Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

It-tradizzjoni marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa f'Ħal Qormi hija antika ħafna iżda l-ewwel referenza dokumentata ta' purċissjoni toħodna lura għas-sena 1764. Dik is-sena, nafu li l-purċissjoni kienet diġa' tinkludi numru ta' vari tal-passjoni u din tindika b'mod ċar li l-oriġini tagħha setgħet kienet ħafna qabel. Nafu li lejn l-aħħar tas-seklu tmintax, f'Ħal Qormi kienu jsiru kull Ħadd tar-Randan, ħames purċissjonijiet biex jitfakkru l-ħames misteri tat-tbatija u f'kull purċissjoni kienet toħroġ il-vara li tirrappreżenta dak il-misteru. Għalhekk, sa dak iż-żmien, diġa’ kien hemm il-vari tal-Ort, il-Marbut, l-Ecce Homo, ir-Redentur u l-Veronika li kienu joħorġu flimkien u l-Vara tal-kruċifissjoni.

 

F'Ħadd il-Palm, imbagħad kienet issir purċissjoni bil-vari kollha li f'xi żmien bdiet issir fil-ġurnata proprja tal-Ġimgħa l-Kbira. Il-purċissjoni tad-Duluri kienet issir il-Ġimgħa ta' qabel il-Ġimgħa l-Kbira bħalma għadha ssir sal-lum. F'Ħal Qormi, il-purċissjoni kienet tiġi organiżżata mill-Fatellanza tas-Sagrament u mill-Fratellanza tar-Rużarju.


Il-Purċissjoni fl-antik kienet tkun waħda devozzjonali u penitenzjali għall-aħħar.Jissemmew penitenti lebsin l-abjad jew l-iswed b'rashom mgħammda u jġorru l-ktajjen bħala wegħda għal xi grazzja maqlugħa jew Penitenza.


Jista jkun ukoll għalkemm m'hemm xejn fiċ-ċert li bħal f'lokalitajiet oħra, f'Ħal Qormi kien ikun hemm il-battuti li kienu nies li  jsawwtu lilhom infushom bħala penitenza. Dawn madankollu kienu inqatgħu f'Malta kollha matul is-seklu dsatax.


Kien għall-bidu tas-seklu għoxrin li bdew jidhru l-persunaġġi Bibliċi fil-purċissjoni u jidher li Ħal Qormi kien wieħed mill-pijunieri biex titkattar din it-tradizzjoni. Wieħed minn nies li ħadem ħafna biex il-purċissjoni tieħu l-forma ta' pagaent li naraw illum kien l-Arċipriet Dun Gerard Frendo u dan fis-snin ħamsin tas-seklu għoxrin.


Kien hemm żmien fejn gruppi ta' nies partikulari kellhom id-dritt fuq l-irfiegħ ta' xi vari. Sa mill-1995, l-irfiegħ tal-vari jinsab f-idejn il-ħames Fratellanzi li hemm fil-Parroċċa.


Kull fratellanza ikollha gaj f'ħames vari li jiġu kull sena alternati biex b'hekk kullħadd ikollu ċans jerfa’ f'kull vara tul is-snin. Ta' min jgħid li Ħal Qormi, bi tnax il-vara, hemm bżonn ta' mija u għoxrin reffiegħ. Din iżda mhix problema għax fil-fatt ikun hemm id-doppju ta' daqshekk li jkunu jixtiequ jerfgħu f'xi vara. Ir-reffiegħa jridu jieħdu ħsieb huma u bi flushom biex jarmaw il-vari u jsibu n-nies għall-forċini. Il-vari jiġu mżejjna artistikament bil-ward u jinxtegħlu bid-dawl matul it-triq tal-purċissjoni.

 

Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f'Ħal Qormi

Il-Ġimgħa 14 ta' April 2017 fil-5.30pm

In Memoria di Ganni e Maria Borg
Joseph Vella
0:00/7:08
 

Iċ-Ċena

Huwa biss f'Ħal Qormi u ż-Żebbug Għawdex fejn insibu il-vara tal-Aħħar Ċena. Ħal Qormi ntroduċieha f'Malta fl-1961 u nġiebet minn Bari, l-Italja, xogħol ta' Salvatore Bruno. Il-kalċi f'idejn Kristu huwa tal-fidda miksi bid-deheb u kien ta' Dun Beneditt Axisa. Din il-vara ġiet restawrata fl-2013 minn Omar Camilleri.

This large statuary group consisting of thirteen figures, is only present here in Qormi and in Zebbug Gozo.  It is an Italian import, the work of Salvatore Bruno from Bari, and first  joined the procession in 1961. It was recently restored in 2013 by Omar Camilleri.

 
Cena - Hal Qormi generated by VisualLightBox.com
Andreas Bartolomeus Jacobus Alphei Jacobus Johannes Judas Mattheus Petrus Philippus Simon Zelotes Thaddeus Thomas
 

L-Ort

 

M'għandniex dokumentat eżatt meta saret din il-vara għal Ħal Qormi iżda din dehret xi snin wara l-1878. Ta' min jgħid li dak iż-żmien ma kien xejn komuni li tara vara tal-Ort b'żewġ anġli ifarrġu lil Kristu. Fil-fatt, vara b'żewġ anġli kienet saret biss għal Bormla fl-1878 u peress li din kienet xogħol mastru Karlu Darmanin, ħafna jattribwixxu l-vara ta' Hal Qormi lill-istess statwarju. Hemm oħrajn, iżda, li jsostnu li din tista tkun xogħol Vincenzo Cremona  li wara kollox jingħad li  kien tgħallem is-sengħa mingħand l-istess Darmanin.

There are  no records confirming the exact  origins of this beautiful statue, but it appears to have been present sometime after 1878.  There are many who claim it might be the work of Karlu Darmanin, due to the fact that Darmanin had sculpted a similar one, also bearing two angels, for the Cospicua parish in 1878.  Others claim it might be the work of Vincenzo Cremona ,  who was in fact, a scholar of Darmanin himself.

 
 

Hal Qormi kien l-ewwel lokalita li fl-1908 daħħal il-Vara tat-tradiment ta' Ġuda fil-gżejjer Maltin u baqa' uniku sal-1961 meta saret oħra għaż-Żejtun. Il-vara hija xogħol sabiħ tal-kartapesta,  waħda mill-aħħar vari li ħallielna mastru  Karlu Darmanin qabel ħalla dan il-wied ta' dmugħ.  

Qormi was first to introduce this important episode in the Passion of Christ and the work was entrusted to  Karlu Darmanin who completed the statue in 1908. It was to be one of the last works by Darmanin just before his demise. Suffice to say the statue remained unique until 1961, when a similar one was introduced by the parish of Zejtun. 

It-Tradiment ta' Ġuda

 

Wara l-Flaġellazzjoni

Il-vara tal-Marbut li toħroġ illum hija xogħol l-istatwarju Alfred Camilleri Cauchi u saret fl-1981. Turina lil Kristu qed jinħall minn mal-kolonna imdawwar b'zewġ manigoldi. Din il-vara ħadet post oħra (ara ritratt isfel) li kienet ukoll bi tliet figuri u li kienet nġiebet mingħand Salvatore Bruno ta' Bari fl-1962 li iżda ma kelliex ħajja twila. Tajjeb jingħad li qabel l-1962, Hal Qormi diġa' kellhom vara bi Kristu waħdu marbut mal-kolonna kif tradizzjonalment narawh. 

 

This unique statuary group is the work of Alfred Camilleri Cauchi from 1981. Here we see Jesus being untied from the column , following his ordeal, by two of his floggers. This statue replaced another one also bearing three figures (pictured below) , which had been imported from Bari Italy in 1962 but had deteriorated beyond repair.

 
 
 

Ecce Homo

L-Ecce Homo ta' Hal Qormi, għal darb'oħra vara bi tliet figuri, saret ukoll minn Alfred Camilleri Cauchi sena wara l-Marbut jiġifieri fl-1982. Ta' min jgħid li din hi l-unika vara f'Malta fejn jidher il-qassis il-kbir. Il-vara ta qabel din kienet ukoll ta' Bari (ara ritratt isfel).


Fl-antik, Hal Qormi kellhom Ecce Homo tradizzjonali, bi Kristu nkurunat bix-xewk bil-qiegħda fuq kolonna. Din ix-xbiha għadha esposta għall-pubbliku fil-knisja Matrici ta' San Ġorġ Martri (ara ritratt).

Similarly to  the previous episode , Alfred Camilleri Cauchi was again commissioned to replace another work imported from Bari, and he completed this work in 1982. This statue is the only one on the islands which includes the figure of the Jews’ high priest.

 

Ir-Redentur

 
 

Għalkemm m'hemm xejn b'ċertezza, jingħad li dan ir-Redentur sar xi żmien wara l-1887 u hu attribwit lil mastru Karlu Darmanin. Fatt kurjuż u nteressanti ħareġ fid-dawl waqt l-aħħar restawr li sar minn Alfred Camilleri Cauchi fl-1986. Instab li taħt il-qoxra tal-istatwa preżenti kien hemm Redentur ieħor sħiħ għajr għar-ras. Dan jagħtina x'nifhmu li l-istatwarju uża r-Redentur il-qadim bħala qafas biex jagħmel il-ġdid, forsi biex ikabbar il-qies tal-istatwa. Dawn imma huma kollha supposizzjonijiet.

 
 

This statue is thought to have been the work of Karlu Darmanin sometime after the year 1887, although no sufficient records exist to this regard. It underwent extensive restoration by Alfred Camilleri Cauchi in 1986.