Il-Vari Tal-Gimgha L-Kbira F'Malta

 Ħal Qormi

It-tradizzjoni marbuta mal-Gimgha Mqaddsa f'Hal Qormi hija antika hafna izda l-ewwel referenza dokumentata ta' pucissjoni tohodna lura ghas-sena 1764. Dik is-sena, nafu li l-purcissjoni kienet diga' tinkludi numru ta' vari tal-passjoni u din tindika b'mod car li l-origini taghha setghet kienet hafna qabel. Nafu li lejn l-ahhar tas-seklu tmintax, f'Hal Qormi kienu jsiru kull Hadd tar-Randan, hames purcissjonijiet biex jitfakkru il-hames misteri tat-tbatija u f'kull prucissjoni kienet tohrog il-vara li tirrapprezenta dak il-misteru. Ghalhekk, sa dak iz-zmien, diga kien hemm il-vari tal-Ort, il-Marbut, l-Ecce Homo, ir-Redentur u l-Veronika li kienu johorgu flimkien u l-Vara tal-krucifissjoni. F'Hadd il-Palm, imbaghad kienet issir purcissjoni bil-vari kollha li f'xi zmien bdiet issir fil-gurnata proprja tal-Gimgha l-Kbira. Il-purcissjoni tad-Duluri kienet issir il-Gimgha ta' qabel il-Gimgha l-Kbira bhalma ghadha ssir sal-llum. F'Hal Qormi, il-purcissjoni kienet tigi organizzata mill-Fatellanza tas-Sagrament u mill-Fratellanza tar-Ruzarju.

Il-Purcissjoni fl-antik kienet tkun wahda devozzjonali u penitenzjali ghall-ahhar.Jissemmew penitenti lebsin l-abjad jew l-iswed b'rashom mghammda u jgorru l-ktajjen bhala weghda ghal xi grazzja maqlugha jew Penitenza. Jista jkun ukoll ghalkemm m'hemm xejn fic-cert li bhal f'lokalitajiet ohra, f'Hal Qormi kien ikun hemm il-battuti li kienu nies li  jsawwtu lilhom infushom bhala penitenza. Dawn madankollu kienu inqatghu f'Malta kollha matul is-seklu dsatax.

Kien ghall-bidu tas-seklu ghoxrin li bdew jidhru l-persunaggi Biblici fil-purcissjoni u jidher li Hal Qormi kien wiehed mill-pijunieri biex titkattar din it-tradizzjoni. Wiehed minn nies li hadem hafna biex il-purcissjoni tiehu l-forma ta' pagaent li naraw illum kien l-Arcipriet Dun Gerard Frendo u dan fis-snin hamsin tas-seklu ghoxrin.

Kien hemm zmien fejn gruppi ta' nies partikulari kellhom id-dritt fuq l-irfiegh ta' xi vari. Sa mill-1995, l-irfiegh tal-vari jinsab f-idejn il-hames Fratellanzi li hemm fil-Parrocca. Kull fratellanza ikollha gaj f'hames vari li jigu kull sena alternati biex b'hekk kullhadd ikollu cans jerfa f'kull vara tul is-snin. Ta' min jghid li Hal Qormi, bi tnax il-vara, hemm bzonn ta' mija u ghoxrin reffiegh. Din izda mhix problema ghax fil-fatt ikun hemm id-doppju ta' daqshekk li jkunu jixtiequ jerfghu f'xi vara. Ir-reffiegha jridu jiehdu hsieb huma u bi flushom biex jarmaw il-vari u jsibu n-nies ghall-furcini. Il-vari jigu mzejjna artistikament bil-ward u jinxteghlu bid-dawl matul it-triq tal-purcissjoni.

Il-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira f'Hal Qormi

Il-Gimgha 10 t'April 2009 fil-5.30pm

 Ic-Cena

Huwa biss f'Hal Qormi u z-Zebbug Ghawdex fejn insibu il-vara tal-Ahhar Ċena. Hal Qormi ntroduċieha f'Malta fl-1961 u ngiebet minn Bari, l-Italja, xoghol ta' Salvatore Bruno. Il-kalċi f'idejn Kristu huwa tal-fidda miksi bid-deheb u kien ta' Dun Beneditt Axisa.

L-Ort 

M'ghandniex dokumentat ezatt meta saret din il-vara ghal Hal Qormi izda din dehret xi snin wara l-1878. Ta' min jghid li dak iz-zmien ma kien xejn komuni li tara vara tal-Ort b'zewg angli ifarrgu lil Kristu. Fil-fatt, vara b'zewg angli kienet saret biss ghal Bormla fl-1878 u peress li din kienet xoghol mastru Karlu Darmanin, hafna jattribwixxu l-vara ta' Hal Qormi lill-istess statwarju. Hemm ohrajn, izda, li jsostnu li din tista tkun xoghol Vincenzo Cremona li wara kollox jinghad li  kien tghallem is-sengha minghand l-istess Darmanin.

It-Tradiment ta' Guda

Hal Qormi kien l-ewwel lokalita li fl-1908 dahhal il-Vara tat-tradiment ta' Guda fil-gzejjer Maltin u baqa' uniku sal-1961 meta saret ohra ghaz-Zejtun. Il-vara hija xoghol sabih tal-kartapesta,  wahda mill-ahhar vari li hallielna mastru Karlu Darmanin qabel halla dan il-wied ta' dmugh.

 Wara l-Flagellazzjoni

 

 

Il-vara tal-Marbut li tohrog illum hija xoghol l-istatwarju Alfred Camilleri Cauchi u saret fl-1981. Turina lil Kristu qed jinhall minn mal-kolonna imdawwar b'zewg manigoldi. Din il-vara hadet post ohra (ara ritratt taht) li kienet ukoll bi tliet figuri u li kienet ngiebet minghand Salvatore Bruno ta' Bari fl-1962 li izda ma kelliex hajja twila. Tajjeb jinghad li qabel l-1962, Hal Qormi diga kellhom vara bi Kristu wahdu marbut mal-kolonna kif tradizzjonalment narawh.

 

 

 

 

Ecce Homo

 

 

L-Ecce Homo ta' Hal Qormi, ghal darb'ohra vara bi tliet figuri, saret ukoll minn Alfred Camilleri Cauchi sena wara l-Marbut jigifieri fl-1982. Ta' min jghid li din hi l-unika vara f'Malta fejn jidher il-qassis il-kbir. Il-vara ta qabel din kienet ukoll ta' Bari (ara ritratt taht). Fl-antik, Hal Qormi kellhom Ecce Homo tradizzjonali, bi Kristu nkurunat bix-xewk bil-qieghda fuq kolonna. Din ix-xbieha ghadha esposta ghall-pubbliku fil-knisja Matrici ta' San Gorg Martri.

 

 

Ir-Redentur 

Ghalkemm m'hemm xejn b'ċertezza, jinghad li dan ir-Redentur sar xi zmien wara l-1887 u hu attribwit lil mastru Karlu Darmanin. Fatt kurjuz u nteressanti hareg fid-dawl waqt l-ahhar restawr li sar minn Alfred Camilleri Cauchi fl-1986. Instab li taht il-qoxra tal-istatwa prezenti kien hemm redentur iehor shih ghajr ghar-ras. Dan jaghtina x'nifhmu li l-istatwarju uza r-redentur il-qadim bhala qafas biex jaghmel il-gdid, forsi biex ikabbar il-qies tal-istatwa. Dawn imma huma kollha supposizzjonijiet.

Gesu' Jiltaqa ma' Ommu Marija 

Ix-xena ta' Gesu jiltaqgha m'ommu mhix komuni fil-purċissjonijiet taghna u minbarra Hal Qormi narawha biss f'Rahal Gdid u fix-Xaghra Ghawdex. Il-vara li naraw illum hija xoghol sabih fil-kartapesta tal-istatwarju Alfred Camilleri Cauchi u saret fl-1980. Is-salib tal-kewba sar mill-imghallem Qormi Manwel Debono.

 

 

 

Qabel din il-vara, kien hemm ohra (ara ritratt xellug) li kienet ingiebet minghand Salvatore Bruno ta' Bari flimkien ma dik tal-Ahhar Ċena fl-1961. Madankollu, din bdiet titmermer u gie deċiz li tinbidel.

 

 

 

 

 

Gesu' mghejjun minn Xmun iċ-Ċirinew

(Veronika u n-nisa ta Gerusalem)

Ghal darb'ohra din il-vara tipprezentalna novita' li ma ssibha mkien iehor. F'vara wahda, l-istatwarju irnexxielu jdahhal tliet episodji mill-passjoni, jigifieri, il-laqgha mal-Veronika, lil Xmun iċ-Ċirinew jerfa' s-salib u mara tirrapprezenta lin-nisa ta' Gerusalem.  

 

 

 

Din il-vara hadet post ohra minn ta' Bruno (ara ritratt lemin). Il-figura tal-Veronika hija xoghol li Karlu Darmanin ghamel lejn tmiem is-seklu dsatax u li kienet twarrbet mal-wasla tal-vara ta' Bruno. Il-figuri ta' Kristu, Xmun iċ-Ċirinew u l-mara bit-tifla f'idha huma xoghol Alfred Camilleri Cauchi li lesta din il-vara fl-1981. Is-salib tal-kewba sar minn Salvu Borg.

 

 

 

 

Il-Vara l-Kbira

Il-kurċifiss tal-Vara l-Kbira huwa xoghol ta' statwarju mhux maghruf izda kemm mis-sengha tax-xoghol innifsu kif ukoll min xi evidenzi ohra li nstabu waqt restawr li sar fuqu, ghandna ghax nifhmu li sar lejn il-bidu tas-seklu tmintax. Waqt ir-restawr instab ukoll li qabel, Kristu kien rapprezentat bhalha mejjet imma sar tibdil fis-sura tar-ras biex din bdiet thares il-fuq u llum Kristu jidher fl-agunija. Lanqas ma nafu min hadem il-figura tal-Madalena ghalkemm hemm hjiel li saret lejn nofs is-seklu dsatax, imma l-Madonna u San Gwann huma attribwiti lil Karlu Darmanin. Dawn it-tliet figuri gew restawrati l-ahhar fl-1982 u fl-istess zmien gie llustrat mill-gdid is-salib tal-Kurċifiss.

Id-Deposizzjoni

Din il-Vara waslet fl-1965 fl-istess zmien li saret vara simili ghall-lokalita taz-Zejtun. Fil-fatt, dawn huma l-uniċi zewg vari tad-Depozizzjoni li nsibu fil-gzejjer Maltin. Din il-vara hija wahda mit-tnejn ta' Salvatore Bruno ta' Bari li rnexxielhom isalvaw (bl-ohra tkun l-Ahhar Cena). Is-salib u z-zewg slielem huma xoghol tal-kewba mahduma minn Guzeppi Mangion. Fl-1982, Nazzareno Darmanin illostra mill-gdid is-salib. Ta' min jghid li din hija l-itqal vara fis-sett ta' Hal Qormi, sahansitra itqal mill-ahhar Cena.

Il-Monument

Il-Monument tal-llum mhux xoghol antik izda dan ma jfissirx li ma kienx hemm Monumenti ohrajn qablu. Tant hu hekk, li l-korp ta' Kristu mejjet huwa xoghol antik li ma nafux min hadmu u meta sar. Barra min hekk, ghadek issib f'Hal Qormi xi bċejjeċ li kienu jzejjnu Monument antik. Ghandna wkoll dokumentat li l-Monument kien jakkumpanja purċissjonijiet bikrin f'din il-lokalita. L-angli li jdawruh huma attribwiti lil Vincenzo Cremona u lil Kalċidon Mangion imma lanqas fuq dan m'hemm xejn ċert. Ta' min jinnota li kuntrarju ghal postijiet ohra, id-drapp li jzejjen din l-Urna huwa fuq il-kulur abjad u mhux fuq l-ahmar kif soltu naraw. Il-Monument jigi wkoll mzejjen b'sett sabih ta' brazzi bis-simboli tal-passjoni fuqhom.

Id-Duluri

Jidher li fis-seklu tmintax, Hal Qormi bhall-Birgu kellhom il-wicc u l-idejn tal-istatwa u d-Duluri kienet titlibbes hwejjeg ta' veru. Maz-zmien dawn l-istess wiċċ u jdejn li kienu tal-istucco intuzaw biex saret l-istatwa tal-kartapesta li naraw illum. L-anglu li qed jakkumpanja lill-Madonna ngab minn Lecce lejn il-bidu tas-seklu ghoxrin u gie restawrat fl-1981. Is-simboli tal-passjoni, l-istallett u s-sandli tal-Madonna huma miksija bid-deheb. Is-salib huwa tal-ebbanu bi skultura bassoriljiev fl-injam li nhadem minn Manwel Buhagiar fl-1920. 

Muzika Fl-Isfond

   BANDA SANTA KATERINA - ZURRIEQ              Cipresso (Angelo Melilli)           

Li Jmiss....

                    Hal  Gharghur               

Mur Fuq Nett Tal-Pagna