Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

L-Arti tar-Restawr

Intervista ma' Dun Charles Vella - Konservatur u Restawratur

minn Adrian Sammut u Marco Saliba (L-ewwel Parti)

 

Kif bdiet il-ħajra għall-arti fik u xi studji għamilt?

L-imħabba għall-arti kienet dejjem fija tant li min meta kont żgħir bdejt nimmudella fit-tafal imma fl-istess żmien li qaddist kont tlajt Milan u għamilt kors fir-restawr tal-bottega li kienet iffurmat skejjel ma reġjuni differenti fl-Italja. Din kien jisimha P.D.M. Proffesione didattica Moderna. Kienet twaqqfet minn restawraturi irtirati, li xi whud kienu magħrufin ħafna u għamlu xoghol importanti ta restawr. Dak iż-żmien l-italja kienet maqsuma f’zewġ unjins ta restawraturi, dawk tal-bottega, u dawk tal-istitut bħala akkademiċi. Qabel l-esperjenza tiegħi barra min Malta,  fit-tmeninijiet, kont student ta l-iskola tal-arti f’Malta, kif ukoll studjajt ma restawraturi stabiliti f’Malta f’dak iz-zmien. Il-korsijiet, l-istudju u r-riċerka dejjem  kien jinkorpora fih kemm ir-restawr tal-pittura kif ukoll tal-iskultura polikromatika. F’dan il-qasam importanti li żżomm ruħek aġġornat dwar  il-filosofija u l-etika tar-restawr kif ukoll fuq prodotti ġodda li jkunu qed joħorġu fis-suq. Għal dan il-għan, illum il-ġurnata inżomm ruħi f’kuntatt  mal-Universita’ta’ SACI ġo Firenze u minn żmien għal żmien ningħata l-opportunita’ li nsegwi l-korsijiet ta aġġornament dwar il-konservazzjoni u r-restawr li jkunu qed isiru. Ma jonqsux esperjenzi fuq pitturi famużi u jkolli ix-xorti li insegwi b’mod attiv bħal ma’ kelli ricentement fuq il-pittura famuza ta Raffaello La Madonna del Cardellino. (ritratt)

Fl-opinjoni tiegħek x’inhuma l-kwalitajiet li jagħmlu biċċa arti sagra?

Dan jiddependi mis-suġġett tal-biċċa xogħol artistika. Hawnhekk tajjeb niddistingwu bejn arti reliġjuża u arti b’suġġett reliġjuż. Arti reliġjuża m’għandhiex sempliċiment tkun sabiħa biss,  imma jrid ikollha ċertu poter u dinamika, fi kliem ieħor ikollha l-qawwa li tittrasmettilek xi ħaġa aktar profonda min dak li jidher estetikament. Mikelangelo kien jgħid ‘Perfection is not detail but detail makes perfection’. L-arti sagra irid ikollha effetti aktar minn sempliċiment “pretty” u d-dixxiplina ta’ arti sagra trid twasslek għad-devozzjoni. Ejja nieħdu r-Redentur tal-Isla bħala eżempju. Mhux importanti daqsekk l-aspett artistiku daqs kemm l-aspett devozzjonali. Għandu l-kapaċita li jdaħħlek fil-misteru li qed jirrappreżenta u jqanqlek. Anki l-Purċissjonijiettal-Ġimgħa l-Kbira infushom kienu jdaħħluk f’din l-ispiritwalita. Ma kienux bil-ħafna persunaġġi li naraw illum, imma kienu sempliċi, mdawwla biss bix-xemgħat li jirriflettu fuq wiċċ l-istatwi u akkumpanjati mill-fratellanzi b’wiċċhom mgħotti. Mill-banda l-oħra, l-arti b’suġġett Reliġjuż hija ħaġa differenti. Dawn jistghu biss jagħtu narrazzjoni , u jiddeskrivu, xi whud jaslu saħansitra għall-psewdo religjuż. Ikunu religjuz ipprofonat, xi drabi ukoll psewdonomija totali kemm religjuza kif ukoll artistika.

Induru issa għar-restawr. Ir-restawr huwa arti jew xjenza?
 
Ir-Restawr huwa essenzjalment xjenza u arti . Ix-zjenza tgħinek f’dak li għajnejk ma jistawx jaqraw, u tagħtik direzzjonitajba biex tifhem il-materjali li tkun qed taħdem bihom kif ukoll dawk li jkunu jiffurma l-oġġett. Tgħinek biex ma tieħux żbalji fil-kalkoli tal-interventi, u tagħti dijagnostika aktar korretta. Ix-xjenza tinkorpora fiha d-dokumentazzjoni li hija mill-aktar importanti, għax b’hekk l-interventi ma jkunux sempliciment eżerċizzju ta’ sengħa, imma taghti timbru aktar akkademiku u xjentifiku. Madankollu, il-fatt li r-restawr isir minn artista huwa ta’ vantaġġ għaliex dan jista jinterpreta u jifhem aħjar l-oġġett li jkollu quddiemu. Fejn jidħol ir-restawr, jeżisti kodiċi ta’ etika universali fosthom li x-xogħol irid ikun riversibbli u li ma jagħmilx danni lill-opra.
 

Hawn Malta matul iż-żmien saru ħafna interventi u restawr fuq il-vari. X’jidhirlek?

Hafna drabi hawn Malta, ir-restawr kien ifisser li l-vara terġa tinżebaħ skont l-interpretazzjoni tal-artist li jkun qed jagħmel l-interventi suċċessivi, bir-riżultat li  tintilef il-polikromija  oriġinali. L-ewwelnett, tajjeb ngħidu li statwa għandha titpitter u mhux tinżebaħ. Kien hemm artisti li taw interpretazzjoni tajba u oħrajn inqas tajba. Ir-restawratur jinqabad f’dilemma jekk għandux jikkonserva jew le restawr li sar matul iż-żmien fuq l-istatwa. Safejn l-interpretazzjoni moghtija mir-restawraturi ta’ qabel hija tajba u l-istat tal-istatwa jippermetti, allura għandu  jikkonserva l-interventi ta’ konservazzjoni li issa jkunu saru parti mill-istorja tal-istatwa. Jekk mill-banda l-oħra, xogħol ta’ restawr li sar qabel iddeterjora u ma huwiex ta livell, jew agħar min hekk ifixkel dak li huwa sabiħ  u originali fl-istatwa, allura jkun aktar għaqli li tneħħi għal kollox il-fdal tal-interventi ta’ qabel u tirrestawra l-istatwa skont ix-xjenza u l-arti li jixirqilha u bl-użu ta’ żebgħa kompatibbli ma dik li kienet intużat mill-iskultur oriġinali. Problema oħra marbuta mar-restawr hija l-aspett soċjali. In-nies tkun drat bil-vara anki jekk matul iż-żmien ikunu saru fuqha interventi li biddluha min kif kien sawwarha l-artist tagħha. Allura jekk ir-restawratur jirnexxilu jerġa joħroġ il-vara oriġinali kif ħadimha l-iskultur, ir-riżultat jista’ jixxokja lin-nies li ovvjament qatt ma kellhom ħjiel kif kienet fil-bidu. L-esperjenza turi li għalkemm etikament tkun korrett, trid tkun prudenti, u jekk ħaga tkun ser tinbidel estetikament minn interventi ġustifikati, tajjeb li wieħed ifiehem u jeduka. Fejn hemm marbuta devozzjoni qawwija ma dik il-vara, huwa sagrosant li tħares dak li jidher u tagħmel interventi minimi, jew sempliċiment  monitoraġġ , u konservazzjoni priventiva.

Meta tiġi biex tirrestawra statwa, xi studju tagħmel qabel tibda l-intervent?

L-ewwel għandu jsir rapport li juri, kemm bil-fotografija, kif ukoll bil-kitba, l-istat preżenti ta’ konservazzjoni, u l-kundizzjonijiet kollha, imbagħad wieħed wara li jistabilixxi dan, jikteb rapport ieħor bil-metodi kollha li bihom ikun ser jaħdem u jintervjenti. Dan għandu jintbgħat lill-kumissjoni tal- patrimonju tal-kurja u min hemm għandu jiġi ikkonfermat. Aspetti xjentifiċi oħra jekk neċessarji għandhom isiru bħal per eżempju, jekk ikun hemm ħafna interventi, dik li tissejjaħ stratagrafija. Din tista ssir b’żewġ modi, jew permezz ta’ microchip żgħira jiġifieri tieħu sample żgħira tal-istatwa u tistudjaha taħt mikroskopju biex tara kemm interventi għandha. It-tieni mod huwa l-istratagrafija manwali li tfisser li tieħu kampjun zghir, u  tibda tqaxxar layer wara layer ta’ żebgħa sakemm issib iż-żebgħa oriġinali. Tista’ wkoll tara taħt id-dawl tal U.V. F’kas li l-konservazzjoni tal-livelli polikromatici tkun ambigwa, u ma tistax issalva l-originali, minħabba li jkun ġie ddeterjorat gravament bl-interventi fuqu, matul iz-zmien, wara li jkollok dan it-tagħrif b’rizultat tal-istratagrafija, tista’tagħti interpretazzjoni tal-kulur taż-żebgħa li uża l-artist  originali  u tipprova tinterpreta l-istess kuluri. Iżda importanti li l-interventi għandhom ikunu minimi kemm jista jkun. F’Konservazzjoni mhux neċessarjament trid tagħmel interventi invasivi. Dawn għandhom ikunu limitati għal meta ma tkunx tista tagħmel mod ieħor biex taqdi l-funzjoni tat-tradizzjoni u d-devozzjoni.

Is-susa dejjem kienet problema fejn jidħlu vari tal-kartapesta u saħansitra kellna vari li tnawwru għal kollox. X’inhi s-sitwazzjoni llum il-ġurnata?

Is-susa dejjem kienet problema fejn jidħlu vari tal-kartapesta u saħansitra kellna vari li tnawwru għal kollox. X’inhi s-sitwazzjoni llum il-ġurnata? Illum il-ġurnata fortunatament, il-bniedem sab diveri modi kif jevita s-susa kompletament. Per eżempju tista’ tpoġġi l-istatwa ġo borża kbira u tneħħi l-arja kollha biex b’hekk fi ftit jiem tinqered kull ħajja li jista’ jkun hemm fl-istatwa u normalment wara ntervent bħal dan, l-istatwa ma terġax tiġi attakkata mis-susa. Teżisti wkoll kimika apposta li tipproteġi l-biċċa xogħol tal-arti. Hawn metodi oħra li jiggarantixxu u jiprevedu infestazzjoni.