Il-Vari Tal-Gimgha L-Kbira F'Malta

Ħal Għaxaq

Minkejja ċ-ċokon tiegħu, dan ir-raħal jista’ jiftaħar li sena wara l-oħra kapaċi jorganiżża purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, meta hawn ħafna lokalitajiet akbar li dan ma jagħmluhx.


Jingħad li lura fis-snin għoxrin tas-seklu tmintax, dan ir-raħal kien diġa’ ħaseb biex ikollu Monument bi Kristu mejjet. Madankollu, t-tagħrif fuq meta bdiet tiġi organiżżata l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira hu nieqes. Kien fl-1821, li l-Parroċċa ikkumissjonat x'aktarx lill-istatwarju Giuseppe Vella  mill-Belt Valletta biex jaħdem sett ta' vari tal-passjoni u hekk bdiet tiġi organiżżata l-purċissjoni.


Il-purċissjoni f'Ħal Għaxaq hija responsabbilta ta' kummissjoni mqabbda apposta mill-kappillan. Din hija purċissjoni mingħajr pretensjonijiet żejda imma bla tlaqliq ngħidu li fl-aħħar snin rat żvilupp qawwi tant li anki kellha tinbidel it-triq tagħha biex tgħaddi minn toroq aktar wesgħin. Żdiedu bil-bosta in-numru ta' persunaġġi biblici li jieħdu sehem kif anki żdied l-ammont ta' suldati u llum il-ġurnata jieħdu sehem fiha fuq ħames mitt ruħ. Naraw ukoll numru ta' penitenti b'wicchom mgħammad iġorru salib (x'uħud ħafjin). Peress li f'dan ir-raħal hemm żewġ każini tal-baned, dawn jieħdu sehem sena kull waħda. Il-Banda timxi quddiem il-Vara l-Kbira u l-kazin li jkun imissu jdoqq għandu l-jedd li jsib ir-reffiegħa għall-Vara l-Kbira u d-Duluri.


Din il-purċissjoni toħroġ nhar Ħadd il-Palm u mhux fil-Ġimgħa l-Kbira. Dan jgħin biex aktar nies iżuru din il-purċissjoni specjalment dawk id-dilettanti li fil-Ġimgħa l-Kbira ma jkunux iridu jitilfu l-purċissjoni tar-raħal jew belt tagħhom. Ta' min isemmi li qabel tibda ħierġa l-purċissjoni, ikun hemm parata bis-suldati Rumani u anki Lhud u din titlaq minn ħdejn is-sala Nazzaret fil-5.00 u tasal biswit il-knisja fil-5.30 fejn Malgu ċ-ċenturjun iħabbat fuq il-bieb tal-knisja u hekk tibda ħierġa l-purċissjoni. Ħal-Għaxaq għandhom is-sett tradizzjonali ta' tmien vari u m'għandhomx il-vara tat-tradiment ta' Ġuda.

Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f' Ħal-Għaxaq   

Hadd il-Palm 28 ta' Marzu 2010 fis-5.00pm 

 

 

                              L-Ort

X'aktarx li dan l-Ort huwa xogħol Giuseppe Vella tal-Belt Valletta u nħadem bil-kartapesta f'xi żmien wara l-1821. 

 Most of the Passion statues of the Ghaxaq Parish are attributed to Valletta born statuarian Guzeppi Vella who lived between 1802 and 1866. This statue representing the agony of Jesus in the garden of Gethsemane accompanied by an angel holding the chalice and cross in his hands was made sometime after 1821.

                                                                                         Il-Marbut

 

L-istess bħal ħafna mill-vari ta' din il-parroċċa, il-Marbut huwa attribwit lill-istatwarju Ġuzeppi Vella u sar xi żmien wara l-1821.

Din is-sena il-Parroċċa ta' Ħal Għaxaq ser iżżanżan l-ewwel minn sett vari ġodda artistiċi minquxa fl-injam minn Alfred Camilleri Cauchi u ibnu Aaron. Il-Vara tal-Marbut il-ġdida se tkun inawgurata uffiċjalment nhar il-Hamis 25 ta' Marzu b'Akkademja Mużiko-Letterarja  fil-Knisja Parrokjali. Għad-dettalji tal-programm żuru l-paġna tal-Avvizi.  

 

We have no certain date when the Good Friday procession in Ghaxaq was first introduced. All we know is that in 1821, the Parish commissioned Vella also known as 'Mastru Pepp' to make the traditional set of  Passion statues. These were all completed in the following  few years.

 

                         Ecce Homo

 

L-Ecce Homo qed fil-pożizzjoni tradizzjonali jiġifieri bil-qiegħda fuq kolonna, bil-porpra fuq dahru, qasba f'idejh u nkurunat bix-xewk. Din il-vara hija wkoll attribwita lil  Ġuzeppi Vella u saret wara l-1821. Għamlet żmien twil ma tintużax għall-purċissjoni minħabba ħsarat kbar li kellha. Imma fl-2006 il-kummissjoni responsabbli mill-Ġimgħa l-Kbira qabbdet lis-Sur Sandro Debono li rrestawraha waħda sew u b'hekk reġgħet ingħaqdet mas-sett.

 

 

The statue of Jesus crowned with thorns is seen here in the traditional way, sitting down on a pillar wearing a red robe and holding a golden reed in his right hand. This statue was severely damaged and did not accompany the procession for a number of years but was restored by Mr Sandro Debono in 2006.

                                                         Ir-Redentur

 

 

 

Ir-Redentur huwa wkoll mis-sett oriġinali, xogħol bil-kartapesta ta' Ġuzeppi Vella u sar wara l-1821. Fl-2005, din il-vara ġiet irrestawrata mis-Sur Sandro Debono.

 

 

Another work by Guzeppi Vella, the statue of Christ the Redeemer was made with papier-mache' after 1821. It was last restored by Sandro Debono in 2005. Another work by Guzeppi Vella, the statue of Christ the Redeemer was made with papier-mache' after 1821. It was last restored by Sandro Debono in 2005.Another work by Guzeppi Vella, the statue of Christ the Redeemer was made with papier-mache' after 1821. It

                                                                                         Il-Veronika

Il-Veronika ta' Ħal Għaxaq tintrefa' minn sitt reffiegħa għax hija pjuttost vara ħafifa. B'mod tradizzjonali, Vella għażel li jħalli l-figura tal-mara bil-velu f’idha  waħidha tikkonċentra fuq ix-xbiha ta’ wiċċ Kristu. Saret mal-vari l-oħra xi żmien wara l-1821. Is-Sur Sandro Debono rrestawra din il-vara fl-2004.

In the traditional manner, the Veronika is here seen on her own concentrating on the miraculous image on the veil she is holding. This statue was also restored by Mr Sandro Debono in 2004.

                       Il-Vara l-Kbira

 

 

Il-vara l-Kbira hija wkoll tal-istatwarju Giuseppe Vella  u saret mal-kumplament tas-sett wara l-1821. Fl-1977 ġiet miżjuda l-figura ta' suldat Ruman li kellu zokk bi sponża f'idejh imma dan tneħħa fl-aħħar snin biex il-vara reġgħet ġiet fl-istat oriġinali tagħha. Il-vara wkoll sar restawr fuqha minn Sandro Debono.

 

 

 

This statuary group made of four figures is again the work of Guzeppi Vella from the same period of the other statues. In 1977, the figure of a Roman soldier was added to the group but this was removed in recent years when the statue was restored to its original state by Mr Debono.

                                                        Il-Monument

Jinghad li l-Monument kien diġa' jeżisti fl-1720 filwaqt li l-korp ta' Kristu mejjet x'aktarx li nġieb minn Ruma fl-1726. Għalkemm dan sar ħafna qabel il-kumplament tas-sett tal-vari, m'għandniex ħjiel jekk kienx joħroġ f'xi purċissjoni qabel l-1821.

It is believed that this is the oldest statue in this set. The wooden structure is said to have already been in existence in 1720 while the corpse of Jesus was most probably imported from Rome in 1726. 

                                                                                         Id-Duluri

 

Il-Vara tad-Duluri hija forsi l-aktar waħda li għandha storja marbuta magħha. Ma nafux jekk  Ġuzeppi Vella ħadimx vara ta' dan il-misteru meta kien qed jaħdem is-sett wara l-1821. Iżda l-istoriku P.P. Castagna jgħidilna li mastru Karlu Darmanin  ħadem vara tad-Duluri tal-kartapesta għal dan ir-raħal fl-1851.

Jekk hu hekk, joħorġu żewħ fatti nteressanti, l-ewwel, li dan hu xogħol bikri jekk mhux l-ewwel wieħed ta' Darmanin (li fl-1851 kellu biss sitta u għoxrin sena) u t-tieni li d-Duluri li nsibu llum hija t-tieni vara ta’ dan il-misteru li ħadem l-istess statwarju għal Ħal Ġħaxaq, din id-darba lejn l-aħħar ta' ħajtu. Dan għaliex il-vara għandha miktub fuqha - Carlo Darmanin fecit et donavit 1909.

Niftakru li Darmanin miet f'Novembru ta' l-istess sena. Jidher għalhekk li beda u għalaq il-karriera brillanti tiegħu b'żewġ vari tad-Duluri għall-istess raħal. Il-figura ta' San Ġwann inbiddlet ma' anġlu li kien ħadem Darmanin imma l-awtur tagħha mhux magħruf.

 

 

There is no evidence to confirm or otherwise whether Guzeppi Vella ever made a statue of our Lady of Sorrows to complete his set for this village.

However, the historian P.P. Castagna sheds light that the well known artist Karlu Darmanin made such a statue with papier-mache’ in 1851.

Just months before his demise in 1909, the same Darmanin made another statue of the Lady of Sorrows to replace his previous work.

Just months before his demise in 1909, the same Darmanin made another statue of the Lady of Sorrows to replace his previous work.Just months before his demise in 1909, the same Darmanin made another statue of the Lady of Sorrows to replace his previous work.made another statue of the Lady made

 

 

Li Jmiss . .