Il-Vari Tal-Gimgha L-Kbira F'Malta

  Click the Flag  for English

 This Site is best viewed at 1024 x 768 Resolution & Requires Adobe Flash Player.

 

Merħba

Grazzi talli għoġbok iżżur dan is-sit.  

Ta' kull sena fil-gżejjer Maltin, iż-żmien tar-Randan iġib miegħu kullana  mżewwqa ta' ċelebrazzjonijiet Liturġiċi, Purċissjonijiet, wirjiet u attivitajiet diversi  b’turija tad-devozzjoni lejn l-akbar ġrajja fl-istorja tal-bniedem, dik tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien ta' Sidna Gesu Kristu.

    

Mal-milja taż-żmien, missirijietna stinkaw b’tant ħeġġa u mħabba biex isebbħu l-knejjes  tagħna b’opri artistiċi għal matul dan iż-żmien Qaddis.  L-Għan prinċipali ta dan is-sit hu li niġbru flimkien tagħrif komprensiv fuq l-iżvilupp tal-kult lejn il-Ġimgħa Mqaddsa fil-gżejjer tagħna b’aċċenn fuq il-Purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u nesponu għall-apprezzament tiegħek dan il-wirt storiku li ħallewna l-istatwarji, skulturi u artisti kemm antiki kif ukoll kontemporanji. Kull paġna hija mżewwqa b’riratti u slajdxows mill-isbaħ u akkumpanjata minn mużika li ddaħlek aktar fl-ispirtu devozzjonali.   

 

 

Għamilna ħilitna biex nagħtu l-fatti dokumentati billi użajna fonti differenti ta’ tagħrif (ara l-Biblijografija) filwaqt li fejn l-evidenza hija nieqsa ma qagħdnix lura milli nagħtu l-fehmiet ta’ esperti differenti f’dan il-qasam. Inħeġġu lil kull min jixtieq jikkontribwixxi xi tagħrif jew artikli biex jikkuntatjana fuq goodfridaymalta@gmail.com

 

 Nixtiequ wkoll nuru l-apprezzament tagħna lejn dawk in-nies kollha li jħabirku biex iżommu dawn it-tradizzjonijiet ħajjin billi ta’ kull sena jtellgħu ċenakli, drammi u wirjiet diversi. Inħeġġuk iżżur il-paġna tal-avviżi  fejn issib tagħrif fuq dawn l-avvenimenti.

 

 Nittamaw li dan is-sit jogħoġbok u nħeġġuk tibagħt il-'link' lil min taħseb jista jinteressah fosthom lil qrabatek li jghixu barra minn Malta. Nistednuk biex tagħti l-opinjonijiet u s-suġġerimenti tiegħek permezz tal-Guestbook 

 

 

 Fotografija                  Adrian Sammut - Marco Saliba
Ricerka u Kitba Marco Saliba
 Disinn tas-sit Adrian Sammut - Marco Saliba

 

 

Issieheb fil-grupp taghna fuq 'Facebook'

 

 

 

(Since March 2009)

You are Visitor No:

AddThis Social Bookmark Button