Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Ħal Qormi (It-Tieni Parti)

Ġesu' Jiltaqa' ma' Ommu Marija

Ix-xena ta' Ġesu' jiltaqa' m'ommu mhix komuni fil-purċissjonijiet tagħna u minbarra Hal Qormi narawha biss f'Raħal Ġdid u fix-Xagħra Għawdex. Il-vara li naraw illum hija xogħol sabiħ bil-kartapesta tal-istatwarju Alfred Camilleri Cauchi u saret fl-1980. Is-salib tal-kewba sar mill-imgħallem Qormi Manwel Debono. Qabel din il-vara, kien hemm oħra (ara ritratt isfel) li kienet inġiebet mingħand Salvatore Bruno ta' Bari flimkien ma dik tal-Aħħar Ċena fl-1961. Madankollu, din bdiet titmermer u ġie deċiż li tinbidel.

This episode which marks  the 4th station of the Cross, when the Lord Jesus meets his Mother Mary on His way to Calvary, is quite uncommon in the processions around the islands. It is  only found here, in Paola and Xaghra Gozo.   This is again the work of Alfred Camilleri Cauchi from 1980 , in replacement of the former work of Salvatore Bruno from Bari (picture right) which also succumbed to deterioration.

 

Ġesu' mgħejjun minn Xmun iċ-Ċirinew  (Veronika u n-Nisa ta Ġerusalem)

Għal darb'oħra din il-vara tippreżentalna novita' li ma ssibha mkien ieħor. F'vara waħda, l-istatwarju irnexxielu jdaħħal tliet episodji mill-passjoni, jiġifieri, il-laqgħa mal-Veronika, lil Xmun iċ-Ċirinew jerfa' s-salib u mara tirrappreżenta lin-nisa ta' Ġerusalemm.  Din il-vara ħadet post oħra minn ta' Bruno (ara ritratt isfel). Il-figura tal-Veronika hija xogħol li Karlu Darmanin għamel lejn tmiem is-seklu dsatax u li kienet twarrbet mal-wasla tal-vara ta' Bruno. Il-figuri ta' Kristu, Xmun iċ-Ċirinew u l-mara bit-tifla f'idha huma xogħol Alfred Camilleri Cauchi li lesta din il-vara fl-1981. Kurżita partikolari dwar din il-vara hi li Camilleri Cauchi sawwar l-istatwa tal-mara bit-tifla f'idha fuq ix-xbiha ta' martu u ta' ibnu Aaron. Is-salib tal-kewba sar minn Salvu Borġ.

Here , we see a very innovative statuary group by Alfred Camilleri Cauchi which he completed in 1981. It represents the fifth, sixth and eighth stations of the Cross, shown together  in one ensemble. Camilleri Cauchi made all the paper-mache’ figures except for the statue of Saint Veronica which is the work of Karlu Darmanin . It  had been temporarily replaced by the work of Salvatore Bruno (left), which in turn was replaced by what we see here today.

 
 

Il-kurċifiss tal-Vara l-Kbira huwa xogħol statwarju mhux magħruf iżda kemm mis-sengħa tax-xogħol innifsu kif ukoll min xi evidenzi oħra li nstabu waqt restawr li sar fuqu, għandna għax nifhmu li sar lejn il-bidu tas-seklu tmintax. Waqt ir-restawr instab ukoll li qabel, Kristu kien rappreżentat bħalha mejjet imma sar tibdil fis-sura tar-ras biex din bdiet tħares il-fuq u llum Kristu jidher fl-agunija. 

Il-Vara l-Kbira

Lanqas ma nafu min ħadem il-figura tal-Madalena għalkemm hemm ħjiel li saret lejn nofs is-seklu dsatax, imma l-Madonna u San Ġwann huma attribwiti lil Karlu Darmanin. Dawn it-tliet figuri ġew restawrati l-aħħar fl-1982 u fl-istess żmien ġie llustrat mill-ġdid is-salib tal-Kurċifiss.

Records about this statuary group of the Crucifixion are very scarce but following restoration it was surmised that the crucifix could probably be an early eighteenth century work of  an unknown artist. The figures of St John and the Holy Mary are thought to be the work of Karlu Darmanin, but not much is yet known of the origins of the figure of Mary Magdalene, apart that it is probably a mid-nineteenth century work.

 

Id-Depożizzjoni

 

Din il-Vara waslet fl-1965 fl-istess żmien li saret vara simili għall-lokalita taż-Żejtun. Fil-fatt, dawn huma l-uniċi żewġ vari tad-Depożizzjoni li nsibu fil-gżejjer Maltin. Din il-vara hija waħda mit-tnejn ta' Salvatore Bruno ta' Bari li rnexxielhom isalvaw (bl-oħra tkun l-Aħħar Ċena). Is-salib u ż-żewġ slielem huma xogħol tal-kewba maħduma minn Ġużeppi Mangion. Fl-1982, Nażżareno Darmanin illostra mill-ġdid is-salib. 

Sal-1990 il-vara kienet tħassret sewwa bis-susa u għalhekk sarilha restawr estensiv minn Alfred Camilleri Cauchi li skont ix-xewqa tal-kumitat organizzattiv għamel tibdil fil-wiċċ tal-Madonna u ta San Ġwann biex  jikkumplimentaw l-vari l-oħra tas-sett. Ta' min jgħid li din hija l-itqal vara fis-sett ta' Hal Qormi, saħansitra itqal mill-Aħħar Ċena.

From the six statuary groups commissioned to Salvatore Bruno, only two survive to this day. This is one such group which first joined the Qormi procession in 1965. Suffice to say that this representation of the 'Pieta' is the heaviest statue in Qormi,  even heavier than ‘The Last Supper' ; the other work by Bruno, still part of this set of processional statues.

 

Il-Monument

Il-Monument tal-llum mhux xogħol antik iżda dan ma jfissirx li ma kienx hemm Monumenti oħrajn qablu. Tant hu hekk, li l-korp ta' Kristu mejjet huwa xogħol antik li ma nafux min ħadmu u meta sar. Barra min hekk, għadek issib f'Hal Qormi xi bċejjeċ li kienu jżejjnu Monument antik. Għandna wkoll dokumentat li l-Monument kien jakkumpanja purċissjonijiet bikrin f'din il-lokalita. L-anġli li jdawruh huma attribwiti lil Vincenzo Cremona u lil Kalcidon Mangion imma lanqas fuq dan m'hemm xejn ċert. Ta' min jinnota li kuntrarju għal postijiet oħra, id-drapp li jżejjen din l-Urna huwa fuq il-kulur abjad u mhux fuq l-aħmar kif soltu naraw. Il-Monument jiġi wkoll mżejjen b'sett sabiħ ta' brazzi bis-simboli tal-passjoni fuqhom

Although what we see here is not antique,  records show that similar statues of the Dead Body of Christ had been present in the earliest Good Friday  processions in this parish.  The figure of Christ though, is an antique work of an unknown artist and date. The four angels adorning each corner are thought to be the work of either Vincenzo Cremona or Kalcidon Mangion.

 
 

Jidher li fis-seklu tmintax, Hal Qormi bħall-Birgu kellhom il-wiċċ u l-idejn tal-istatwa u d-Duluri kienet titlibbes ħwejjeġ ta' veru. Maż-żmien dawn l-istess wiċċ u jdejn li kienu tal-istucco intużaw biex saret l-istatwa tal-kartapesta li naraw illum. L-anġlu li qed jakkumpanja lill-Madonna nġab minn Lecce lejn il-bidu tas-seklu għoxrin u ġie restawrat fl-1981. 

Id-Duluri

Is-simboli tal-passjoni, l-istallett u s-sandli tal-Madonna huma miksija bid-deheb. Is-salib huwa tal-ebbanu bi skultura bassoriljiev fl-injam li nħadem minn Manwel Buhagiar fl-1920. 

It is thought that during the eighteenth century, alike the parish of Birgu, the parish of Qormi used a  face and two arms, made of stucco, as part of a mannequin of Our Lady of Sorrows , which was dressed with real garments for the procession. These same stucco parts  where later used to compose the paper-mache’ statue we see here today.  The angel to Our Lady’s right was imported from Lecce Italy towards the start of the twentieth century.

Il-Purċissjoni