Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

L-Ghid il-Kbir

Minn Alfred Grech

Il-qawmien mill-mewt huwa l-kuruna u t-twettieq tal-mirakli, l-izjed prova cara tad-Divinita' Tieghu u l-fundament tar-Religjon taghna. "Li kieku Gesù ma rxuxtax, bla siwi kienet tkun il-fidi taghna".  (1 Cor, XV, 14).

Gesù sofra u miet ghalina: ahna mxejna flimkien mieghu fit-triq tas-sawm u l-penitenza; izda issa Kristu qam glorjuz; nieqfu mela mis-sawm taghna, nieklu l-figolli, u nharsu ferhana lejn Kristu Rxoxt.

L-Ghid il-Kbir hija l-ikbar festa tal-Knisja Kattolika u l-lum ninnutaw il-bidla spontanea ta' l-atmosfera religjuza li l-Knisja Mqaddsa minn dak in-niket u swied il-qalb tghaddi f'daqqa wahda ghall-ferh l-akbar kbir meta fil-Quddiesa solenni ta-saghara tal-Ghid, wara li c-celebrant jintona l-Gloria terga' ssemma' l-qniepen taghha u d-daqq ta' l-orgni jistieden lil kulhadd biex jifrah.

IL-FUNZJONI TA' BIL-LEJL

Fl-ahhar sitt sekli, sa l-1955, il-Knisja kienet taghmel il-funzjonijiet tal-lejl bejn is-Sibt u l-Hadd, is-Sibt fil-ghodu, izda issa regghu hadu posthom dawk il-funzjonijiet li kienu jaghmlu l-Insara primitivi u li baqghu sas-seklu XIV.

Il-funzjonijiet tal-lum jistghu jinqasmu fi tliet partijiet: 1. It-thabbira tar-Rezurezzjoni; 2. Il-Liturgija tal-Maghmudija u 3. Il-Quddiesa tal-qawmien mill-mewt ta' Kristu.

Fl-ewwel parti, l-oggett principali huwa l-blandun.  Wara li c-celebrant, b'ilbies vjola, ibierek in-nar gdid, jixghel minnu l-blandun.  War li jbierek ukoll lil dan, id-Djaknu, liebes dalmatika bajda, jiehdu f'idejh u jaghti bidu ghal purcissjoni.  Fil-bidu, fin-nofs u fit-tarf tal-korsija jkanta b'vuci dejjem aktar gholja: "Lumen Christi", id-Dawl ta' Kristu, u l-poplu jwiegeb: "Deo Gratias", Hajr 'l Alla.  Wara li jghid xi talbiet, id-Djaknu jilbes mill-gdid it-tunicella vjola u joqghod hdejn ic-celebrant biex jinghata bidu ghall-qari tal-profeziji.

IL-PROFEZIJI

Il-profeziji jinkludu rwiehhom mat-tieni parti tal-funzjonijiet, il-Liturgija tal-Maghmudija.  Fl-erba' profeziji jinqraw: il-holqien tad-dinja, simbolu ta' holqien iehor; ir-Redenzjoni u l-grazzja tal-Maghmudija; il-passagg mill-Bahar l-Ahmar, simbolu tal-passagg taghna mid-dnub permezz tal-Maghmudija; il-profezija ta' Isaia lill-poplu maghzul li wara n-niket kellu jsib il-ferh u l-kliem ta' Mose' fuq l-osservanza tal-ligi, dik il-ligi li ahna weghdna li nosservaw fil-Maghmudija.

Hawnhekk isir it-tberik ta l-ilma tal-maghmudija.  F'dan il-punt, antikament, kienu jigu mghammda l-katekumeni, dawk li kienu gew ippreprati ma' tul ir-Randan, biex jircievu l-maghmudija.  Wara l-ezorcizmu, dawn kienu jinzlu gol-fonti biex jigu mghammda u malli jitilghu kienu jigu mlibbsin il-libsa bajda u l-Isqof, wara li kien jaghmlilhom il-Grizma, kien jahslilhom riglejhom.

Il-purcissjoni terga' lura lejn l-artal u wara li jsir it-tigdid tal-weghdiet tal-Maghmudija, il-Ministri jidhlu fis-Sagristija.  Wara l-kant tal-litanija tal-Qaddisin, il-Ministri jerghu johorgu did-darba libsin l-abjad biex jaghtu bidu ghall-Quddiesa tal-Ghid.

IL-QUDDIESA TAL-GHID

 Il-Quddiesa tibda bil-kant tal-Kyrie eleison u c-celebrant jitla' l-artal minghajr ma jghid is-Salm "Judica" u wara li jbus u jincensa l-artal jintona solennement il-"Gloria" u b'hekk ihabbar il-qawmien mill-mewt ta' Kristu.  Bhala sinjal ta' ferh, jinxteghlu d-dwal kollha tal-Knisja, idoqqu l-qniepen u jindaqq ukoll l-orgni.

Il-Quddiesa nsibuha mimlija bl-"Alleluia".  Il-Kredu ma jinghadx ghaliex dan kien ikun diga' ntqal mill-katekumeni qabel ma tghammdu, lanqas ma' tinghata l-bewsa tal-paci u ma jikantax l-"Agnus Dei" ghax dan ta' l-ahhar gie mdahhal fil-Quddiesa fis-seklu VII u l-Liturgija tal-Gimgha Mqaddsa hi hafna aktar antika.

F'Hadd il-Ghid il-quddiesa hija differenti minn dik ta' bil-lejl u hija wkoll qasira minhabba li kulhadd jinsab ghajjien mill-funzjonijiet ta' bil-lejl li antikament kienu jkunu wisq itwal.

Il-quddiesa tispicca b'talba tant sabieha sabiex Alla jaghtina l-grazzja li nakkwistaw il-virtu' ta' l-Imhabba.

Naghlaq bil-kliem sabieh tas-sequenza li titkanta fil-quddiesa, "Victimae Paschali Laude", kapolavur tal-poeta Kattoliku, Vittone.  Hija pogguta f'forma drammatika u hija sabieha ferm:

"Tifhir lill-Vittma tal-Ghid joffru l-lum l-insara.
Il-Haruf issa heles lin-naghag. 
Kristu l-innocenti rega' ghaqqad 'l midinbin mal-Missier.

Bis-shieh iggieldu l-mewt u l-hajja;
l-Awtur tal-hajja, li kien mejjet qieghed jghix u jsaltan.
Ghidilna Marija (Maddalena), x'rajt mat-triq?

Rajt il-qabar ta' Kristu l-haj u l-glorja Tieghu, li rxoxta:
Xhieda ta' dan huma l-Angli, il-lizar u l-hwejjeg.
Irxoxta Kristu, tam tieghi: imur qabilkom fil-Galilea.

Nafu li Kristu qam verament mill-mewt.
O Sultan rebbieh, ikollok hniena minna.
Hekk ikun, Alleluia."