Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Id-Devozzjoni lejn id-Duluri

Id-Devozzjoni lejn id-Duluri

Kitba u ricerka ta’ John Dimech

“Kien hemm wieqfa hdejn is-salib ta’ Gesu ommu, oht ommu, Marija ta’ Kleofa u Marija ta’ Magdala.” (mill-evangelju skond San Gwann 19:25)


Id-devozzjoni lejn id-Duluri f’Malta ghandha gheruq fil-fond hafna.  Il-Knisja ticcelebra id-Dulur ta’ ommna Marija darbtejn fis-sena, fil-15 ta’ Settembru kif ukoll gimgha qabel il-jum tal-Gimgha li ahna l-Maltin tant tajjeb insejhu bhala l-Kbira.  F’dawn il-jiem eluf ta’ Maltin jterrqu wara x-xbiha tal-Addolorata bl-akbar qima fil-gabra tat-talb kif ukoll biex jwettqu l-weghdi taghhom. 

Jinghad li din it-tifkira bdiet fis-seklu 15 f’Cologne fil-Germanja bhala tpattija tal-erezija ta’ John Hus.  Fil-bidu tas-seklu sbatax din id-devozzjoni qabdet fi Franza u kienet maghrufa bhala Dominae Pietate.  Kien il-Papa Benedittu XIII meta nhar it-22 ta’ April 1725 ordna li din il-festa kellha tkun iccelebrata mill-Knisja Universali.  Minn hawn kompliet tinxtered aktar din il-qima lejn id-Duluri.  Fi Spanja, partikolarment fi Granada bdiet tissejjah bhala Nuestra Senora de Las Agustas  u f’postijiet ohra kienet maghrufa wkoll bhala Nuestra Senora de Solidad  biex tfakkar is-solitudni tal-Madonna.  Aktar tard il-Papa Piju VII  wettaq riforma fil-kalendarju liturgiku u rregistra d-data tal-15 ta’ Settembru bhala jum it-tifkira ta’ Marija Addolorata fl-1814.

Id-devozzjoni lejn id-Duluri wasslet ukoll biex f’Malta bdew jitwaqqfu ghadd ta’ Fratellanzi  madwar l-ibliet u l-irhula taghna.  L-ewwel Konfraternita tad-Duluri twaqqfet f’Hal Ghaxaq fl-1684.  Fil-Belt Valletta nsibu li twaqqfet fit-12 ta’ April 1765 bl-isem ta’ Pia Sodalita’ Dell’Addolorata.  Kien Patri Alessio Petroni mis-Servi di Maria, li kien f’Malta biex jaghmel l-ezercizzi fil-Kon-katidral ta’ San Gwann, li gie muri x-xewqa li ghadd ta’ devoti jissiehbu f’Konfraternita.   Ghalkemm nafu li fil-Mosta kien hawn devozzjoni lejn l-Addolorata sa minn qabel is-seklu tmintax, din il-Fratellanza kienet l-ahhar wahda li twaqqfet fis-sena 1886.  U dan bir-ragun ghax il-Mostin f’dik il-medda ta’ snin kienu mehdijin bil-bini tar-Rotunda.  Fl-ewwel snin tal-hajja taghha, l-Fratelli tad-Duluri hasbu biex jordnaw xbiha tal-Addolorata biex tkun meqjuma kif jixraq.  Gie mqabbad l-iskultur Mosti Mastru Salv Dimech li  naqqax  fl-injam statwa helwa ta’ Marija Addolorata.  Imma ftit zmien wara dawn il-Fratelli  kienu ssahhru fuq l-istatwa ta’ San Guzepp li l-Fratellanza tieghu kienet ordnat minghand Gaillard et Fils ta’ Marsilja,  u ma damux ma ordnaw wahda huma wkoll.  Illum din l-istatwa tal-kartapesta hija mizmuma fin-nicca int u diehel fir-Rotunda mill-biex tax-xellug.  L-istatwa ta’ Dimech jinghad li ghamlet hafna zmien fil-kannierja tar-Rotunda u kien bit-thabrik ta’ Dun Ang Camilleri li llum nistghu ngawdu din l-opra tal-arti li hija mizmuma fil-Kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Gesu.

 

Is-seba Duluri tal-Madonna

Matul is-snin id-devozzjoni lejn l-Addolorata kompliet dejjem aktar tikber.  Bdiet dik li bdiet tissejjah bhala l-Via Matris, devozzjoni lejn is-seba Duluri tal-Madonna.  Fl-1864 fuq l-inizzjattiva ta’ Dun Guzepp Grixti saru seba kwadri li juru s-seba Duluri tal-Madonna.  Dawn saru fl-Oratorju tal-Kurcifiss fil-Belt.  Lejn l-ahhar tas-seklu 19 u fil-bidu tas-seklu 20 f’diversi parrocci madwar Malta bdew jitwaqqfu t-Terz Ordni tas-Servi di Maria li komplew ikattru d-devozzjoni lejn il-Madonna permezz tal-Via Matris.  F’diversi knejjes f’Malta nsibu xbihat tas-seba duluri fosthom fil-parrocci ta’ Stella Maris u ta’ San Girgor f’tas-Sliema, fin-Naxxar, f’Birkirkara, il-knisja tal-Porto Salvo fil-Belt, fl-Isla u Bormla kif ukoll fil-Knisja tal-Gizwiti tal-Belt u fil-Knisja ta’ St.Marija ta’ Hal Lija.  Tajjeb infakkru s-seba Duluri tal-Madonna li huma:

L-ewwel Dulur -  Il-profezija ta’ Xmun waqt il-prezentazzjoni ta’ Gesu fit-Tempju       meta qal lil Madonna “....... u sejf ghad jinfidlek qalbek.”

It-tieni Dulur  -   Il-harba lejn l-Egittu.

It-tielet Dulur -  Gesu jintilef fit-Tempju

Ir-raba Dulur -   Il-Madonna tiltaqa ma’ binha Gesu fit-tela lejn il-Kalvarju.

Il-hames Dulur -Il-mewt ta’ Gesu Kristu.

Is-sitt Dulur  -    Il-Madonna b’binha Gesu mejjet fi hdanha.

Is-seba Dulur  - Il-Madonna prezenti waqt id-difna ta’ Gesu.

 

Sawm

Dari akar mil-llum l-osservanza tas-sawm kienet aktar stretta.  Mal-jum tad-Duluri kienet marbuta sawma specjali maghrufa bhala s-Sawma tas-Seba Bukkuni.  Min kien isegwi din is-sawma, l-aktar in-nisa u t-tfal, kienu johorgu jittalbu seba bukkuni (bicciet tal-hobz) minghand seba familji differenti. 

Matul il-jum kienu jieklu dak biss dawk il-hobz li jkunu gabru flimkien mal-ilma.  Hafna baqghu jiftakruha wkoll bhala sawma hobz u ilma.  Biex is-sagrificcju tas-sawma jkun akbar, min ikun qieghed jaghmle din is-sawm ma kienx jiekol il-bukkuni kollha hu, imma kien iqassam minnhom ukoll lill-fqar. 

 

 

 

 

Ma’ din is-sawma hemm ukoll marbuta taqbila li kienu jghiduha t-tallaba bieb bieb:

F’gieh in-niket tad-Duluri,
Loqma hobz jahasra tuni,
F’din is-sawma hobz u ilma
Ghandi bzonn seba bukkuni.

 

L-Addolorata fl-Arti

Matul il-medda ta’ hafna snin, l-insara ma naqsux li jesprimu d-devozzjoni taghhom lejn id-Duluri permezz ta’ diversi forom tal-arti.  Uhud minn dawn ma jesprimux biss il-qima tad-devoti izda huma wkoll mezz ta’ radd il-hajr lil Madonna talli tkun helsithom minn xi gwaj.  Hekk per ezempju gara wara l-pesta tal-1590 meta kienet inbniet knisja ddedikata lid-Duluri fl-inhawi maghrufa bhala Dahlet il-Qrajten, illum maghrufa bhala l-Pieta, fejn indifnu hafna Beltin u Furjanizi vittmi ta’ din il-marda qerrieda.  Kappelli ohra ddedikati lid-Duluri nsibuhom imferxin madwar Malta u Ghawdex fosthom wahda fil-Mosta li tinsab fi triq it-Torri, mizmuma b’tant ghozza mill-familja Agius.Ma nonqsux li nsemmu tant opri tal-arti li jirraprezentaw id-Duluri tal-Madonna li huma esposti fil-Knejjes taghna kif ukoll fid-djar privati.  Fuq kollox ix-xbiha tad-Duluri fil-purcissjonijiet li jsiru madwar Malta u Ghawdex li ghadha tigbed warajha eluf ta’ fidili. F’dan l-ispazju limitat zgur ma nistghux nidhlu fil-fond u nsemmu tant rapprezentazzjonijiet tad-Duluri tal-Madonna f’dik li hi arti sagra madwar id-dinja kollha.  Fil-qasam muzikali ma jonqosx ukoll li jigi ttrattat dan is-suggett.  L-innu Stabat Mater huwa wiehed mill-isbah innijiet f’gieh Marija Addolorata.  Dan huwa miktub f’forma ta’ talba u nkiteb fiz-Zminijiet tan-Nofs.  Matul is-sekli kienu bosta kompozituri li ttrattaw dan is-suggett fix-xogholijiet muzikali taghhom.  Hawnhekk insemmu biss dawk l-aktar maghrufa bhal Karol Szymanovski, Seffani, Scarlatti, Boccherini, Haydn, Schubert, Dvorak, Pergolesi u Rossini.

 

 

 

Riferenzi:

Studies in Maltese Folklore – Joseph Cassar Pullicino, 1976

L-Istorja ta’ Malta bil-Gzejjer Taghha – P.P.Castagna

Ir-Randan f’Malta u drawwiet l-imghoddi – Sliem u Hajja, Randan 1989

Holy Customs of the Maltese – V.Busuttil, 1922