Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

          Alfred Camilleri Cauchi

Alfred Camilleri Cauchi twieled il-Belt Vittorja fl-1943, iben l-istatwarju maghruf Ghawdxi Wistin Camilleri u Frangiska. Minn ckunitu kien jidher car li Alfred kellu xehta ghat-tpingija u l-iskultura. Beda jistudja l-arti fl-iskola tal-Arti f'Malta taht l-imghallmin Gorg Borg u Censu Apap, imbaghad  kompla javvanza fl-istudji tieghu fil-kullegg tal-Arti gewwa Edinburgh, l-Iskozja.


Lura f'Malta, Alfred intefa jghin lil missieru Wistin li issa kien imdahhal sewwa fiz-zmien. Alfred hadem f'diversi midja fosthom fl-injam, fl-irham, fil-gebla Maltija, fil-kartapesta u fil-fajberglas.


Fost ix-xoghlijiet ta' Alfred insibu zewg vari titulari li  huma l-istatwa ta' Marija Regina tal-Marsa (ritratt lemin)  u San Gwann tas-Salib  f' Ta' Xbiex. Hadem ukoll ammont kbir ta' statwi li kull sena jintramaw fl-imsierah u t-toroq taghna ghall-festi tal-irhula. Ta' min isemmi wkoll l-istatwa artistika ta' Kristu Re li Alfred hadem ghas-Socjeta De Paule ta' Rahal Gdid fl-1998 (ritratt taht nofs) u li skolpixxa minn zokk wiehed migjub apposta mill-Afrika (imbaghad indurata minn Mastro Horace Farrugia).


Marbuta mal-Gimgha Mqaddsa, ix-xoghol ta' dan l-istatwarju huwa mfittex hafna. Gie kkummissjonat jaghmel ghadd kbir ta' Vari tal-Passjoni ghal hafna Parrocci mxerrda fil-gzejjer taghna. Hadem ukoll il-vari tad-Duluri ghall-Fgura u l-Balluta. Tieghu ukoll ghandna madwar tlettax-il statwa ta' Kristu Rxoxt fosthom dik skolpita fl-injam li hadem ghall-Parrocca ta' San Gorg fil-Belt Vittorja (riratt taht xellug). Nistghu nghidu li Alfred huwa l-ewwel statwarju Malti li hadem statwi tal-fajberglas. Dawn nistghu narawhom f'diversi Cenakli li jintramaw fi zmien il-Gimgha Mqaddsa.


 L-ammont ta' xoghol li ghamel Alfred huwa kbir wisq biex nistghu insemmuh kollu. Diversi pjazez Maltin huma mzejjna b'monumenti tal-gwerra u monumenti u bustijiet ta' personalitajiet distinti kollha mahduma b'reqqa minnu. Sahansitra esporta xoghlu anki f'pajjizi barranin bhall-Awstralja, l-Kanada u l-Ingilterra. M'hemmx dubju li s-success tieghu gej mill-fatt li l-figuri li johloq, bil-pozizzjonijiet u l-espressjoni taghhom huma kwazi reali.


Bhala rikonoxximent ghall-Via Sagra fl-irham li għamel għall-fuq l-għolja ta' Għammar li tibda minn quddiem is-Santwarju Ta' Pinu f'Għawdex, Alfred inghata t-titlu ta' Kavallier tal-Unur tal-Ordine Reale della Corona Balearica ta' Spanja. Aktar ricenti l-Ordni Akkademika Internazzjonali Greci-Marino, Ordni prestiggjuza li thaddan fiha artisti ta' fama mondjali hattret lil Alfred Camilleri Cauchi bhala Surmast Onorarju Malti fi hdanha.  

Nitolbu 'l Alla jaghti ghomor twil lil Alfred biex ikompli jzejjen dawn il-gzejjer bl-opri sbieh tieghu.

 
 

Il-Vari Ta' Alfred Camilleri Cauchi fil-Gimgha L-Kbira F'Malta