Il-Vari Tal-Gimgha L-Kbira F'Malta

                                             Avviżi

Ghal aktar taghrif dwar kif tagħmel l-avviż tiegħek f'din il-paġna iktbilna fl-indirizz elettroniku goodfridaymalta@gmail.com
Grazzi.
 

  

                                               Vari

 

 

 

Wirja Tal-Ġimgħa Mqaddsa 2010

157, Triq il-Kungress Ewkaristiku, Mosta

F'din il-wirja nsibu sett vari tal-Passjoni kompluti b'bankuni tal-kewba, mdawrin b'erba' brazzi. Dawn huma xoghol mill-imgħallem Nażżareno Gauci (id-Diżma). Sepulkru arnat bil-kapsula, diversi standardi u bandalori rrakkmati. Damask iswed ta' zmien il-Ġimgħa l-Kbira li jfakkrek fir-Randan. Hemm ukoll sett komplut ta' simboli ma' kull vara. Insibu standard vjola rrakkmat tal-Festa Mqaddsa. Monument (qabar) irrakkmat bid-deheb u bellus b' sitt brazzi u erba' angli. Diversi oggetti sagri antiki u Via Sagra huma ukoll esebiti ghall-wiri f’din il-wirja li meta bdiet kienet l-ewwel wahda fil-Mosta. Hemm ukoll gandilabru tal-Lhud u linfa simili b'marci funebri fl-isfond. Oggetti ohra huma bandalori tas-Seba’ kelmiet kif ukoll ta’ l-S.P.Q.R. u Passio ; l-Arka tal-Patt u dwal ġodda mas-saqaf tal-wija. Mal-Gallarija wieħed jista’ jammira pavaljun iswed artistiku biex juri li hemm qiegħda tiġi esebita wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa. 

 

Din il-wirja tikkonsisti f'mudell ta' knisja fuq disinn ta' Pierre Darmanin.  Is-sett fih hdax il-vara ta' tlettax il-pulzier, xoghol tal-mibki Noel Cauchi.  Is-sett ta' vari huma maghmulin fuq xbieha ta' dawk li hemm fil-knisja parrokkjali tal-Mosta. Fiha wiehed jista jara ukoll seporklu, sett bandalori rrakkmati bid-deheb, Via Sagra u simboli.

Organizzatur tal-wirja: Carmelo Camenzuli

 

                                             Wirjiet

 

 

WIRJA TAL-PASSJONI FIL-KAZIN TAL-BANDA ANICI TA’ HAL QORMI 

Nhar l-Erbgha 24 ta’ Marzu 2010 fis-7:00p.m. ser tigi inawgurata il-Wirja tal-Passjoni “Vers Le Calvaire”  imtellgha fil-kazin tal-Ghaqda Socjo-Muzikali Anici ta’ Hal Qormi. 

F’din il-Wirja b’differenza wiehed ikun jista’ jara il-Belta ta’ Gerusalem bix xeni kollha tal-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu li sahansitra jibdew mic-Canfira tat-Tempju sad-Difna. 

F’din il-Wirja tara l-fuq minn 500 personagg li kollha mahduma bl-id mill-membru onorarju ta’ l-Ghaqda s-Sur Alfred Mangion. 

Minn barra l-personaggi fiha ghadd ta’ bini identiku ma kif kienet il-belt ta’ Gerusalem fi zmien Sidna Gesu Kristu. 

Wirja nteressanti hu unika f’Malta. 

Hinijiet tal-ftuh

Mil l-Erbgha 24 ta’ Marzu sal-Gimgha 2 ta’ April 2010

Mid-9:00 sa 12:00 u mil-16:30 sa 21:00

Hamis ix-Xirka iddum miftuha sal-23:30

F’Jum il-Gimgha l-Kbira sal-17:00 

Id-Dhul ghal Wirja hu minghajr hlas.

 

 
 

 

Wirja ta' vari tal-Ġimgħa l-Kbira f'forma ta' knisja u mejda ta' l-appostli bi statwi ‘life-size’.  Il-vari tal- Ġimgħa l-Kbira huma maħduma mill-istatwarju Chris Micallef, u xogħol maħdum fit-tafal, filwaqt li l-istatwi ‘life-size’ huma xogħol l-istatwarju Ramon Camilleri McKay. 

 

 

 

 

 

 

 

                                          Cenakli 

 

 

 

                                            Drammi

 

 

 

                                             Ohrajn