Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Ħal Għargħur

Mat-twaqqif tal-Via Sagra fl-1779, fil-Għargħur beda jsir il-ġbir mid-djar apposta għal din il-Prokura u kien fl-1 ta' April 1792, meta jissemma għall-ewwel darba li ħarġet il-purċissjoni ta' Sidna Ġesu' Kristu. F'din il-purċissjoni kienu ħarġu żewġ vari, il-Monument u d-Duluri. F'dan iż-żmien, il-purċissjoni f'dan ir-raħal kienet toħroġ nhar Ħadd il-Palm. Nafu li minn kmieni il-Prokura kienet toħroġ xi flus għad-daqq waqt il-purċissjoni. 


Wara l-1810, il-purċissjoni ma tissemmiex aktar għal ħafna snin. Jista jagħti l-kas li din twaqqfet minħabba l-pesta jew minħabba l-għaks li ħakem 'l Malta f'ċerti snin. Jidher li fl-1866, reġgħet bdiet toħroġ il-purċissjoni u sa l-1880, saru sitt vari oħra biex is-sett tela' għat-tmienja tradizzjonali. Minbarra l-Monument u d-Duluri, il-vari li saru sa dan iż-żmien kienu xogħol Karlu Darmanin u Kalcidon Mangion.  Bħall-bnadi oħra, lejn l-aħħar tas-seklu dsatax, il-purċissjoni bdiet toħroġ nhar il-Ġimgħa l-Kbira u tidħol sat-8.00p.m. skont l-ordni tal-Isqof Caruana. Bejn iż-żewġ gwerer, banda bdiet takkumpanja l-purċissjoni  filwaqt li mal-Monument, żewġ vjolinisti kienu jakkumpanjaw l-abbatini u tafal oħra jkantaw il-'Miserere'.


Mill-1975 'l hawn, il-purċissjoni bdiet issir f'forma ta' pagaent drammatiżżat nhar Ħadd il-Palm. Dan jittella’ mill-Għaqda Drama Dwal Ġodda bis-sehem tal-kor Pax Christi.

 

Il-Pagaent tal-Passjoni fil-Għargħur jibda fil-5.00pm u l-Purċissjoni tibda ħierġa fil-5.45pm
Nhar Ħadd-il Palm, 9 ta' April 2017

L-Ort

 

L-Ort ta' dan ir-raħal inħadem bil-kartapesta għall-1868 mill-istatwarju Karlu Darmanin  fi żmien il-kappillan Dun Salv Gaffiero, it-tnejn mill-Isla.

Jesus in the garden of Gethsemane is the work of Karlu Darmanin from 1868. Like all the other statues in the Gharghur set, it was made out of papier-mache'.

 

Il-Marbut

 

Il-Marbut sar fl-istess żmien li saret il-vara tal-Ort u mill-istess statwarju Karlu Darmanin. Dan ġie rrestawrat l-aħħar fl-1992 minn Renzo Gauci.

The statue representing the Flagellation of Jesus is another work by Karlu Darmanin from 1868. It was last restored by Renzo Gauci of Tarxien in 1992.

 
 

L-Ecce Homo tal-lum huwa xogħol tal-istatwarju kontemporanju Renzo Gauci u sar fl-1991. Dan ħa post ieħor ta' Kalċidon Mangion li kien inħadem xi żmien bejn l-1868 u l-1880 imma li sfortunatament tmermer għal kollox.

Ecce Homo

This statue is the work of contemporary artist Renzo Gauci and was completed in 1991. It replaced an older statue by Kalcidon Mangion from the second half of the nineteenth century.

 

Ir-Redentur

 

Kristu mgħobbi bis-salib huwa xogħol ieħor tat-Tarxiniz Renzo Gauci u sar fl-1992. Ir-Redentur ta' qablu kien inħadem minn Kalcidon Mangion u tlesta mal-vari l-oħra bejn l-1868 u l-1880.

 

Christ the Redeemer is another quite recent addition of Tarxien born artist Renzo Gauci and accompanied the Good Friday procession for the first time in 1992. It replaced an older statue by Kalcidon Mangion.

 

Il-Veronika

 

Renzo Gauci ħadem din il-vara tal-kartapesta fl-1993. Din ħadet post oħra ta' Kalcidon Mangion li kienet inħaddmet fl-istess żmien mal-Ecce Homo, ir-Redentur u l-Vara l-Kbira.

The statue of the Veronica holding the white veil with the image of Jesus' face is another work by Renzo Gauci from 1993.

 
 

Dan huwa l-uniku xogħol li għad fadal f'dan ir-raħal tal-istatwarju Kalcidon Mangion  li kien mar joqgħod il-Għargħur ukoll. Saret mal-vari l-oħra bejn l-1868 u l-1880.

 
 

This is the only remaining work from the old set by Kalcidon Mangion who lived in this same village. Like his other works, it was completed sometime between 1868 and 1880.

Il-Vara l-Kbira

 

Il-Monument

 

L-Urna tal-Monument ħadimha Manwel Buhagiar wara l-ewwel gwerra dinjija. Il-korp ta' Kristu mejjet x'aktarx huwa ta' Karlu Darmanin għalkemm hawn min isostni li dan huwa ħafna aktar antik u għadu l-istess wieħed li ħareġ fl-ewwel purċissjoni tal-Għargħur fl-1792.

 

The author of the corpse of Jesus Christ is uncertain. Most consider it to be the work of Karlu Darmanin who lived between 1825 and 1909 but others emphasize that it is a much older statue.  The wooden structure is the work of craftsman Manwel Buhagiar and was completed sometime after the first world war.

 
 

Id-Duluri

 

Għal darba oħra it-tagħrif fuq din il-vara huwa nieqes. Żgur li dan ir-raħal kellu vara tad-Duluri sa mill-1792 imma l-istoriku mill-istess raħal Dun Karm Vella jagħtina x'nifhmu li l-vara l-antika inbiddlet m'oħra ta' Karlu Darmanin xi żmien qabel l-1866 meta reġgħet bdiet toħroġ il-purċissjoni.

 

Once more  the documentation about the origin of this statue is missing. We know that in Gharghur  there was a statue of our Lady of Sorrows as far back as 1792 but the historian Fr. Karm Vella, who hails from the same village, leads us to believe that this was replaced with another one made by Karlu Darmanin sometime prior to 1866.