Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

It-Teknika tal-Kartapesta Maltija u Carlo Darmanin (1825-1909)

Victor Caruana B.A.(Hons), MA Storja tal-Arti.

Wahda mill-aktar teknici antiki fid-dinja hija dik tal-kartapesta, jew inkella dak il-metodu kif il-karta processata tintuza biex jinholqu affarijiet ohrajn tridimensjonali. Din it-teknika bdiet fic-Cina, fejn kienu jwebbsu l-karti b’passati ta’ laker u jaghmlu sahansitra elmi ghall-gwerrer (1).   L-interess f’dan il-metodu infirex sal-Gappun u l-Persja fejn beda jintuza ghal affarijiet varji, fosthom ghall-hidma ta’ maskri, kaxxi mpittrin u anke ghal elementi dekorattivi. Wara dan, il-kartapesta tfaccat ukoll fis-swieq Ewropej u sas-sena 1670, kemm Franza kif ukoll l-Ingilterra bdew jipproducu huma stess oggetti maghmulin mill-kartapesta, sakemm fis-sekli 18 u 19, l-uzu taghha infirex aktar u sar popolari mmens.


F’Malta, l-oghla forma tat-teknika tal-kartapesta tinsab fil-hidma tal-istatwi li nsibu fil-knejjes u fit-toroq tal-irhula taghna fil-granet tal-festi. Din it-teknika hekk kif uzata fil-forma tal-arti sagra figurattiva waslet f’pajjizna minn Sqallija u zviluppat u kibret indipendentament minn dik tal-girien taghna (2).  Il-kartapesta Maltija tinhadem billi l-ewwel, l-istatwarju jahdem il-figura bicca bicca fit-tafal. Wara, huwa jdahhal pjanci rqaq fit-tafal u b’hekk ikun issepara l-parti ta’ quddiem minn ta’ wara tal-bicca partikolari tal-korp li jkun qed jahdem. Kif dan il-process ikun lest, huwa jitfa’ l-gibs fuq it-tafal sabiex johloq il-forma li, wara li tinxef u l-istatwarju jaqla’ l-bicciet ta’ wara u ta’ quddiem u jnehhi t-tafal minnha, tkun lesta biex titpogga l-kartapesta fiha. Il-kartapesta tkun giet ippreparata minn qabel billi l-karti jkunu gew imhakka, ghal aktar irfinizza, u mxarrba sakemm isiru qishom sustanza semi-solida. Din imbaghad titpogga fuq il-forma tal-gibs, u tithalla hemm sakemm tinxef u ssir qisha kartuna iebsa.


Hekk kif l-istatwarju jaqla’ l-bicciet kollha, jkun irid jghaqqad iz-zewg bicciet ta’ kull parti tal-korp flimkien u mbaghad jibda jifforma l-qaghda u l-pozizzjoni tal-figura partikolari madwar l-anima, li tkun maghmula minn seratizz tawwali li jehel mal-pedata li fuqha tkun ser titpogga l-istatwa. Wara li l-persunagg ikun ha l-qaghda tieghu, l-artist jibda jlibbsu u johrog il-pjiegi mixtieqa permezz ta’ xkejjer li jkunu inghataw kisja ta’ kolla tal-fenek u gibs Ingliz. Kif dawn jibbiesu, l-figura shiha tinghata mas-seba’ kisjiet ta’ gibs vergni li mbaghad iridu jkunu jigu xkatlati sabiex l-istatwa tkun fina kemm jista’ jkun. Kif dan il-process twil ikun lest, l-istatwarju jaghti z-zebgha lill-istatwa sakemm fl-ahhar din tkun lesta bid-dettallji kollha taghha. 

Carlo Darmanin

L-aktar statwarju popolari Malti fit-teknika tal-kartapesta huwa Carlo Darmanin. Carlo twieled l-Isla fit-30 t’Awwissu 1825 u miet proprju mitt sena ilu, fl-1909 (3) . Huwa twieled f’familja li kienet il-proprjetarja tad-ditta Giuseppe Darmanin e Figli, u li kienet timporta l-irham u l-granit u tipproduci bosta xoghlijiet bhal monumenti, statwi, oqbra, kolonni, balavostri u pavimentar, kemm ghall-knejjes u anke ghall-kummissjonijiet tal-gvern Ingliz. Id-ditta G.Darmanin e Figli hadet sehem f’bosta wirjiet barra minn Malta fosthom l-“Exhibition of the Works of Industry of All Nations” li saret fl-1851 fil-Crystal Palace ta’ Londra, l-“Paris Exhibition” tal-1854, 1862 u l-1867 u l-“Colonial & Indian Exhibition” tal-1886 fejn rebhet bosta medalji ghax-xoghol ta’ kwalita’ gholja u precizjoni li pproduciet (4) . Minkejja dan is-success li gawda mal-familja tieghu u anke meta fetah ghal rasu l-kumpanija Carlo Darmanin e Figlio ma’ ibnu Cesare, Carlo baqa’ maghruf l-aktar ghall-istatwi tal-kartapesta li hadem matul il-karriera twila tieghu.

Dawn l-istatwi huma generalment maghmula fi stil Purista bi ftit hjiel ta’ Romanticizmu, kif kien popolari f’dawk iz-zminijiet. L-importanza kienet tinghata l-aktar fuq l-aspett devozzjonali tal-figura u l-pozi teatrali tal-Barokk kienu jigu evitati kemm jista’ jkun. L-istil ta’ Carlo Darmanin kien jaqbel hafna mal-istil li kien qed juza fil-pittura Giuseppe Calleja (1828-1915), alljiev tal-esponent ewlieni tan-Nazzareni f’Malta – Giuseppe Hyzler. Mhux ta’ b’xejn allura, li Calleja – li kien anke jipprovdi d-disinji ghax-xoghol li l-kumpanija G.Darmanin e Figli kienet tahdem fl-irham - kien ifahhar hafna lil Carlo Darmanin fil-kitbiet tieghu fil-gazzetti ta’ dawk iz-zminijiet (5) . Huwa kien ghamel ukoll analizi kritika tal-vari tas-Salvatur ta’ Hal Lija [ritratt xellug] u tal-Madonna tad-Duttrina fil-knisja l-qadima ta’ Santa Katarina fiz-Zejtun fir-rivista L’Arte (6). 


Carlo Darmanin kien jahdem il-kartapesta bil-mod tradizzjonali Malti hekk kif deskritt aktar ‘il fuq, izda t-teknika tieghu kellha xi karatteristici li jiddistingwuha minn dik ta’ statwarji ohrajn. Tendenza partikolari tieghu kienet il-mod li bih kien iwahhal iz-zewg nofsijiet tal-partijiet tal-korp tal-istatwa, fejn kien juza bicciet irqaq ta’ xoqqa jew tila bil-kolla fuq ix-xquq. Huwa kien japplika wkoll kisja hoxna ta’ gibs fuq il-kartapesta tieghu biex ix-xoghol jigi aktar b’sahhtu, filwaqt li kien isammar l-anima tal-istatwa mal-pedata taghha. It-tul tal-personaggi fl-istatwi ta’ Carlo jvarjaw fil-qies taghhom. L-aktar qies komuni kien dak ta’ hames piedi u tmien pulzieri, bl-irjus ikollhom tul ta’ tmien pulzieri. Ezempji ta’ vari b’dan il-qies jinkludu lil Kristu fl-Ort fil-parrocca ta’ Bormla u l-Veronika fil-Mosta. Insibu wkoll statwi b’tul ta’ sitt piedi, bhal ma hi l-vara tat-Tradiment ta’ Guda f’Hal Qormi. F’certu kazi, Carlo Darmanin kien jipproduci wkoll statwi ta’ tmien piedi. Dawn kienu jissejjhu ‘kolossali’ u generalment kienu jinkludi statwi li kienu jitpoggew fit-toroq fil-granet tal-festi. Fost dawn insibu l-istatwi ta’ Kostantinu l-Kbir f’Birkirkara (festa ta’ Sant’Elena) u Guditta fin-Naxxar. Il-polikromija, jew kulur, tal-istatwi ta’ Carlo Darmanin kienet pjuttost cara – rizultat tal-influwenza Vittorjana ta’ dawk iz-zminijiet – u kienu jkunu maghmula minn bjankett, kuluri tat-trab kif ukoll kuluri taz-zejt.

L-istatwi ta’ Darmanin huma ddominati minn certu hlewwa, li tigi murija mill-pozi eleganti u delikati tal-figuri u enfasizzata bl-ucuh fini u raffinati u t-tbissima helwa taghhom. Min-naha l-ohra, ghandhom ukoll mudellatura tajba bi pjiegi puliti li huma mpoggija fuq il-figura b’mod naturali u li juru l-anatomija li hemm tahthom. Fost l-aktar statwi ta’ Carlo Darmanin li juru dawn il-karatteristici b’mod daqshekk car insibu l-vara l-antika ta’ San Leonardu li huwa hadem fl-1877 ghar-rahal ta’ Hal Kirkop [ritratt lemin]. Din ix-xbiha hija nieqsa minn kull moviment eccessiv u l-attenzjoni tal-ispettatur tmur direttament lejn il-harsa safja u helwa tal-abbati qaddis. Dawn l-elementi jaghmluha statwa tipikament Purista, l-istess kif inhuma l-personaggi tar-Re Clodoveo u San Remig li jintramaw fuq iz-zuntier tal-knisja ta’ Hal Kirkop matul il-festa titulari [ritratt taht]. F’dan il-kaz, naraw kif ir-Re Clodoveo huwa aktar ristrett fil-moviment tieghu u anke l-pjiegi tal-ilbies jinzlu dritti bir-rizultat li jaghtu certa rigidita’ lill-figura. L-isqof San Remig, min-naha l-ohra, ghandu qaghda aktar naturali u l-mudellatura tal-ilbies taghti ftit hjiel ta’ moviment fl-istatwa. 

  

Harsa lejn it-tipologija tal-ucuh uzati fl-istatwi ta’ Carlo Darmanin turi li kien jaghmel uzu mill-istess fattizzi Romantici ghal kull generu. B’hekk naraw li l-figuri femminili ghandhom ucuh ovali, halq zghir, b’geddum zghir u tond u kpiepel tal-ghajnejn hoxnin. Ix-xaghar huwa generalment twil u folt, b’ferq fin-nofs jew bi troffa wieqfa fuq quddiem. Il-personaggi maskili ghandhom wicc aktar trijangolari, u fejn ikun il-kaz, b’daqniet goffi u nnukklati. Figuri ta’ tfal u puttini huma kkaratterizzati minn ucuh tondi, mohh kbir, haddejn impahphin u xaghar qasir li spiss ikun innukklat (7) .


Jinghad li l-forom ghall-istatwi li hadem Carlo Darmanin kien impurtahom mill-Italja, mill-istess kuntatti li kienu jintuzaw biex igib l-irham tal-kumpanija ta’ missieru (8) . Jekk dan huwa minnu, huwa seta’ gab minn tal-anqas tmien forom ta’ ucuh, li huma ta’ Kristu (bhal dak tal-bust tal-Ecce Homo fil-parrocca ta’ Stella Maris f’Tas-Sliema), ragel xih bid-daqna (bhal Mose’ u Elija fil-vara tat-Trasfigurazzjoni f’Hal Lija), zewg subien (bhal dawk li jinsabu fil-vara tal-Madonna tad-Duttrina fil-knisja l-antika ta’ Santa Katarina fiz-Zejtun), zewgt ucuh femminili (bhal dawk tal-Madonna tar-Ruzarju f’Hal Qormi - San Gorg, u tal-Madonna tad-Duttrina fiz-Zejtun), anglu (bhal dawk li jdawwru l-Monument fil-knisja ta’ Giezu fil-Belt) u tfajjel ckejken (bhal dak tal-Bambin fl-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju f’Hal Qormi - San Gorg). Huwa difficli mmens biex wiehed jaghti l-provi ta’ jekk dan hux veru jew le, izda studju analitiku ta’ dawn l-ucuh juri li huma pjottost differenti minn dawk li beda juza Carlo Darmanin aktar tard fil-karriera tieghu. Min-naha l-ohra, ipotezi ohra tista’ taghti aktar krettu lill-istatwarju, ghax tghid li Carlo Darmanin immudella l-partijiet differenti tal-istatwi huwa stess, izda b’karatteristici li juru s-sbuhija ideali. Jista’ jaghti l-kaz li meta mbaghad Darmanin qabad it-triq tas-success f’din l-ghalqa tal-istatwi tal-kartapesta u sar aktar kunfidenti fit-teknika, huwa rega’ mmudella numru ta’ ucuh li did-darba ibbazaghhom fuq il-fattizzi tal-familjari tieghu stess – fattizzi li saru sinonimi ma’ dan l-istatwarju mis-snin tal-1880 ‘l quddiem. 


L-ewwel vari ta’ Carlo Darmanin huma kkaratterizzati minn certu rfinezza u delikatezza fil-hidma taghhom, fejn jispikkaw id-dettallji fil-hidma tax-xaghar u l-mudellatura tal-figuri. Probabilment, l-iskop ghal dan kien li l-istatwarju xtaq jilhaq livell fix-xoghol tieghu li jkun simili ghal dak tal-istatwi li kienu qed jigu mportati minn barra u ghal dawk li kienu gew - jew kienu qed jigu mahduma - minn skulturi Maltin fl-injam. Jidher li wara li Darmanin beda jaghmel isem ghalih inniffsu f’din l-arti, huwa warrab dik l-incertezza u biza’ mix-xoghol barrani u beda johrog aktar it-timbru tieghu f’xoghlu. Dan ifisser li d-dettallji twarrbu u bdew jigu enfasizzati aktar dawk l-elementi li ssemmew aktar ‘l fuq, bhax-xaghar bit-troffi kbar u l-panneggi kbar, wiesa u naturali fl-ilbies. Jista’ jaghti l-kaz ukoll li dan il-fattur hareg aktar fl-artist meta beda jipproduci l-istatwi ghall-barra fl-uzu ghall-festi Maltin, fejn dawn jigu armati fuq pedestalli u kolonni gholjin u allura d-dettallji jintilfu. L-istatwarju ghalhekk ra li l-aktar haga mportanti ma baqghax id-dettall imma l-aspett generali tal-istatwa.


Minbarra l-fatt li l-istil li kien juza Carlo Darmanin fl-istatwi tieghu kien jappella ghall-popolin u ghalhekk sar poplari mmens, fejn seta’ huwa kien originali fil-kompozizzjonijiet tieghu – haga li kompliet ziedet il-popolarita’ tieghu f’pajjizna u anke barra minn xtutna (9) . 

Naraw kif meta hadem l-istatwa tat-Trasfigurazzjoni f’Hal Lija, huwa mhux biss irnexxielu johloq xena difficli li qabel kienet giet murija biss f’pittura izda wiehed jista’ jimmagina l-ammirazzjoni tan-nies meta raw dawk il-figuri mtajjrin fuq is-shab, b’saqajhom mghollijin u ma jzommu ma xejn – abilta’ teknika li daqsha ma kienx ghadu deher f’pajjizna sa dawk iz-zminijiet tas-seklu dsatax, lanqas fir-rapprezentazzjonijiet ta’ Kristu Rxoxt (10) .  Carlo Darmanin gibed l-attenzjoni tan-nies ukoll meta zzanznet l-istatwa ta’ Kristu fl-Ort fil-Parrocca ta’ Bormla fl-1878, fejn ghall-ewwel darba dehret f’pajjizna xena ta’ dan is-suggett b’zewg angli isabbru lill-figura ta’ Kristu. [ritratt lemin] Fl-1895, Darmanin rega’ hareg b’invenzjoni ohra meta, ispirat mill-vizjonijiet tas-soru mistika Germaniza Anna Katerina Emerich (1774-1824), huwa pproduca ghall-parrocca tal-Mosta vara tal-Veronika b’tifla magenbha zzomm garra bl-ilma. Fl-1908, imbaghad, huwa gie kkummissjonat biex ghall-ewwel darba fl-istorja tal-purcissjonijiet tal-Gimgha l-Kbira f’Malta, huwa johloq xbiha tat-Tradiment ta’ Guda ghall-parrocca ta’ Hal Qormi – vara li wittiet it-triq ghal raprezentazzjonijiet simili f’purcissjonijiet differenti u sahansitra saret titqies bhala parti mis-sett tradizzjonali ta’ vari tal-Passjoni.


Il-mewt ta’ Carlo Darmanin f’Novembru tal-1909 gabet maghha t-tmiem ta’ karriera artistika li tat kontribut enormi fl-arti sagra tal-iskultura f’pajjizna. Permezz ta’ dan l-istatwarju, it-teknika tal-kartapesta f’Malta inghatat apprezzament gdid u permezz t’hekk, esperjenzat l-aktar perjodu popolari taghha. B’hidmietu u l-istil li kien ihaddan, Carlo ghaqqad u bbilancja l-interess tal-popolin - li kien qieghed dejjem jinvolvi ruhu f’ezekuzzjonijiet t’ oggetti artistici, fosthom statwi – u l-gosti artistici tal-knisja, li kienet tapprova l-elementi Puristici u devozzjonali fl-istatwi ta’ Darmanin. Madanakollu, xi kultant dan kien iwassal biex certu statwi kienu jkunu pjuttost medjokri u melodrammatici minhabba l-enfazi qawwija fuq il-hlewwa generali taghhom. Jibqa’ l-fatt, pero’, li Carlo Darmanin baqa’ l-isem sinonimu mal-kartapesta Maltija mhux  biss minhabba xoghlu imma anke minhabba l-influwenza li halla f’din il-fergha tal-arti wara mewtu. Dan permezz tal-alljievi Carmelo Mallia “il-Lhudi” (1880-1931) u Giuseppi Cilia “il-Bellettu”, li baqghu juzaw il-forom u l-istil tax-xoghol tieghu sal-ewwel ghexieren ta’ snin tas-seklu ghoxrin. 

 

[1] Instabu ezempji minn dawn li jmorru lura ghad-dinastija Han li tkopri s-snin 202 QK u 220 WK.

[2] Ghal aktar informazzjoni fuq it-teknika tal-kartapesta Maltija u d-differenza bejnha u dik ta’ Lecce, ara Victor Caruana, The Art of Papier-mache’ in Malta between the 19th and early 20th centuries: Technical and Art Historical Considerations, pp. 13,14, tezi tal-M.A. mhux ippublikata u pprezentata lill-Programm tal-Istorja tal-Arti, Fakulta’ tal-Arti fl-Universita’ ta’ Malta, Ottubru 2005. Din it-tezi kienet saret taht is-supervizjoni ta’ Dr. Keith Sciberras.

[3] Ghal aktar informazzjoni fuq Carlo Darmanin, ara V.Caruana, 2005, Kapitlu 2, p.62.

[4] Michael Ellul, History on Marble: a Corpus of Inscriptions in the Presidential Palaces of Valletta, San Anton and Verdala, Malta, Malta 1998, pp.57-60.

[5] L-Ordine, 29 ta’ Gunju 1860. F’dan l-artiklu, l-affinita’ bejn ix-xoghol imwettaq mid-ditta ta’ missier Carlo Darmanin u d-disinji ta’ Calleja tigi mfahhra.

[6] L’Arte, Nru.40, 7 ta’ Lulju 1864 u Nru.62, 7 ta’ Gunju 1865. Huwa kien ukoll jikkritika lil dawk li kienu jordnaw statwi minn barra minn Malta, aktar u aktar meta dawn ma kienux ta’ livell, u jghid li hawn Malta ghandna nies kapaci bhal Carlo Darmanin li jigu mwarrba. Dan gara’ fil-gurnal l’Ordine tal-4 t’Ottubru 1861, fl-okkazjoni tal-kxif tal-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju fil-parrocca tal-Floriana li kienet ingiebet minn Franza.

[7] Dawn il-karatteristici gew addattati ghall-pittura minn Giuseppe Cali’ (1846-1930) li l-karriera artistika tieghu fl-ezekuzzjoni ta’ pittura sagra bdiet xi ghaxar snin wara dik ta’ Carlo Darmanin.

[8] Komunikazzjoni personali mal-Kav. Alfred Camilleri Cauchi, li rrefera ghal dak li kien jghid missieru, l-istatwarju Wistin Camilleri.

[9] Fost l-istatwi li Carlo Darmanin hadem ghal barra minn Malta, nsibu l-Madonna ta’ Pompeii ghal knisja f’Alessandria (l-Egittu) u d-Duluri ghall-Kattidral ta’ Tunes.

[10] Ir-rapprezentazzjoni ta’ Kristu Rxoxt hija l-aktar suggett fejn il-poza tirrikkjedi qaghda ta’ bniedem maqtugh mill-art.

 

Il-Vari Ta' Karlu Darmanin Fil-Gimgha L-Kbira F'Malta