lili, u huma ħarsu kelmtek.[Ġw:17:7] Issa jafu li dak kollu li tajtni ġej minnek;[Ġw:17:8] għaliex il-kliem li int tajt lili jiena tajtu lilhom, u huma laqgħuh u għarfu tabilħaqq li jiena ħriġt minnek, u emmnu li inti bgħattni.[Ġw:17:9] Jiena għalihom nitlob; ma nitlobx għad-dinja, imma għal dawk li inti tajtni, għaliex huma tiegħek,[Ġw:17:10] u dak kollu li hu tiegħi huwa tiegħek, u dak li hu tiegħek huwa tiegħi, u jien igglorifikat permezz tagħhom.[Ġw:17:11] U jien ma għadnix aktar fid-dinja, iżda huma għadhom fid-dinja, u jiena ġej għandek. Missier qaddis, ħarishom f'ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna.[Ġw:17:12] Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex isseħħ l-Iskrittura.[Ġw:17:13] Imma issa jiena ġej għandek, u qiegħed ngħid dan, kif għadni fid-dinja, biex huma jkollhom fihom il-ferħ sħiħ tiegħi.[Ġw:17:14] Jiena tajthom il-kelma tiegħek, u d-dinja bagħdithom, għaliex huma m'humiex tad-dinja, kif jiena m'iniex tad-dinja.[Ġw:17:15] Ma nitolbokx li twarrabhom mid-dinja, imma li tħarishom   mill-Ħażin.[Ġw:17:16] Huma m'humiex tad-dinja bħalma jiena m'iniex tad-dinja.[Ġw:17:17] Qaddishom permezz tal-verità; il-kelma tiegħek hi l-verità.[Ġw:17:18] Kif inti bgħatt lili fid-dinja, hekk jiena bgħatt lilhom fid-dinja.[Ġw:17:19] U jien minħabba fihom nagħti ħajti, biex huma wkoll ikunu mqaddsin permezz tal-verità.[Ġw:17:20] "M'iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom;[Ġw:17:21] nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk   id-dinja temmen li inti bgħattni.[Ġw:17:22] Il-glorja li int tajt lili jiena tajtha lilhom, biex ikunu ħaġa waħda bħalma aħna ħaġa waħda:[Ġw:17:23] jiena fihom u inti fija, biex isiru ħaġa waħda għalkollox, ħalli d-dinja tagħraf li inti bgħattni u li ħabbejt lilhom kif ħabbejt lili.[Ġw:17:24] Missier, irrid li dawk li tajtni jkunu huma wkoll miegħi fejn inkun jien, biex jaraw il-glorja tiegħi, il-glorja li tajtni int, għaliex int ħabbejtni sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja.[Ġw:17:25] Missier ġust, tassew li d-dinja ma għarfitekx, imma jien għaraftek, u dawn għarfu li inti bgħattni.[Ġw:17:26] U jiena għarrafthom ismek u għad ngħarrafhulhom iżjed, biex l-imħabba li biha ħabbejtni tkun fihom u jiena fihom." 

Ġesù ttradut u arrestat 

[Ġw:18:1] Kif qal dan, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam   għan-naħa l-oħra tal-Wied ta' Kedron; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu.[Ġw:18:2] Ġuda, dak li ttradih, kien jafu  l-post, għax Ġesù kien sikwit jinġabar hemm mad-dixxipli tiegħu.[Ġw:18:3] Ġuda ħa ġemgħa suldati u xi għases mingħand   il-qassisin il-kbar u l-Fariżej, u mar bihom hemmhekk, bil-fanali, torċi u armi.[Ġw:18:4] Ġesù, li kien jaf b'kull ma kien ġej fuqu, mar fuqhom u qalilhom: "Lil min qegħdin tfittxu?"[Ġw:18:5] Huma weġbuh: "Lil Ġesù ta' Nazaret." U hu qalilhom: "Jiena hu." Ġuda, dak li ttradih, kien hemm magħhom huwa wkoll.[Ġw:18:6] Kif Ġesù qalilhom, 'Jiena hu', huma resqu lura u waqgħu ma' l-art.[Ġw:18:7] "Lil min qegħdin tfittxu?" raġa' staqsiehom. U huma qalulu: "Lil Ġesù ta' Nazaret."[Ġw:18:8] Ġesù weġibhom: "Għedtilkom li jiena hu. Jekk qegħdin tfittxu lili, ħallu lil dawn imorru."[Ġw:18:9] Dan sar biex iseħħ dak li Ġesù kien qal, 'Minn dawk li tajtni, anqas wieħed biss ma tlift.'[Ġw:18:10] Xmun Pietru kellu sejf, siltu, u darab lill-qaddej tal-qassis il-kbir u qatagħlu barra widintu l-leminija. Dan il-qaddej kien jismu Malku.[Ġw:18:11] Imma Ġesù qal lil Pietru: "Erġa' daħħal is-sejf fl-għant tiegħu. Forsi l-kalċi li tani Missieri ma nixorbux?" 

Ġesù quddiem il-qassis il-kbir 

[Ġw:18:12] Mbagħad is-suldati u l-kaptan tagħhom flimkien ma' l-għases tal-Lhud, qabdu lil Ġesù u rabtuh.[Ġw:18:13] L-ewwel ħaduh għand Anna, billi dan kien missier il-mara ta' Kajfa, il-qassis il-kbir f'dik   is-sena.[Ġw:18:14] Kajfa kien dak li ta parir lil-Lhud li jkun jaqbel li bniedem wieħed imut għall-poplu. 

Pietru jiċħad lil Ġesù 

[Ġw:18:15] Xmun Pietru u dixxiplu ieħor marru wara Ġesù. Dan   id-dixxiplu kien midħla tal-qassis il-kbir, u għalhekk daħal fil-bitħa   tal-qassis il-kbir flimkien ma' Ġesù.[Ġw:18:16] Imma Pietru baqa' barra ħdejn il-bieb. Mbagħad id-dixxiplu l-ieħor, li kien midħla tal-qassis   il-kbir, ħareġ ikellem lill-purtinara, u daħħal lil Pietru ġewwa.[Ġw:18:17] Il-qaddejja li kienet mal-bieb qalet lil Pietru: "Int m'intix ukoll wieħed mid-dixxipli ta' dan ir-raġel?" Hu weġibha: "Le, m'iniex."[Ġw:18:18]  Il-qaddejja u l-għases kienu kebbsu n-nar mill-faħam, għax kien il-bard, u qagħdu hemm għas-sħana. U Pietru wkoll qagħad magħhom  għas-sħana. 

Il-qassis il-kbir jistaqsi lil Ġesù 

[Ġw:18:19] Il-qassis il-kbir staqsa lil Ġesù fuq id-dixxipli u t-tagħlim tiegħu.[Ġw:18:20] Ġesù wieġbu: "Jiena tħadditt fil-beraħ, quddiem kulħadd. Għallimt dejjem fis-sinagoga u fit-tempju fejn jinġabru l-Lhud kollha, u bil-moħbi ma għedt xejn.[Ġw:18:21] Għalfejn qiegħed tistaqsi lili? Staqsi lil dawk li semgħuni, x'għedtilhom. Huma jafu x'għedt."[Ġw:18:22] Kif qal hekk, wieħed mill-għases li kien ħdejh ta daqqa ta' ħarta lil Ġesù u qallu: "Hekk twieġbu lill-qassis  il-kbir?"[Ġw:18:23] Ġesù qallu: "Jekk jien għedt xi ħaġa m'hix sewwa, urini fejn; imma jekk għedt is-sewwa, għaliex terfa' idejk fuqi?"[Ġw:18:24] Mbagħad Anna bagħat lil Ġesù marbut għand Kajfa,  il-qassis il-kbir. 

Pietru jerġa' jiċħad lil Ġesù 

[Ġw:18:25] Xmun Pietru mela kien qiegħed hemm għas-sħana; u qalulu: "Int m'intix ukoll wieħed mid-dixxipli tiegħu?" Imma hu ċaħad u qal:   "Le m'iniex."[Ġw:18:26] Wieħed mill-qaddejja tal-qassis il-kbir, li kien jiġi minn dak ir-raġel li Pietru kien qatagħlu widintu, qal: "Mela jiena ma rajtekx miegħu fil-ġnien?"[Ġw:18:27] Pietru ċaħad għal darb'oħra; u minnufih idden is-serduk.

Ġesù quddiem Pilatu 

[Ġw:18:28] Mbagħad ħadu lil Ġesù mingħand Kajfa għall-Pretorju. Kien filgħodu kmieni. Huma ma daħlux fil-Pretorju, għax ma ridux jitniġġsu, biex ikunu jistgħu jagħmlu l-ikla ta' l-Għid.[Ġw:18:29] Pilatu ħareġ barra ħdejhom u qalilhom: "X'akkuża għandkom kontra dan    ir-raġel?"[Ġw:18:30] U huma weġbuh: "Li kieku dan ma kienx raġel ħażin aħna ma konniex nagħtuh f'idejk."[Ġw:18:31] Pilatu qalilhom: "Ħuduh intom, u ġġudikawh intom skond il-liġi tagħkom." Imma l-Lhud qalulu: "Aħna ma għandna setgħa noqtlu lil ħadd."[Ġw:18:32] Dan ġara biex iseħħ dak li Ġesù kien qal meta fisser kif kellu jmut.[Ġw:18:33] Pilatu raġa' daħal fil-Pretorju, sejjaħ lil Ġesù u qallu: "Inti s-sultan   tal-Lhud?"[Ġw:18:34] Ġesù wieġeb: "Dan qiegħed tgħidu int minn moħħok? Jew kienu oħrajn li qalulek dan fuqi?"[Ġw:18:35] Pilatu wieġeb: "Mela jiena Lhudi? Kien il-poplu tiegħek u l-qassisin il-kbar li tawk f'idejja. X'għamilt?"[Ġw:18:36] Ġesù wieġeb: "Is-saltna tiegħi m'hijiex ta' din id-dinja. Li kieku saltnati kienet ta' din id-dinja, l-għases tiegħi kienu jiġġieldu biex ma ningħatax f'idejn il-Lhud; imma tabilħaqq saltnati m'hijiex ta' hawn."[Ġw:18:37] Pilatu qallu: "Mela int sultan?" U Ġesù wieġeb: "Int qiegħed tgħidu; jien sultan. Jien għalhekk twelidt, u għalhekk ġejt fid-dinja, biex nixhed għall-verità. U kull min iħobb il-verità jisma' leħni."[Ġw:18:38] Pilatu qallu: "U l-verità x'inhi?" 

Ġesù kkundannat għall-mewt 

[Ġw:18:39] Issa intom għandkom id-drawwa li neħilsilkom wieħed   fil-Għid. Tridunix neħilsilkom lis-sultan tal-Lhud?"[Ġw:18:40] Hawn huma mill-ġdid bdew jgħajjtu u jgħidu: "Mhux lil dan, imma lil Barabba." Dan Barabba kien brigant. 

[Ġw:19:1] Mbagħad Pilatu ordna li jieħdu lil Ġesù u jagħtuh  is-swat.[Ġw:19:2] Is-suldati nisġu kuruna tax-xewk u qegħduhielu fuq rasu, u libbsuh mantar aħmar skur.[Ġw:19:3] U bdew ġejjin quddiemu u jgħidulu: "Is-sliem għalik, ja sultan tal-Lhud?" U bdew jagħtuh  bil-ħarta.[Ġw:19:4] Għal darb' oħra Pilatu ħareġ barra jgħidilhom: "Araw, se nġibhulkom quddiemkom hawn barra, biex tkunu tafu li jien ma nsib ebda ħtija fih."[Ġw:19:5] U Ġesù ħareġ hemm barra, liebes il-kuruna  tax-xewk u l-mantar aħmar; u Pilatu qalilhom: "Arawh, hawn hu    l-bniedem?"[Ġw:19:6] X'ħin rawh, il-qassisin il-kbar u l-għases bdew jgħajjtu u jgħidu: "Sallbu! Sallbu?" Pilatu qalilhom: "Ħuduh u sallbuh intom; jiena ma nsib ebda ħtija fih."[Ġw:19:7] Il-Lhud weġbuh: "Aħna għandna liġi, u skond din il-liġi għandu jmut, għax għamel lilu nnifsu Bin Alla."[Ġw:19:8] Meta sama' dan, Pilatu aktar baża'.[Ġw:19:9] Raġa' daħal fil-Pretorju u qal lil Ġesù: "Int mnejn int?" Imma Ġesù ma wieġbu xejn.[Ġw:19:10] Għalhekk Pilatu qallu: "Lili ma tkellimx? Ma tafx li jiena għandi s-setgħa neħilsek u għandi s-setgħa nsallbek?"[Ġw:19:11] Ġesù wieġbu: "Ma kien ikollok ebda setgħa fuqi kieku ma ġietx mogħtija lilek minn fuq; għalhekk min ta lili f'idejk għandu ħtija akbar."[Ġw:19:12] Minn dak il-ħin 'il quddiem Pilatu beda jfittex kif jeħilsu; imma l-Lhud issuktaw jgħajjtu u jgħidu: "Jekk teħles lil dan, tiksirha ma' Ċesari, għax kull min jagħmel lilu nnifsu sultan ikun qiegħed jeħodha kontra Ċesari."[Ġw:19:13] Meta semagħhom jgħidu dan, Pilatu ġieb lil Ġesù barra u qiegħdu fuq sedja għolja, fil-post imsejjaħ Litòstrotos, bil-Lhudi Gabbatà.[Ġw:19:14] Kien Jum it-Tħejjija ta' l-Għid, għall-ħabta tas-sitt siegħa. Pilatu qal lil-Lhud: "Arawh is-sultan tagħkom?"[Ġw:19:15] Dawk infexxew jgħajjtu: "Għall-mewt! Għall-mewt! Sallbu?" Pilatu qalilhom: "Jien se nsallab  lis-sultan tagħkom?" Imma l-qassisin il-kbar weġbuh: "Aħna ma għandniex sultan ħlief lil Ċesari?"[Ġw:19:16] Fl-aħħar tahulhom f'idejhom biex isallbuh. 

Ġesù msallab 

[Ġw:19:17] Ġesù rafa' s-salib u ħareġ lejn il-post imsejjaħ 'il-Qorriegħa', bil-Lhudi Golgota.[Ġw:19:18] Hemm huma sallbuh ma' tnejn oħra, wieħed kull naħa, u Ġesù fin-nofs.[Ġw:19:19] Pilatu għamel kitba u waħħalha fuq is-salib; fiha kien hemm miktub,"Ġesù ta' Nazaret, is-sultan  tal-Lhud."[Ġw:19:20] Din il-kitba qrawha ħafna Lhud, għax il-post fejn sallbu lil Ġesù kien qrib il-belt, u l-kitba kienet bil-Lhudi, bil-Latin u  bil-Grieg.[Ġw:19:21] Għalhekk il-qassisin il-kbar tal-Lhud marru jgħidu lil Pilatu: "Ma kienx imissek tikteb, 'Is-sultan tal-Lhud,' imma li 'Dan qal: Jiena sultan tal-Lhud.'?"[Ġw:19:22] Pilatu wieġeb: "Issa li ktibt ktibt?"[Ġw:19:23] Wara li sallbu lil Ġesù, is-suldati ħadu l-ilbies tiegħu u qassmuh f'erbgħa, sehem lil kull wieħed minnhom. U ħadu wkoll   it-tunika; din kienet libsa bla ħjata, minsuġa biċċa waħda minn fuq s'isfel.[Ġw:19:24] Ftiehmu bejniethom u qalu: "Ma nqattgħuhiex, iżda nitfgħu x-xorti għaliha, u lil min tmiss jeħodha." Dan ġara biex isseħħ   l-Iskrittura li tgħid,[Ġw:19:25] Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta' Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta' Kleofa, u Marija ta' Magdala.[Ġw:19:26] Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: "Mara, hawn hu ibnek."[Ġw:19:27] Mbagħad qal lid-dixxiplu: "Hawn hi ommok." U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu. 

 

 Il-mewt ta' Ġesù 

[Ġw:19:28] Wara dan, Ġesù, billi issa kien jaf li kollox kien mitmum, biex isseħħ l-Iskrittura qal: "Għandi l-għatx?"[Ġw:19:29] Kien hemm bieqja mimlija bil-ħall; huma xarrbu sponża bil-ħall, waħħluha ma' qasba ta' l-issopu, u ressquhielu lejn ħalqu.[Ġw:19:30] Kif Ġesù ħa l-ħall, qal: "Kollox hu mitmum?" Mbagħad mejjel rasu u radd ruħu. 

 Il-ġenb minfud ta' Ġesù 

[Ġw:19:31] Billi kien Jum it-Tħejjija ta' l-Għid, il-Lhud ma ridux li f'jum is-Sibt l-iġsma jibqgħu fuq is-salib, għax dak is-Sibt kien jum solenni għalihom. Talbu mela lil Pilatu biex jiksrulhom riġlejhom u jneħħu l-iġsma.[Ġw:19:32] Għalhekk ġew is-suldati u kisru r-riġlejn ta' l-ewwel u tat-tieni wieħed li kienu msallbin miegħu.[Ġw:19:33] Iżda meta waslu għal Ġesù, billi raw li kien ġa mejjet, ma kisrulux riġlejh.[Ġw:19:34] Madankollu wieħed mis-suldati nifidlu ġenbu b'lanza, u minnufih ħareġ demm u ilma.[Ġw:19:35] Dan qiegħed jixhdu min ra b'għajnejh, u   x-xhieda tiegħu hija minnha. Hu jaf li qiegħed jgħid il-verità, biex intom ukoll temmnu.[Ġw:19:36] Għax dan ġara biex isseħħ l-Iskrittura li tgħid,[Ġw:19:37] U hemm ukoll kitba oħra fl-Iskrittura li tgħid,

 

 Id-difna ta' Ġesù 

[Ġw:19:38] Wara dan, Ġużeppi minn Arimatija, li kien dixxiplu ta' Ġesù bil-moħbi għax kien jibża' mil-Lhud, mar u talab lil Pilatu biex jieħu  l-ġisem ta' Ġesù. Pilatu ħallieh, u hu ġie u ħa l-ġisem tiegħu.[Ġw:19:39] Ġie wkoll Nikodemu, dak li qabel kien mar għand Ġesù billejl, u ġieb miegħu taħlita ta' morr u sabbara, tiżen xi mitt libbra.[Ġw:19:40] Dawn it-tnejn ħadu l-ġisem ta' Ġesù u kebbewh bil-faxex ta' l-għażel    bil-fwejjaħ, kif soltu jagħmlu l-Lhud qabel id-difna.[Ġw:19:41] Fejn kienu sallbu lil Ġesù kien hemm ġnien, u f'dan il-ġnien kien hemm qabar ġdid li fih kienu għadhom ma difnu lil ħadd.[Ġw:19:42] Hemm qiegħdu lil Ġesù, għax kien Jum it-Tħejjija għal-Lhud, u għax il-qabar kien fil-qrib. 

Il-qawmien ta' Ġesù mill-imwiet 

[Ġw:20:1] Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, fil-għodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta' Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar.[Ġw:20:2] Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: "Qalgħu l-Mulej   mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh?"[Ġw:20:3] Pietru u d-dixxiplu  l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar.[Ġw:20:4] It-tnejn ġrew flimkien, imma d-dixxiplu l-ieħor ħaffef aktar minn Pietru u laħaq qablu ħdejn   il-qabar.[Ġw:20:5] Tbaxxa, u ra l-faxex ta' l-għażel imqiegħda hemm, iżda ma daħalx.[Ġw:20:6] Mbagħad wasal warajh Xmun Pietru, daħal   fil-qabar, u ra l-faxex ta' l-għażel imqiegħda hemm,[Ġw:20:7] u l-maktur li kien madwar rasu; dan ma kienx mal-faxex, imma mitwi u mqiegħed f'post għalih.[Ġw:20:8] Mbagħad id-dixxiplu l-ieħor, li kien wasal l-ewwel ħdejn il-qabar, daħal hu wkoll, ra, u emmen.[Ġw:20:9] Sa dak in-nhar kienu għadhom ma fehmux l-Iskrittura li tgħid li kellu jqum   mill-imwiet.[Ġw:20:10] Mbagħad id-dixxipli reġgħu lura lejn sħabhom. 

Ġesù jidher lil Marija ta' Magdala 

[Ġw:20:11] Iżda Marija baqgħet 'il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar,[Ġw:20:12] u rat żewġ anġli lebsin  l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta' Ġesù.[Ġw:20:13] Huma qalulha: "Mara, għalfejn qiegħda tibki?" Hi wieġbet: "Għax ħadu lil Sidi, u ma nafux fejn qegħduh."[Ġw:20:14] Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù.[Ġw:20:15] Ġesù qalilha: "Mara, għalfejn qiegħda tibki? Lil min qiegħda tfittex?" Hi ħasbet li kien il-ġardinar, u qaltlu: "Sinjur, jekk ħadtu int minn hawn, għidli fejn qegħedtu, u jiena nġibu lura."[Ġw:20:16] Ġesù sejjħilha: "Marjam?" Hi daret u qaltlu bil-Lhudi: 'Rabbuni!' jiġifieri Mgħallem.[Ġw:20:17] Ġesù qalilha: "La tmissnix, għax għadni ma tlajtx għand il-Missier; imma mur għand ħuti u għidilhom li se nitla' għand Missieri u Missierkom, Alla tiegħi u Alla tagħkom."[Ġw:20:18] Marija ta' Magdala marret għand id-dixxipli u tathom l-aħbar: "Rajt   lill-Mule?", u qaltilhom x'qalilha. 

Ġesù jidher lid-dixxipli tiegħu 

[Ġw:20:19] Dak in-nhar fil-għaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta  d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f'nofshom; u qalilhom: "Is-sliem għalikom?"[Ġw:20:20] Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw   lill-Mulej.[Ġw:20:21] Mbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: "Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom."[Ġw:20:22] Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: "Ħudu l-Ispirtu s-Santu.[Ġw:20:23] Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma." 

 

Ġesù u Tumas

[Ġw:20:24] Tumas, wieħed mit-Tnax, jgħidulu t-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù.[Ġw:20:25] Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: "Rajna l-Mulej." Iżda hu qalilhom: "Jekk ma narax f'idejh il-marka ta'   l-imsiemer u ma nqigħedx sebgħi fuq il-marka ta' l-imsiemer u idi fuq ġenbu, jien ma nemminx."[Ġw:20:26] Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa, u Tumas magħhom. Il-bibien kienu magħluqa, imma Ġesù daħal, qagħad f'nofshom, u qalilhom: "Is-sliem għalikom?"[Ġw:20:27] Mbagħad qal lil Tumas: "Ġib sebgħek hawn u ara idejja, u ressaq idek u qegħedha fuq ġenbi; tkunx bniedem bla fidi, iżda emmen."[Ġw:20:28] Wieġeb Tumas u qallu: "Mulej tiegħi u Alla tiegħi?"[Ġw:20:29] Qallu Ġesù: "Emmint għax rajtni! Henjin dawk li ma rawx u emmnu." 

Għalfejn inkiteb dan il-ktieb 

[Ġw:20:30] Hemm ħafna sinjali oħra li Ġesù għamel quddiem id-dixxipli tiegħu u li m'humiex imniżżla f'dan il-ktieb.[Ġw:20:31] Iżda dawn inkitbu sabiex intom temmnu li Ġesù hu l-Messija l-Iben ta' Alla, u biex   bit-twemmin tagħkom ikollkom il-ħajja f'ismu.

L-EVANGELJU KOMPLUT TA' SAN ĠWANN