Il-Vari Tal-Gimgha L-Kbira F'Malta

Hal-Gharghur

Mat-twaqqif tal-Via Sagra fl-1779, fil-Gharghur beda jsir il-gbir mid-djar apposta ghal din il-Prokura u kien fl-1 ta' April 1792, meta jissemma ghall-ewwel darba li harget il-purcissjoni ta' Sidna Gesu' Kristu. F'din il-purcissjoni kienu hargu zewg vari, il-Monument u d-Duluri. F'dan iz-zmien, il-purcissjoni f'dan ir-rahal kienet tohrog nhar Hadd il-Palm. Nafu li minn kmieni il-Prokura kienet tohrog xi flus ghad-daqq waqt il-purcissjoni.

 

 

 

 

 

 Wara l-1810, il-purcissjoni ma tissemmiex aktar ghal hafna snin. Jista jaghti l-kas li din twaqqfet minhabba l-pesta jew minhabba l-ghaks li hakem 'l Malta f'certi snin. Jidher li fl-1866, regghet bdiet tohrog il-purcissjoni u sa l-1880, saru sitt vari ohra biex is-sett tela' ghat-tmienja tradizzjonali. Minbarra l-Monument u d-Duluri, il-vari li saru sa dan iz-zmien kienu xoghol Karlu Darmanin u Kalcidon Mangion.

Bhall-bnadi ohra, lejn l-ahhar tas-seklu dsatax, il-purcissjoni bdiet tohrog nhar il-Gimgha l-Kbira u tidhol sat-8.00p.m. skond l-ordni tal-Isqof Caruana. Bejn iz-zewg gwerer, banda bdiet takkumpanja l-purcissjoni  filwaqt li mal-Monument, zewg vjolinisti kienu jakkumpanjaw l-abbatini u tafal ohra jkantaw il-'Miserere'.

Mill-1975 'l hawn, il-purcissjoni bdiet issir f'forma ta' pagaent drammatizzat nhar Hadd il-Palm. Dan jittella mill-Ghaqda Drama Dwal Godda bis-sehem tal-kor Pax Christi.

Il-Pagaent tal-Passjoni fil-Gharghur jibda fil-5.00pm u l-Purcissjoni tibda hierga fil-5.45pm

Nhar Hadd-il Palm, 5 t'April 2009

 

L-Ort 

L-Ort ta' dan ir-rahal inhadem fil-kartapesta ghall-1868 mill-istatwarju Karlu Darmanin fi zmien il-kappillan Dun Salv Gaffiero, it-tnejn mill-Isla.

The statue of the Agony of Jesus in the garden of Gethsemane is the work of Karlu Darmanin from 1868. Like all the other statues in the Gharghur set, it was made with papier-mache'.

 

 

 

 

Il-Marbut

 

 

 

 

Il-Marbut sar fl-istess zmien li saret il-vara tal-Ort u mill-istess statwarju Karlu Darmanin. Dan gie rrestawrat l-ahhar fl-1992 minn Renzo Gauci.

The statue representing the flagellation of Jesus is another work by Karlu Darmanin from 1868. It was last restored by Renzo Gauci of Tarxien in 1992.

Ecce Homo

L-Ecce Homo tal-lum huwa xoghol tal-istatwarju kontemporanju Renzo Gauci u sar fl-1991. Dan ha post iehor ta' Kalcidon Mangion li kien inhadem xi zmien bejn l-1868 u l-1880 imma li sfortunatament tmermer ghal kollox.

This statue is the work of contemporary artist Renzo Gauci and was completed in 1991. It replaced an older statue by Kalcidon Mangion from the second half of the nineteenth century.

 

 

 

 

Ir-Redentur

Kristu mghobbi bis-salib huwa xoghol iehor tat-Tarxiniz Renzo Gauci u sar fl-1992. Ir-Redentur ta' qablu kien inhadem minn Kalcidon Mangion u tlesta mal-vari l-ohra bejn l-1868 u l-1880.

Christ the Redeemer is another quite recent addition of Tarxien born artist Renzo Gauci and accompanied the Good Friday procession for the first time in 1992. It replaced an older statue by Kalcidon Mangion.

 

 

 

 

 Il-Veronika

Renzo Gauci hadem din il-vara fil-kartapesta fl-1993. Din hadet post ohra ta' Kalcidon Mangion li kienet inhaddmet fl-istess zmien mal-Ecce Homo, ir-Redentur u l-Vara l-Kbira. 

The statue of the Veronica holding the white veil with the image of Jesus' face is another work by Renzo Gauci from 1993. 

 

 

 

 

 

Il-Vara l-Kbira 

Dan huwa l-uniku xoghol li ghad fadal f'dan ir-rahal tal-istatwarju Kalcidon Mangion li kien mar joqghod il-Gharghur ukoll. Saret mal-vari l-ohra bejn l-1868 u l-1880. 

This is the only work that remains from the old set of Kalcidon Mangion who lived in this same village. Like his other works, it was completed sometime between 1868 and 1880.

 

 

 

Il-Monument

L-Urna tal-Monument hadimha Manwel Buhagiar wara l-ewwel gwerra dinjija. Il-korp ta' Kristu mejjet x'aktarx huwa ta' Karlu Darmanin ghalkemm hawn min isostni li dan huwa hafna aktar antik u ghadu l-istess wiehed li hareg fl-ewwel purcissjoni tal-Gharghur fl-1792.

The author of the corpse of Jesus Christ is uncertain. Most consider it to be the work of Karlu Darmanin who lived between 1825 and 1909 but others emphasize that it is a much older statue.  The wooden structure is the work of craftsman Manwel Buhagiar and was completed sometime after the first world war.

 

 

 

Id-Duluri 

Ghal darba ohra it-taghrif fuq din il-vara huwa nieqes. Zgur li dan ir-rahal kellu vara tad-Duluri sa mill-1792 imma l-istoriku mill-istess rahal Dun Karm Vella jaghtina x'nifhmu li l-vara l-antika inbiddlet m'ohra ta' Karlu Darmanin xi zmien qabel l-1866 meta regghet bdiet tohrog il-purcissjoni.

 

 

 

Once more we don't have any documentation about the origin of this statue. We know that in Gharghur  there was a statue of our Lady of Sorrows as far back as 1792 but the historian Fr Karm Vella who hails from the same village leads us to believe that this was replaced with another one made by Karlu Darmanin sometime prior to 1866.

Muzika Fl-isfond

 

              HANZ ZIMMER - Gladiator (soundtrack)            

                                  - Sorrow -

Li Jmiss....

 

             

                    . . . .Hal Luqa     

            

Mur Fuq Nett Tal-Pagna