Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Bħalissa dan-sit qed jiġi rinnovat u xi paġni mhux qed jidhru kif suppost. Għalhekk niskużaw ruhna għal kull inkovenjent.

 

This site is currently being updated and some pages may not display correctly. We apologise for any inconvenience

Merħba

Ta' kull sena fil-gżejjer Maltin, iż-żmien tar-Randan iġib miegħu kullana  mżewwqa ta' ċelebrazzjonijiet Liturġiċi, Purċissjonijiet, wirjiet u attivitajiet diversi  b’turija tad-devozzjoni lejn l-akbar ġrajja fl-istorja tal-bniedem, dik tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien ta' Sidna Gesu Kristu.                                                 

Mal-milja taż-żmien, missirijietna stinkaw b’tant ħeġġa u mħabba biex isebbħu l-knejjes  tagħna b’opri artistiċi għal matul dan iż-żmien Qaddis.   L-Għan prinċipali ta dan is-sit hu li niġbru flimkien tagħrif komprensiv fuq l-iżvilupp tal-kult lejn il-Ġimgħa Mqaddsa fil-gżejjer tagħna u nesponu għall-apprezzament tiegħek dan il-wirt storiku li ħallewna l-istatwarji, skulturi u artisti kemm antiki kif ukoll kontemporanji.


Nixtiequ wkoll nuru l-apprezzament tagħna lejn dawk in-nies kollha li jħabirku biex iżommu dawn it-tradizzjonijiet ħajjin billi ta’ kull sena jtellgħu ċenakli, drammi u wirjiet diversi   Nittamaw li dan is-sit jogħoġbok u nħeġġuk tibagħt il-'link' lil min taħseb jista jinteressah fosthom lil qrabatek li jghixu barra minn Malta.


Grazzi talli għoġbok iżżur dan is-sit.


Adrian Sammut u Marco Saliba


Webmaster

L-ISTATWA TA ĠESU REDENTUR TAL-ISLA PROĊESS TA’ KONSERVAZZJONI

 

Din ix-xbieha mirakuluża ta' Ġesu Redentur hija tant għażiża għall-Maltin, li nistgħu nqisuha bħala ikona jew xbieha Nazzjonali. Din ix-xbieha, għal mijiet ta' snin terrqet, f'tant purċissjonijiet u f'pellegrinaġġi, f'kundizzjonijiet klimatiċi mhux daqstant feliċi, u wara interventi oħra, issa bdiet tpoġġi fuqna aktar responsabbilta’ biex nindukrawha bl-aktar modi professjonali. 


Fil-fatt kienu ġew ikonsultati xi statwarji u nies li jaħdmu fix-xogħol tal-kartapesta. Iżda fuq pariri tiegħi milqugħa mill-Arċipriet (peress li ir-riċerka tagħmel parti mill-istrateġija tax-xogħol tiegħi, bħala konservatur, jiġifieri li naħdem fil-konservazzjoni tal-opri artistiċi u storiċi) il-konklużjoni kienet li qabel kull intervent, għandu jsir  studju tajjeb biex wieħed jara verament x'hemm bżonn, u fuq dan l-istudju wieħed jagħti proposti konkreti ta' dak li verament hu meħtieġ. .........(aqra aktar)  

 

 IS-SEBA' KELMIET TA' ĠESU' FUQ IS-SALIB

Kristu Ġesù miet fuq is-Salib biex jeħles l-umanità. Jiġifieri biex jeħlisna minn dnubietna permezz ta’ mħabbtu għalina. Bħalma jirrakkuntawlna l-Vanġeli ta’ Mattew, Mark, Luqa u Ġwanni fil-Bibbja Ġesù Kristu kien imwarrab, miċħud, imsawwat, iwaqqa’ għaċ-ċajt u ittorturat fil-pretorju. Ġarr salibu mill-Via Dolorosa f’Ġerusalem sal-Kalvarju. Hemmhekk kien imsallab u mdendel bejn żewġ ħallelin li kien jafhom kulħadd. Bata tbatija li diffiċli timmaġinha u tfissirha. Liema tbatija l-Knisja għadha tfakkar fil-Ġimgħa l-Kbira tal-Ġimgħa Mqaddsa.


Wieħed jista’ jimmedita fuq il-Passjoni ta’ Kristu billi jirrifletti fuq is-Seba’ Kelmiet li tenna fuq is-Salib jew bid-devozzjoni Franġiskana magħrufa aħjar bħala l-Mixja tas-Salib.  Meta l-pellegrinaġġi reliġjużi għall-Art Imqaddsa intemmu bl-okkupazzjoni militari ta’ Ġerusalem fiż-Żminijiet tan-Nofs ingħata bidu għad-devozzjoni popolari, magħrufa aħjar bħala l-Mixja tas-Salib. ......(aqra aktar)

 

Religjon u Fidi

 
Jerusalem
Jarre (Jesus of Nazareth)
-6:20
 

Sponsor Principali           

 
 
 
 

 
Webmasters
 Marco Saliba - Adrian Sammut
Email
Telephone
 +356 99829324
                                                                                 Sponsors