Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Għalkemm wieħed mill-iżgħar irħula fid-djoċesi Għawdxija, il-Qala għandha storja twila ta’ devozzjoni lejn il-passjoni u l-mewt ta’ Kristu kif ukoll lejn id-duluri ta’ Sidtna Marija kif jixhdu numru ta’ statwi u xbihat ta’ pittura antiki li hemm fil-Knisja Parrokkjali fosthom waħda tad-Duluri u bust ta’ l-Ecce Homo.


Il-Knisja Parrokkjali hija mogħnija b’sett kwadri artistiċi tal-Via Sagra li saru fl-1925 bit-tħabbrik ta’ Dun Ġużepp Vella li wara laħaq Kappillan tal-istess raħal. Dawn il-figuri maħdumin bħala ‘Bassoriliev’ huma xogħol l-istatwarju Għawdxi Wistin Camilleri filwaqt li l-gwarniċi ta’ l-injam huma disinn u xogħol l-iskultur Kalcidon Buġeja. L-induratura saret minn Ġużepp Farrugia mill-Imdina. 

 

Il-Qala għandha rabta speċjali mal-Parroċċa tal-Isla u din tidher fid-devozzjoni speċjali li ż-żewġ Parroċċi għandhom lejn Kristu Redentur. Tant hu hekk li kull sena fix-xhur ta' Ġunju - Lulju, kemm fl-Isla kif ukoll fil-Qala jiġu organiżżati pellegrinaġġi bil-vari tar-Redentur u l-fratelli jieħdu sehem fil-pellegrinaġġi ta’ xulxin.

 

Fil-Qala, il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru l-Passjoni ta’ Kristu kienu, sa ftit snin ilu, isiru nhar it-Tlieta ta’ qabel il-Ġimgħa l-Kbira. Mill-knisja joħorġu fila ta’ xbihat  u għal sagħtejn it-toroq tal-Qala jinbidlu fit-triq twila li wasslet lil Kristu sal-Kalvarju, il-Via Sagra, it-triq Qaddisa. Bħall-folla f’Ġerusalemm, il-Qalin jimxu ma’ Kristu fit-tbatija u jirriflettu fuq dak li għadda minnu Kristu għas-salvazzjoni tagħna. Din il-'Via Sagra fil-Beraħ' għalkemm ilha ssir ftit snin biss qed tissebbaħ sena wara l-oħra. Minbarra l-Banda tar-raħal li takkumpanja bil-marci funebri, jieħdu sehem il-fratelli tal-erba’ fratellanzi mwaqqfa f’dan ir-raħal, tfal liebsin iż-żimarri u rġiel  liebsin ta’ suldati Rumani, oħrajn mgħammda jġorru s-slaleb u l-ktajjen. Biż-Żieda fil-vari, aktar ma jmur, aktar din il-Via Sagra qed tieħu l-forma ta' Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira kif nafuha f'lokalitajiet oħra u mil-2012, din il-manifestazzjoni bdiet issir f'Ħadd il-Palm fil-għaxija.

 

Issa se nagħtu ħarsa ħafifa lejn il-vari tal-Passjoni ta’ dan ir-raħal li bl-eċċezzjoni tad-Duluri li hija antika, huma kollha żidiet ta’ dawn l-aħħar snin. Tajjeb ngħidu mill-ewwel li l-bradelli kollha għal dawn il-vari, u l-bankuni, inħaddmu mill-Qalin, hekk ukoll il-brazzi tal-ħadid u l-globi tal-istained glass. 

 

Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Qala

Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 fis-6.30pm

Mesto Ricordo (P Giannini)

L-Ort

 

Fl'2011, din il-Parroċċa żanżnet vara ġdida ta’ Kristu fl-Ort tal-Getsemani ikkonfortat minn anġlu. Dan ix-xogħol sabiħ huwa ta’ l-artisti Michael u Adonai Camilleri Cauchi.

This is the most recent addition to the processional statues in Qala. It represents the Agony of Jesus Christ in Gethsemane and was commissioned to renowned Gozitan artist Michael Camilleri Cauchi and his son Adonai. It first joined the procession in 2011.

 
 

Vara hija waħda minn tlieta li nxtraw mill-Parroċċa lejn l-aħħar tas-seklu għoxrin. Xogħol Spanjol tad-ditta El Arte Cristiano għalkemm inxtrat mingħand id-ditta Mar Statue Sacre ta’ Ruma.

This statue of the flagellation is the work of 'El Arte Cristiano' in Spain but was bought from from a Roman firm 'Mar Statue Sacre' towards the end of the 20th century.

Il-Marbut

 

Ecce Homo

 

Din il-Vara nġiebet ma' dik tal-Marbut u hija wkoll xogħol Spanjol għalkemm inxtrat minn Ruma. Ta' min jgħid li dawn l-istatwi huma magħmula mill-pasta madera li hija tip ta' komposizzjoni aktar soda mil-kartapesta ta' Malta.

This statue of 'Christ crowned in Thorns' was also purchased from Italy along with the previous statue. It is pertinent to note that these statues are made from 'pasta madera'  which is much stronger than the traditional 'papier-mache' commonly used in other statues on the islands

 

Ir-Redentur

 

M’hemmx dubju li din il-vara tar-Redentur hija kkunsidrata mill-Qalin bħala l-Ikona tagħhom tal-Passjoni ta’ Kristu għalkemm ilha li nħaddmet mil-2005 biss. Dan ir-Redentur huwa xoghol iehor lokali fis-sett tal-Qala u sar mill-artist u statwarju Għawdxi  Michael Camilleri Cauchi.

This iconic figure of Christ falling beneath the Cross is undoubtfully the most revered statue in this set of processional statues athough it is a quite recent addition. It is the work of Gozitan artist and sculptor Michael Camilleri Cauchi which he completed in 2005.
 

Il-Veronika

 
 
Fl-2015, il-Qalin ħasbu biex ikomplu jsebbħu s-sett tagħhom b'żieda kompletament ġdida. L-Artisti Michael u Adonai Camilleri Cauchi sawru din il-figura artistika tal-Veronika bil-kartapesta li ħarget għall-ewwel darba fil-purċissjoni tal-Ħadd 29 ta' Marzu 2015.

Il-Vara l-Kbira

 

Il-Vara L-Kbira tal-Qala kif tidher hawnhekk hija kompozizzjoni li ħarġet għall-ewwel darba fil-purċissjoni tal-Ġimgħa L-Kbira nhar Hadd il-Palm tal-2012.  Il-figuri tal-Madonna u San Ġwann huma xogħol Wistin Camilleri li  fl-aħħar snin kienu jintramaw fuq l-artal maġġur taħt il-Kurcifiss li huwa xogħol ta Michael Camilleri Cauchi.

Fl-ewwel snin meta fil-Qala bdiet tigi organizzata l-Via Sagra bi ftit vari, dawn kienu jintramaw fuq il-bradella taħt il-Kurcifiss ta' Bolzano iżda wara ftit ġie deciz li l-Kurċifiss jinħareġ waħdu.


Il-Kurċifiss li naraw fir-ritratt huwa wieħed antik ħafna li kien jintuża għal priedka tat-tlett siegħat.  Waqt il-proċess tar- restawr fl-2012 minn Michael u Adonai Camilleri Cauchi, instabu erba' passati oħra ġibs li kienu ingħataw fuqu u li kienu neħħew ċertu dettalji u wara dan l-intervent mil-artisti  il-kurċifiss issa għandu aktar anatomija spjegata.  Fuq din il-vara ma nsibux il-figura tal-Maddalena kif naraw normalment fil-vari ta' dan il-Misteru tal-Passjoni.

The statuary group of the Crucifixion shown here is a composition that first joined the Good Friday procession on Palm Sunday 2012. The figures of the Madonna and St. John are the work of Wistin Camilleri which in recent years had been placed under the altar crucifix, the work of  Michael Camilleri Cauchi.


The crucifix that we see in the photo is antique and was used during the Lenten Mass.. During the restoration process in 2012 by Michael and Adonai Camilleri Cauchi, four other plaster coats that were applied in past and had covered certain details were removed. After this intervention the crucifix now has a more defined anatomy. On this statue we do not find the figure of  St Magdalene as is most common in this Mystery of the Passion.

 
 

Din hija vara ewlenija f’Għawdex u għalkemm f’Malta nsibuha fiż-Żejtun u f’Ħal Qormi, l-ebda waħda minn dawn m’għandha daqstant għadd ta’ persunaġġi fiha. Fil-fatt din il-vara ta’ seba’ figuri hija vara tqila ħafna tant li meta kull sena fil-purcissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, tinġarr minn għoxrin reffiegħ. Bħal vari l-oħra li nxtraw fl-aħħar snin, din hija xogħol Spanjol tad-ditta El Arte Cristiano kif jixhdu s-siġilli li hemm fuq l-istatwi.

 

This is a unique statue in Gozo and although it is found in Malta in Zejtun and Qormi, none has so many figures included. In fact this statue of seven figures is so heavy  that during the procession on Palm Sunday it is carried by twenty men. Like other statues purchased in recent years, this is a work by Spanish brand El Arte Cristiano as is evidenced by the seals on the statues themselves.

Id-Depożizzjoni

 

Il-Monument

 
 

Fil-Purċissjoni tal-2012 li saret f'Ħadd il-Palm 1 t'April 2012, giet mzanzna urna ġdida li nħadmet minn Karmnu Curmi.       Ix-Xogħol tad-drapp ġie fdat f'idejn Cettina Theuma u Maria Cutajar.

 

For the 2012 Procession held on Palm Sunday a new monument to the Dead Christ  inaugurated which is the work of Carmel Curmi. The sewing and embroidery was entrusted to Cettina Theuma and Maria Cutajar.

 
 

Din il-Vara qadima inġiebet mill-Knisja ta’ Savina tal-Belt Vittorja fl-1924, xogħol ta' l-istatwarju Karlu Darmanin.

This antique statue was brought from the Church of Savina in Victoria in 1924, an is the work of artist Karlu Darmanin.

Id-Duluri

 

Il-Purċissjoni